Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Kif tiġġestixxi, toħloq u teditja t-termini fil-lista tiegħi

Din it-taqsima hija mfassla biex tkun tistaʼ faċilment tiġġestixxi u teditja t-termini fil-lista tiegħek.

Fuq ix-xellug tal-iskrin se tara t-tabs Azzjonijiet u Żid it-termini, li tistaʼ tuża biex toħloq il-lista taʼ termini tiegħek u taċċessa l-Fast Track.

  • Azzjonijiet

    Ġdid
    Ikklikkja fuq 'Ġdid' biex toħloq lista taʼ termini ġdida. Fʼdan l-ewwel pass trid tagħżel il-lingwa preferuta għal-lista tiegħek, li tistaʼ tkun waħda mit-23 lingwa tal-UE, u tagħti isem lil-lista tiegħek.

    Niżżel
    Ikklikkja fuq 'Niżżel' biex tniżżel il-lista tiegħek fʼdokument estern fuq il-kompjuter tiegħek. Mill-kaxxa li titla' agħżel il-format preferut tiegħek (.txt jew .csv) għal dak li trid tniżżel u fejn trid tarah fuq il-kompjuter tiegħek.

    Issejvja
    Ikklikkja fuq Issejvja biex tissejvja l-listi taʼ prodotti u servizzi magħżula fiż-Żona tal-Amministratur tal-Utent tiegħek. Jekk jogħġbok innota li l-karatteristika biex tissejvja bʼmod awtomatiku taħdem kull 10 minuti.

    Għaliex trid tkun illoggjat?
    Peress li l-lista tiegħek tiġi ssejvjata biss fil-User Area tiegħek, teħtieġ li tkun illoggjat fuq Issejvja jew Idduplika l-lista tiegħek.

    Is-sistema tavżak dwar il-karatteristika mhux disponibbli għal utenti li mhumiex illoggjati bil-messaġġ li jitlaʼ, 'Din il-karatteristika hija disponibbli biss għal utenti rreġistrati. Jekk jogħġbok illoggja biex tkompli'.

    Barra minn hekk, is-sistema tavżak ukoll dwar it-telf taʼ data, 'Innota li ser titlef l-informazzjoni kollha tal-lista preċedenti tiegħek. Biex iżżomm xogħlok sikur, nirrakkomandawlek li tniżżel il-lista attwali tiegħek u mbagħad timporta mill-ġdid biex tirkupra xogħlok.'

    Idduplika
    biex toħloq kopja tal-lista tiegħek agħżel Idduplika. Fil-kaxxa li titlaʼ daħħal isem ġdid fil-kaxxa Isem tal-Lista Ġdid. Jekk jogħġbok innota li sabiex toħloq taħt Idduplika teħtieġ li l-ewwel tissejvja l-lista

    Ittraduċi
    tistaʼ tittraduċi l-lista tiegħek fʼwaħda mit-23 lingwa tal-UE. L-ewwel, teħtieġ li tispeċifika l-lingwa li trid tuża mil-lista li tinżel; imbagħad, speċifika fejn tixtieq tissejvja t-traduzzjoni fuq il-kompjuter tiegħek

    Esporta għall-preżentata elettronika
    Agħżel din jekk trid tesporta lista G&S għall-preżentata elettronika. Is-sistema ser turik l-opzjonijiet disponibbli. Ladarba tkun għażilt l-opzjoni tiegħek, il-preżentata elettronika l-ġdida ser issib il-lista tiegħek.

    Importa fajl bil-lista ta’ Oġġetti u Servizzi
    Il-fajl li ttella’ għandu jkun bl-istess lingwa bħal-lista tiegħek. Il-formati tal-fajl aċċettati huma TXT, CSV u XLS.

  • Żid it-termini

    Manwalment
    Din it-tab tippermettilek iżżid terminu speċifiku mal-lista tiegħek manwalment. Tistaʼ jew tagħżel il-klassi u tittajpja l-prodotti, separati b’semikowlins (;), inkella tista’ żżid il-lista ta’ prodotti u servizzi tiegħek stess billi tagħżel klassi u tippejstja l-lista fil-kaxxa tat-test.

    Ladarba tkun żidt it-termini tiegħek mal-lista, jew il-lista stess, ikklikkja fuq 'OK' u l-validazzjoni tibda taħdem.

    Fittex
    Din tippermettilek tittajpja t-termini tiegħek fil-kaxxa tat-tiftix, tinnaviga l-prodotti u s-servizzi eżistenti kollha fl-HDB u tagħżel l-opzjonijiet preferiti tiegħek.

    Importa
    Jekk diġà ħloqt lista taʼ prodotti u servizzi u trid timportaha, l-ewwel trid tagħżel il-fajl mill-kompjuter tiegħek u mbagħad tikklikkja fuq OK => Ivvalida => Uri l-lista (validata).

    Meta ttellaʼ fajl fl-applikazzjoni Builder tiegħek trid tikkonsidra żewġ dettalji importanti:

    1. Il-fajl li trid ittellaʼ jeħtieġ li jkun fl-istess lingwa bħal-lingwa li għażilt oriġinarjament meta ħloqt il-lista tiegħek.
    2. Il-formati aċċettati għal-lista tiegħek huma jew txt. jew csv. Jekk tagħżel mod ieħor, tirċievi serje taʼ messaġġi żbaljati fejn jgħidulek li l-fajls tiegħek mhumiex fil-format meħtieġ (ara aktar ʼil fuq).

    Klassi 35 & 37 Assistent
    Tista' tiġġenera bʼmod awtomatiku l-Klassi 35 u l-Klassi 37 tiegħek stess bʼmod dirett skont it-termini magħżula preċedentement tiegħek.

    Jekk teħtieġ tgħaqqad it-terminu tiegħek maʼ wieħed minn dawn is-servizzi – bejgħ bl-imnut, manutenzjoni u tiswija, installazzjoni u bejgħ bl-ingrossa, din l-għodda ser tgħinek tiġġenera bʼmod awtomatiku termini ġodda li jkunu kompatibbli kemm maʼ Klassi 35 kif ukoll maʼ Klassi 37.

    1. L-ewwel, agħżel il-klassi l-ġdida li trid tiġġenera bʼmod awtomatiku u mbagħad agħżel is-servizz.
    2. Agħżel mil-liema klassijiet użati tiegħek trid tibda l-ġenerazzjoni awtomatika jew tibbrawżja l-HDB.
      Is-sistema turik jekk il-klassijiet tiegħek humiex kompatibbli mal-Klassijiet 35 & 37.
    3. Ikklikkja 'OK' biex tara l-lista ġġenerata tiegħek.
  • Il-karatteristiċi tal-Għodda tal-iżvilupp

    Editja t-terminu
    Meta tkun fuq terminu tidher l-ikona Editja, u tistaʼ teditja manwalment.

    Mexxi t-terminu
    Tistaʼ tibdel l-ordni tat-termini fil-lista tiegħek billi tikklikkja fuq il-parti vojta tat-terminu u tmexxiha fejn tixtieq.

    Ara l-passaġġ tat-terminu fl-HDB
    Uża din il-karatteristika biex tara l-passaġġ tal-għażla tal-prodotti u s-servizzi tiegħek permezz tat-tassonomija fl-HDB.

    Ivverifika maʼ bażijiet taʼ data oħrajn
    uża din biex tivverifika jekk it-terminu tiegħek jinsabx fʼlisti jew fʼbażijiet taʼ data disponibbli oħrajn. Jekk jogħġbok innota li r-riżultati taʼ din il-verifika huma biss għal finijiet taʼ informazzjoni u, peress li mhumiex iġġestiti minna, ma tistax tkun iggarantita l-eżattezza taʼ sorsi oħrajn

    Awtodetezzjoni tal-intestatura tal-klassi
    filwaqt li tkun timlaʼ l-lista tiegħek, is-sistema tistaʼ awtomatikament tidentifika jekk intix tuża l-intestaturi tal-Klassi u ser toffrilek termini ekwivalenti mingħajr ma titlef kwalunkwe kamp taʼ applikazzjoni. Inti tistaʼ tagħżel li taċċetta jew tirrifjuta dawn il-bidliet


    Iffiltra l-viżwalizzazzjonijiet
    Din l-opzjoni tgħinek taħdem fuq il-lista tiegħek billi tiffiltralek it-termini tiegħek skont il-validazzjoni (aħdar, oranġjo, iswed u aħmar).

  • Karattri validi
    Isem Karattru Eżempju
    Ittri a -z A-Z Partijiet u fitings għall-vetturi
    Numri 0 - 9 MP3 players
    Sing - (kodiċi tal-asci 045) Xorb mhux alkoħoliku
    Parentesi kwadri < > Pistoli tal-airsoft> 0.5 Joule
    żbarra / Video players/recorders
    Asterisk (*) * Ħwejjeġ*
    Parentesi tondi ( ) Fuljetti (manwali) tat-taħriġ
    Parentesi bil-qarsa { } Kranks {partijiet minn magni}
    Parentesi kwadri [ ] Enamels [verniċ]
    Żewġ punti : (kodiċi tal-ascii 058) Servizzi relatati għal: ċirkwiti elettriċi u elettroniċi, komponenti
    Virgola , Dqiq tal-qamħirrun, maltosju
    Virgoletta singola ' (kodiċi tal-ascii 039) Pniezel tal-pitturi
    Punt u virgola (mhux aċċetata fil-Grieg) ; (kodiċi tal-ascii 059) Reatturi nukleari; Preparazzjonijiet għall-immudellar
    Tikka tan-nofs (aċċetata biss fil-Grieg) · (kodiċi tal-ascii 250) Καρυκεύματα· Μαγειρικά βότανα
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 14-06-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja