Teknoloġiji kimiċi u fiżiċi

Teknoloġiji kimiċi u fiżiċi kontra l-falsifikazzjoni jużaw sustanzi speċjali biex jimmarkaw u jivverifikaw l-oġġetti. Huma jisfruttaw l-aleatorjuità inerenti tal-mudelli prodotti meta ċerti proċessi jew sustanzi kimiċi jiġu applikati għall-materjali, u jservu bħala markaturi.

L-iskop ewlieni ta’ dawn it-teknoloġiji huwa l-awtentikazzjoni mingħajr identifikazzjoni unika simultanja tal-prodott. Hemm bżonn ta’ ħardwer speċjalizzat jew testijiet tal-laboratorju biex jinqraw u jiġu vverifikati l-markaturi li joħolqu. Dan jagħmilha diffiċli ħafna għal partijiet terzi biex jirriproduċu markaturi simili. 

L-ispejjeż involuti fil-ħolqien u t-twaħħil tal-markaturi kimiċi u fiżiċi ġeneralment huma baxxi. Madankollu, l-apparati speċjalizzati tal-qari awtomatiku, meta jkunu meħtieġa, jistgħu jkunu għaljin. Għalhekk, ta’ min iżomm f’moħħu li l-verifika immedjata fuq il-post ħafna drabi ma tkunx possibbli. Minflok, l-ittestjar irid isir mil-laboratorji, u dan jeħtieġ aktar ħin.