Kodiċijiet li Jinqraw mill-Magni
Kodiċijiet li jinqraw minn magni, magħrufa wkoll bħala barcodes, huma kodiċijiet ta' identifikazzjoni li, kif jissuġġerixxi isimhom, huma ddisinjati biex jinqraw minn teknoloġiji bħal apparati ta' skannjar ottiku.
Barcode jikkonsisti f'serje ta' linji suwed paralleli u spazji bojod jew minn tikek u kwadri (jew taħlita tat-tnejn), ta' wisa' varjabbli. Fil-kodiċijiet hemm miktuba identifikaturi uniċi jew dejta relatata mal-prodott, bħad-data u l-post tal-manifattura, is-sid, l-oriġini, id-data ta' skadenza, eċċ.
Id-dejta li tinsab fil-kodiċijiet tiġi analizzata u estratta minn qarrej – l-apparati attwali jinkludu raġġ tal-lejżer jew kamera ta’ smartphone – li jiddekodifika l-informazzjoni binarja fil-barcode.
Xi karatteristiċi ta' sigurtà ottika jistgħu jkunu "marbuta" ma' kodiċijiet li jinqraw minn magna sabiex jiġi awtomatizzat il-proċess ta' identifikazzjoni u awtentikazzjoni tal-ismartphone. Alternattivament, kodiċijiet li jinqraw minn magna jistgħu jiġu inkorporati f'karatteristiċi oħra ta' sigurtà viżwali, li, meta jiġu skennjati, jistgħu jipprovdu struzzjonijiet ta' verifika addizzjonali jew informazzjoni dwar il-prodott u jippermettu t-traċċabilità.