Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Il-Politika tal-EUIPO dwar il-Lingwi

Il-ħames lingwi ta’ ħidma tal-Uffiċċju huma l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol. L-applikazzjonijiet tat-trademarks u tad-disinji jistgħu jiġu infilzati fi 23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-Reġistri tal-EUTM u l-RCD huma ippubblikati wkoll fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE. Il-kontenut tas-sit web tal-EUIPO huwa ppubblikat mill-inqas fil-ħames lingwi tal-Uffiċċju u spiss ukoll fi 18-il lingwa uffiċjali oħra.

Fl-EUIPO aħna impenjati bis-sħiħ biex niżguraw li kulħadd fl-UE jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’lingwa li huma jifhmu, anke jekk dik il-lingwa ma tkunx il-lingwa materna tagħhom.

 

Kull meta jkun possibbli, aħna se nikkomunikaw miegħek fil-lingwa nazzjonali uffiċjali tiegħek.  Madankollu, għal kwalunkwe kwistjoni lingwistika rigward il-proċeduri dwar it-trademarks jew id-disinji, japplikaw ir-regolamenti rispettivi u l-Linji Gwida tal-Uffiċċju.

Għal iktar informazzjoni dwar liema lingwi jistgħu jintużaw fi proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, jekk jogħġbok irreferi għar-regolamenti relevanti, b’mod partikolari, l-Artikoli 146 u 147 tal-EUTMR, l-Artikoli 24, 25 u 26 tal-EUTMIR, l-Artikoli 98 u 99 tas-CDR u l-Artikoli 29, 80, 81 u 83 tas-CDIR.

 

Sib il-lingwa li trid fuq is-sit web

Il-paġni web kollha tagħna għandhom menu li jinżel fil-kantuniera ta’ fuq fin-naħa tax-xellug fejn inti tista’ tagħżel f’liema lingwa tixtieq tara l-paġna.

Barra minn hekk, jekk qed tfittex każistika biex tappoġġa każ quddiem il-qorti, il-bażi tad-data tagħna l-eSearch Case Law tipprovdi traduzzjonijiet awtomatiċi biex jgħinuk tikseb fehim ġenerali minnufih tal-kontenut ta’ sentenza partikolari qabel tinvesti fi traduzzjonijiet iċċertifikati.

 

It-terminoloġija tal-EUIPO

L-EUIPO jipprovdi terminoloġija uffiċjali relatata mal-IP fil-lingwi kollha tal-UE. Dan biex jingħata kontribut għaċ-ċertezza legali fid-dinja tal-IP. Kulħadd jista’ jkollu aċċess għat-termini permezz tal-bażi tad-data tat-terminoloġija interistituzzjonali tal-UE (IATE).

 

Traduzzjonijiet

It-traduzzjonijiet meħtieġa għall-funzjonament tal-Uffiċċju jiġu tradotti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE.

Barra minn hekk, l-EUIPO jipprova juża teknoloġija tat-traduzzjoni awtomatika tal-ogħla livell biex jipprovdi lill-utenti tiegħu informazzjoni addizzjonali fil-lingwi proprji tagħhom, anke lil hinn mil-lingwi uffiċjali tal-UE.

 


Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 04-03-2020
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja