Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Valur

Ibni l-valur tad-ditta tiegħek

Trade mark irreġistrat huwa mod kif tirrappreżenta l-investiment li tagħmel fid-ditta tiegħek. Dan il-valur jista' jogħla u jinżel, jiddependi mill-forzi tas-suq u s-suċċess tal-kumpanija u l-prodotti tiegħek. It-trade mark tiegħek tista' tiġi verifikata; il-valur tagħha huwa parti mill-assi tal-kumpanija tiegħek. It-trade marks jistgħu wkoll ikunu liċenzjati, mibjugħa jew żviluppati bħala kollaterali.

Waħda mill-aktar ditta prezzjużi fid-dinja llum hija l-Apple. Kibret permezz tal-protezzjoni u l-iżvilupp tal-proprjetà intelletwali tagħha. It-trade marks, id-disinji, d-drittijiet tal-awtur u l-privattivi internazzjonali.

Kumpaniji li għamlu suċċess żviluppaw l-IP tagħhom mill-ewwel ġurnata. Jekk trid tkun innovattiv u jkollok suċċess ma għandekx bżonn tkun ġgantesk - għandek bżonn tkun taf kif tikber.

 

Iċ-ċiklu tas-suċċess

Is-suċċess iġib is-suċċess. Kumpaniji innovattivi jibnu portafolli ta' drittijiet ta' proprjeta` intelletwali, li tipproteġilhom u tiżviluppalhom il-vantaġġ kompetittiv tagħhom. Il-kisbiet u d-drittijiet tagħhom jibbenefikaw lis-soċjetà ġenerali.

 

Il-ġestjoni tal-kreattività hija ċ-ċavetta biex l-innovazzjoni tissarraf fi flus.

'Ħafna nies iċedu meta l-affarijiet isiru diffiċli u jidhru kontrihom, imma dak hu l-waqt meta hemm bżonn tirsisti iktar. Inħobb nuża l-analoġija ta' tellieqa. Tibda taħseb li ma tistax tkompli, iżda jekk tegħleb l-ostakli, tintebaħ li sa fl-aħħar kollox se jintemm b'wiċċ il-ġid. Ħafna drabi, s-soluzzjoni tkun wara l-kantuniera'.

James Dyson, fundatur tal-kumpanija Dyson

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 22-09-2017
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja