Sigurtà u reżiljenza – Awtentiċità, integrità u fiduċja għall-prodotti u d-dokumenti – Linji gwida biex jiġi stabbilit u mmonitorjat pjan ta’ protezzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu
ISO 22384:2020 jipprovdi linji gwida biex jgħin lill-organizzazzjonijiet jistabbilixxu u jimmonitorjaw l-effettività ta’ pjan biex jipproteġu l-prodotti tagħhom kontra tipi differenti ta’ frodi (inkluża l-falsifikazzjoni). Jiddeskrivi kif għandhom jiġu stabbiliti proċessi għall-valutazzjoni tat-theddid u r-riskji rilevanti, kif għandhom jintgħażlu u jiġu kkombinati kontromiżuri individwali, u kif għandhom jiġu implimentati.
Deskrizzjoni
ISO 22384:2020 huwa bbażat fuq il-premessa li l-miżuri tas-sigurtà tal-prodott u tal-integrità tal-katina tal-provvista offruti fis-suq jirrappreżentaw biss parti minn soluzzjoni. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u fit-tul, l-organizzazzjonijiet għandhom jintroduċu wkoll miżuri tekniċi, organizzattivi u legali biex jiġġieldu t-theddid u r-riskji relatati mas-sigurtà tal-prodott.
Dan l-Istandard jipprovdi gwida dwar kif għandu jiġi żviluppat, implimentat u mmonitorjat pjan komprensiv għall-protezzjoni tal-prodott li jkopri ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-katina tal-provvista kollha, mill-fażi tal-kunċett, sad-disinn, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-servizzi sar-rimi. Jistabbilixxi linji gwida għall-valutazzjoni tar-riskji u t-theddid komuni relatati mas-sigurtà tal-prodott (inklużi l-falsifikazzjoni, il-piraterija, it-theddid taċ-ċibersigurtà u l-ħsara lir-reputazzjoni tal-marka); jiddeskrivi kif għandhom jiġu evalwati l-kontromiżuri possibbli u jintgħażlu l-aktar xierqa; u jagħti appoġġ għall-implimentazzjoni u l-valutazzjoni regolari tal-effettività.
Użi
Dan l-Istandard huwa maħsub għall-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġu jkunu jistgħu jivvalidaw l-awtentiċità u l-integrità ta' oġġetti materjali. Huwa
jista' jintuża minn organizzazzjonijiet ta' kwalunkwe tip u ta' kwalunkwe daqs.
Spiża
L-aħħar informazzjoni dwar il-prezzijiet u x-xiri tista’ tinstab fuq il-websajt ISO u l-websajts tal-membri nazzjonali tagħha.