Il-biċċa l-kbira tal-iStandards ISO dwar it-teknoloġiji kontra l-falsifikazzjoni jipprovdu gwida li hija mmirata lejn il-fornituri tat-teknoloġija aktar milli lejn l-utenti. Iż-żewġ Standards li huma l-aktar rilevanti għall-iskop ta’ din il-Gwida għandhom l-għan li jistabbilixxu regoli u kriterji komuni sabiex irawmu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li huma interoperabbli u, għalhekk, li jistgħu jintużaw b’mod aktar wiesa’.
Deskrizzjoni
Iż-żewġ Standards ISO mmirati lejn fornituri ta’ teknoloġiji kontra l-falsifikazzjoni li ta’ min isemmihom huma:
ISO 22378:2022 – Linji gwida għall-identifikazzjoni interoperabbli ta' oġġetti u sistemi ta' awtentikazzjoni relatati biex jiskoraġġixxu l-falsifikazzjoni u l-kummerċ illeċitu.
Dan l-Istandard jipprovdi linji gwida għat-titjib tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' identifikazzjoni tal-oġġetti u s-sistemi ta' awtentikazzjoni. Ma jiffokax fuq soluzzjonijiet speċifiċi, iżda minflok jiddeskrivi l-proċessi, il-funzjonijiet u l-unitajiet funzjonali differenti billi juża mudell ġeneriku biex juri x'għandhom komuni s-soluzzjonijiet u fejn tista' tinkiseb interoperabbiltà akbar.ISO 22381:2018 – Sigurtà u reżiljenza – Awtentiċità, integrità u fiduċja għall-prodotti u d-dokumenti – Linji gwida għall-istabbiliment ta' interoperabbiltà fost sistemi ta' identifikazzjoni ta' oġġetti biex jiskoraġġixxu l-falsifikazzjoni u l-kummerċ illeċitu.
Dan l-Istandard jipprovdi linji gwida biex is-sistemi ta' identifikazzjoni u awtentikazzjoni tal-oġġetti deskritti fl-ISO 22378:2022 ikunu interoperabbli ma' sistemi oħra ta' identifikazzjoni tal-oġġetti li jiffunzjonaw b'mod indipendenti u sistemi ta' awtentikazzjoni relatati.