Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Suġġerimenti għall-preżentazzjoni tad-disinni & l-prattiki tajba

Ġbarna numru ta’ suġġerimenti biex meta tagħmel preżentazzjoni għal disinn Komunitarja rreġistrat tevita li tagħmel żbalji li jistgħu jirriżultaw f’nuqqasijiet.

In-nuqqasijiet jokkorru meta l-applikazzjoni jkollha żbalji formali, bħal meta tinsa tħallas, jew meta l-immaġnijiet tad-disinn tiegħek ma jkunux konformi ma’ ċerti rekwiżiti għar-reġistrazzjoni. Żbalji formali ħafna drabi faċli tevitahom u, mill-esperjenza tagħna, ħafna drabi jokkorru fi tliet stadji differenti tal-proċess tal-applikazzjoni online.

 

It-tlugħ tal-viżwalizzazzjonijiet

1. Il-viżwalizzazzjonijiet kollha jridu jappartjenu kollha għall-istess disinn.

F’dan l-eżempju, l-utent ippreżenta żewġ viżwalizzazzjonijiet ta’ siġġijiet b’karatteristiċi differenti mill-istess disinn, disinn 1. Ma jikkorrispondux għall-istess disinn u għaldaqstant ma jistgħux jiġu aċċettati.

Disinn 1 / Viżwalizzazzjoni 1

Disinn 1 / Viżwalizzazzjoni 2

Disinn 1 / Viżwalizzazzjoni 1

Disinn 2 / Viżwalizzazzjoni 1

Ħażin

Karatteristiċi differenti joħolqu apparenzi differenti, għaldaqstant iridu jiġu ppreżentati bħala disinn separat.

 

F’dan l-eżempju l-ieħor, l-utent ippreżenta l-istess żewġ siġġijiet bħala żewġ disinni separati, disinn 1 u disinn 2, u għaldaqstant jistgħu jiġu aċċettati.

Tajjeb

Kull waħda mill-viżwalizzazzjonijiet t’hawn fuq jikkorrispondi ma’ disinn differenti. Jista’ jkun hemm disinni differenti f’applikazzjoni multipla*. Kull disinn jista’ jiġi rrappreżentat b’diversi viżwalizzazzjonijiet (minn 1 sa 7 viżwalizzazzjonijiet).

* Applikazzjoni multipla hija applikazzjoni li fiha diversi disinni. Huwa irħas tippreżenta applikazzjoni multipla milli tippreżenta d-disinni individwali f’applikazzjonijiet separati.

 

2. Elementi extra li mhumiex parti mid-disinn, bħal noti ta’ spjega, numri jew vleġeġ, ma għandhomx jiġu inkużi.

Ħażin

Viżwalizzazzjoni ta’ disinn b’test, simboli u indikazzjonijiet.

Tajjeb

Viżwalizzazzjoni ta’ disinn imtellgħa waħedha. Informazzjoni extra tista’ tiżdied fis-sezzjoni tad-deskrizzjoni.

 

3. Id-disinn għandu jkun irrappreżentat fuq sfond newtrali.

Ħażin

Jidhru oġġetti strambi fl-immaġni.

Tajjeb

Id-disinn għandu sfond newtrali.

 

4. Kull immaġni għandu jkollha viżwalizzazzjoni waħda tad-disinn.

Ħażin

Żewġ viżwalizzazzjonijiet tad-disinn fl-istess immaġni.

Tajjeb

Viżwalizzazzjoni waħda għal kull immaġni.

 

5. Jekk id-disnn fih il-kulur, għandu jkun konsistenti f’kull viżwalizzazzjoni.

Ħażin

L-istess prodott f’kulur differenti huwa kkunsidrat bħala disinn differenti.
Anke t-taħlita ta’ viżwalizzazzjonijiet bil-kulur u iswed & abjad mhux aċċettatat.

 

Tajjeb

Il-viżwalizzazzjonijiet tad-disinn juru l-konsistenza tal-kulur.

 

6. Viżwalizzazzjonijiet imkabbra jridu jittellgħu bħala immaġnijiet separati.

Ħażin

Viżwalizzazzjoni mkabbra fl-istess immaġni.

Tajjeb

Viżwalizzazzjoni mkabbra f’immaġni separata.

 

7. Ir-rinunzji tal-pretensjoni viżwali huma murija konsistentement fil-viżwalizzazzjonijiet kollha fejn tidher ir-rinunzja ta’ pretensjoni.

Xi kultant l-utenti jkunu jixtiequ japplikaw għal reġistrazzjoni għal komponent partikolari ta’ prodott. Għal dan jistgħu jużaw rinunzja ta' pretensjoni viżwali biex jeskludu l-element li ma jkunux jixtiequ jirreġistraw.

Ħażin

Ir-rinunzja tal-pretensjoni viżwali mhux murija konsistentement f’kull viżwalizzazzjoni.

 

Tajjeb

Viżwalizzazzjonijiet differenti b’rinunzja tal-pretensjoni viżwali jidhru konsistentement.

 

8. Mill-inqas viżwalizzazzjoni waħda trid turi sett ta’ artikli jew prodott kumpless fl-intier tiegħu.

Ħażin

Is-sett ta’ artikli jew prodott kumpless mhux jidher fil-viżwalizzazzjoni globali.

 

Tajjeb

Sett ta’ artikli murija b’mod tajjeb inkluża viżwalizzazzjoni globali.

 

9. L-indikazzjoni tal-prodott trid tikkorrispondi mar-rappreżentazzjoni tad-disinn.

F’dan l-eżempju l-utent ippreżenta viżwalizzazzjoni ta’ siġġu b’indikazzjoni ħażina tal-prodott. ‘Ornamentazzjoni’ tista’ tintuża biex tirreġistra mudelli u mhux siġġijiet u għaldaqstant ma tistax tiġi aċċettata.

Ħażin

L-indikazzjoni tal-prodott ma tikkorrispondix mal-viżwalizzazzjoni tad-disinn imtellgħa. Dan id-disinn għandu jiġi ppreżentat bl-indikazzjoni tal-prodott ‘siġġijiet’ fi klassi 06.01.

Tajjeb

L-indikazzjoni tal-prodott tixbah lill-/taqbel mal-viżwalizzazzjoni tad-disinn imtellgħa.

 

10. L-indikazzjoni tal-prodott għandha tkun speċifika biżżejjed biex tippermettilha tkun klassifikata fi klassi waħda u subklassi tal-Klassifikazzjoni ta’ Locarno.

Ħażin

L-indikazzjoni tad-disinn mhix speċifika biżżejjed biex tiġi kklassifikata.

Tajjeb

Il-funzjoni tal-prodott hija indikata b’mod ċar bi klassi u subklassi.



 

Pretensjoni għal prijorità

Persuna li ppreżentat applikazzjoni ta’ disinn nazzjonali, internazzjonali jew Komunitarju, tgawdi mid-dritt għal prijorità għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-ewwel applikazzjoni għall-finijiet ta’ rappreżentazzjoni ta’ applikazzjoni ta’ disinn Komunitarju għall-istess disinn.

Id-dritt ta’ prijorità għandu l-effett li d-data ta’ prijorità tgħodd bħala d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tad-disinn għall-finijiet li jiġi stabbilit liema drittijiet jingħataw preċedenza.

  • Il-prijorità tista’ tiġi kklejmjata biss abbażi ta’ applikazzjoni preċedenti ta’ disinn jew mudell ta’ utilità.
  • L-applikazzjoni preċedenti għandha tkun l-ewwel preżentata.
  • Il-proprjetarju tal-applikazzjoni preċedenti u l-applikant tal-applikazzjoni tad-disinn Komunitarju jridu jkunu l-istess persuna.
  • Kopja ċċertifikata tal-applikazzjoni preċedenti trid tiġi sottomessa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-pretensjoni għal prijorità.
  • Jekk il-lingwa tal-applikazzjoni preċedenti mhix waħda mill-ħames lingwi tal-Uffiċċju, l-applikant għandu jippreżenta traduzzjoni.
 

Talba għal differiment

Meta tippreżenta applikazzjoni għal disinn Komunitarju, tista’ titlob li l-pubblikazzjoni tagħha tiġi ddifferita għal perjodu ta’ mhux aktar minn 30 xahar. Għalhekk, id-disinn jista’ jinżamm kunfidenzjali sakemm tkun lest li tiżvelah. Jekk tiddeċiedi li ma tippubblikax l-RCD, ir-reġistrazzjoni tiskadi wara l-perjodu ta’ differiment ta’ 30 xahar.

  • Tajjeb tkun taf li differiment jista’ jintalab biss waqt il-preżentazzjoni.
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 11-03-2020
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja