It-tikketti jistgħu jkunu magħmula minn diversi materjali u l-iskop ewlieni tagħhom huwa l-identifikazzjoni tal-prodott. Madankollu, jistgħu wkoll jipprovdu protezzjoni usa' tal-marka, speċjalment meta kkombinati ma' teknoloġiji oħra (pereżempju, RFID, linka, ologrammi). Madankollu, il-kapaċità tagħhom li jawtentikaw il-prodotti tiddependi ħafna fuq kemm it- marka tkun imwaħħla sew mal-prodott. Għalhekk, huma l-aktar effettivi meta jintużaw flimkien ma' teknoloġija oħra.
It-tikketti huma modi effettivi biex jiġu identifikati l-prodotti u tiġi ppruvata l-awtentiċità, partikolarment meta kkombinati ma’ teknoloġiji aktar avvanzati, bħal ologrammi, tikketti RFID, linka OVI jew fibra traċċatur. Normalment ikunu mwaħħla mal-prodott permezz ta’ ħjut reżistenti – spag tan-najlon, ktajjen, eċċ. Madankollu, il-limitu tat-tikketti jinsab f’kemm huma b’saħħithom il-ħjut.
It-tikketti jistgħu jitwaħħlu ma' kważi kull tip ta' prodott.
L-implimentazzjoni ta’ din it-teknoloġija se teħtieġ li jsiru bidliet fl-istadju tal-proċess tal-produzzjoni li fih it-tikketti jitwaħħlu mal-prodott jew mal-imballaġġ. Bħal fil-każ ta’ tipi oħra ta’ tikketti, hemm disponibbli soluzzjonijiet parzjalment jew kompletament awtomatizzati għal dawk it-tikketti vojta li m’għandhomx għalfejn jiġu applikati manwalment, skont il-kwantità li trid tiġi applikata.
L-ispejjeż assoċjati mat-tikketti huma pjuttost baxxi, iżda jvarjaw skont it-tip ta' materjal, it-twaħħil u l-kombinazzjoni ma' teknoloġiji oħra.