Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

News

Ġunju 10, 2020 Proprjetà Intellettwali għan-negozji

Tfittxija għal fornituri pro bono tal-Proprjetà Intellettwali (IP)


paġna tal-immaġni tal-aħbarijjiet tal-fornituri probono

 

Il-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt qawwi fuq l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fl-Unjoni Ewropea, bit-theddida enormi ta’ telf ta’ impjiegi u għeluq.

Fl-EUIPO aħna nixtiequ ngħinu lill-SMEs u inti wkoll tista’ tgħinnhom.

Iċ-ċentru pro bono tal-COVID-19 tal-EUIPO joffri servizz imfassal apposta biex iqabbel SMEs ma’ fornituri ta’ rappreżentanza legali u pariri relatati mal-Proprjetà Intelletwali (IP) mingħajr ħlas fl-UE kollha waqt dan iż-żmien mingħajr preċedent.

Is-servizz jiffoka fuq il-bżonnijiet ta’ negozji żgħar, biex jiżgura li huma jirċievu l-parir legali relatat mal-IP li għandhom bżonn biex jipproteġu u jimmassimizzaw d-drittijiet tagħhom, u r-rapprezentanza professjonali xieraq biex jiddefendu dawk id-drittijiet meta jiġu mhedda. In-negozji se jkunu jistgħu jiksbu gwida prattika dwar kif għandhom jindirizzaw l-kwistjonijiet legali tal-IP tagħhom, li ser tgħinhom jiffukaw mill-ġdid l-attenzjoni tagħhom fuq li jgħelbu l-isfidi kompetittivi u ekonomiċi kkawżati mill-pandemija.

Tixtieq tingħaqad ma’ din l-avventura ġdida? Ara s-Sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess (CEI) u l-Formola tal-applikazzjoni


 
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja