Din it-teknoloġija tuża tip speċjali ta’ lejżer biex taqta’ skanalaturi qrib ħafna ta’ xulxin b’fond varjabbli fi kwalunkwe tip ta’ appoġġ jew wiċċ. Stampi, logos, test jew kodiċijiet ta’ identifikazzjoni jistgħu jiġu sovraimposti fuq l-inċiżjoni, fejn jieħdu kuluri ġodda meta jitqiesu minn angoli differenti. Spiss konfużi ma’ ologrammi, dawn l-immaġnijiet huma diffiċli ħafna biex jiġu replikati. Vantaġġ ewlieni ta’ din it-teknoloġija huwa li l-marka hija inseparabbli mill-prodott u għalhekk hija diffiċli ħafna biex tiġi mbagħbsa.
Hemm tliet tekniki ewlenin inċiżjoni bil-lejżer:
- rikottura – magħruf ukoll bħala stampar tal-wiċċ bil-lejżer, li jimmarka metalli ferrużi u titanju billi jsaħħan il-wiċċ u jikkawża ossidazzjoni taħtu, u b'hekk jibdel il-kulur tal-metall fil-forma tal-marka;
- inċiżjoni bil-lejżer reali – teknika li tneħħi materjal mill-wiċċ tal-prodott fil-forma tal-marka (din tintuża speċjalment għall-metalli, il-plastik u ċ-ċeramika);
- immarkar bil-lejżer fil-fond – proċedura speċjalizzata ħafna fejn l-immarkar isir f'fond speċifikat fil-wiċċ tal-prodott (li ġeneralment ikun magħmul mill-metall).
Inċiżjonijiet bil-lejżer jistgħu jsiru fuq firxa wiesgħa ta' materjali differenti: karta u kartun, tikketti, ġilda, film, gomma, fowm, injam, drappijiet, PET, PVC, ħġieġ, ġebel, ħadid, nikil, azzar, azzar inossidabbli, aluminju, komponenti elettriċi, eċċ.
Minħabba d-diversità tal-fatturi involuti fl inċiżjoni bil-lejżer – it-tip ta’ prodott li għandu jiġi mmarkat, il-materjal u t-teknika tal-inċiżjoni – huwa diffiċli li jingħataw rekwiżiti speċifiċi ta’ implimentazzjoni hawnhekk. Madankollu, jista’ jingħad li jkun hemm bżonn li jsiru bidliet konsiderevoli fil-proċess tal-produzzjoni.
Hemm ukoll spejjeż pjuttost sinifikanti assoċjati mal inċiżjoni bil-lejżer, għalkemm dawn jiddependu fuq il-kuntest partikolari, il-materjal u t-teknika użata.