Teknoloġiji Mekkaniċi
It-teknoloġiji mekkaniċi jaħdmu mal-proprjetajiet fiżiċi tal-materjali biex jipprevjenu l-falsifikazzjoni u joħolqu ostakli effettivi kontra t-tbagħbis. Meta jintużaw waħedhom, iwettqu funzjonijiet sempliċi ta' awtentikazzjoni. Meta jintużaw flimkien ma' teknoloġiji oħra, jistgħu jwettqu wkoll funzjonijiet ta' identifikazzjoni u traċċar. Pereżempju, kodiċijiet ta' identifikazzjoni uniċi jistgħu jiġu inklużi f'tikketta biex jippermettu li l-prodott jiġi traċċat.
Il-biċċa l-kbira tas-soluzzjonijiet mekkaniċi jieħdu l-forma ta’ diversi tipi differenti ta’ tikketta, li jistgħu jiġu kklassifikati skont il-proprjetajiet fiżiċi tagħhom (jiġifieri l-materjal użat u/jew il-mod kif jitwaħħlu mal-prodott). It-tikketti ġeneralment jeħtieġ li jiġu awtentikati permezz ta’ apparat tal-qari awtomatiku, bħal qarrej tal-barcode. Madankollu, għal tipi oħra ta’ soluzzjonijiet mekkaniċi, bħall inċiżjoni bil-laser, l-awtentikazzjoni tista’ titwettaq viżwalment.
L-ispiża għal kull oġġett ta’ soluzzjonijiet mekkaniċi ġeneralment hija medja għal baxxa u, fil-każ speċifiku tat-tikketti, il-ħinijiet ta’ implimentazzjoni huma veloċi ħafna, billi ħafna drabi jkunu meħtieġa biss bidliet limitati fil-proċess ta’ produzzjoni.