Teknoloġiji għall-Media Diġitali

Il-midja diġitali hija kwalunkwe dejta ppreżentata f'format li jinqara minn magna. Din tinkludi immaġni diġitali, vidjow diġitali, awdjo MP3, kotba elettroniċi, logħob tal-vidjow u databases. It-teknoloġiji kontra l-falsifikazzjoni ddisinjati għall-użu mal-midja diġitali essenzjalment jikkonsistu f'metodi differenti għall-inkorporazzjoni u l-identifikazzjoni ta' informazzjoni f'fajls diġitali, kompjuters u apparati elettroniċi sabiex jipproteġu, jidentifikaw u jsegwu l-kontenut tal-proprjetà intellettwali tagħhom.

Hemm erba' tipi ta' teknoloġiji kontra l-falsifikazzjoni għall-midja diġitali li jaqgħu f'żewġ kategoriji ewlenin: sistemi ġestjoni tad-drittijiet diġitali (DRM) u teknoloġiji ta' rikonoxximent awtomatiku tal-kontenut. 

Is-sistemi DRM huma mfassla biex jiġġieldu l-falsifikazzjoni fuq skala kbira ta’ xogħlijiet awdjoviżivi. Jintużaw mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet oħra assoċjati biex jipproteġu, jeżerċitaw u jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom fl-ambjent diġitali. 

It-teknoloġiji ta' rikonoxximent awtomatiku tal-kontenut ġeneralment għandhom l-għan li jidentifikaw kontenut li jinsab f'fajl tal-midja jew li qed jindaqq fuq apparat. Huma żviluppati għal diversi skopijiet, bil-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tkun waħda minnhom. It-teknoloġiji ta' rikonoxximent awtomatiku tal-kontenut li jistgħu jintużaw biex jiżguraw il-midja diġitali kontra l-falsifikazzjoni huma l-watermarks diġitali, hashing u l-marki it-teħid tal-marki tas-swaba’. Dawn jinkorporaw, jikkalkulaw u jiġġeneraw rispettivament informazzjoni relatata ma' kontenut diġitali speċifiku (test, immaġni, ħoss, vidjow) li jista' sussegwentement jiġi skopert jew estratt sabiex jiġu identifikati n-natura, l-oriġini u s-sors tiegħu.