
Applika issa
Trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM) tagħtik id-drittijiet esklussivi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea attwali u futuri kollha permezz ta' reġistrazzjoni waħda, ippreżentata online. Hija valida għal 10 snin u tista' tiġġedded kemm-il darba, kull darba 10 snin għal kull tiġdid. Qabel tapplika, tinsiex tara l-lista ta' kontroll tagħna sabiex tiżgura li l-applikazzjoni tiegħek tipproċedi mingħajr problemi.
Aktar informazzjoni dwar it-tariffi tagħna.
Ippreżenta trademark tal-Unjoni Ewropea bl-użu tal-applikazzjoni f'Ħames Stadji
L-opzjoni Fast Track tagħna għar-reġistrazzjoni tat-trademark tiegħek

- Oħloq u ssottometti l-applikazzjoni tiegħek f'10 minuti.
- Se niggwidawk pass pass matul il-proċedura tal-applikazzjoni.
- Tista' tissejvja l-applikazzjoni tiegħek fi kwalunkwe ħin matul il-proċess.
- Ippubblika l-applikazzjoni tiegħek f'nofs il-ħin jew inqas meta mqabbel ma' applikazzjonijiet regolari. Sir af aktar dwar Fast Track.

Formola avvanzata
Jekk teħtieġ tippreżenta applikazzjonijiet iżjed kumplessi, nirrakkomandaw li tuża din il-formola. Sir af kif tissottometti applikazzjoni Fast Track permezz tal-formola Avvanzata tagħna.
Ftakar li tista' tivverifika jekk it-termini tal-lista ta' prodotti u servizzi tiegħek humiex aċċettati għal Fast Track bl-użu tal- Elenkatur ta' prodotti u servizzi tagħna.