Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

L-EUIPO jopera fi ħdan firxa ta’ netwerks, u jikkunsidra l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proprjetà intellettwali. Il-kondiviżjoni tal-għarfien, il-kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali, ix-xogħol tal-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, il-komunikazzjoni mal-assoċjazzjonijiet u n-negozji tal-utenti, kollha jagħmlu parti mill-kapital soċjali u relazzjonali tal-Uffiċċju. Hawnhekk ser issib dokumenti relatati mar-relazzjonijiet tal-EUIPO u l-kooperazzjonijiet ma’ uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali oħra fl-Ewropa u madwar id-dinja, partijiet ikkonċernati u l-komunità usà tal-utenti kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi u aġenziji oħra tal-UE.

Pjan pluriennali
tal-Osservatorju

L-Estensjoni tal-Pjan Pluriennali tal-Osservatorju 2019-2020 serviet biex jiġi estiż il-Pjan Pluriennali 2014-2018 sat-tmiem tal-Pjan Strateġiku 2020 tal-EUIPO (Ġunju 2020). L-għanijiet strateġiċi u l-inizjattivi ewlenin għall-Osservatorju għall-ħames snin li ġejjin issa jinsabu integrati b’mod sħiħ fil-Pjan Strateġiku 2025 tal-EUIPO


PDF

Portal tal-Akkademja
tat-Tagħlim tal-EUIPO

 

L-Akkademja tal-EUIPO tipproduċi korsijiet, webinars u tutorials online dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali. Il-korsijiet ivarjaw minn informazzjoni bażika dwar il-Proprjetà Intellettwali għal moduli avvanzati dwar kwistjonijiet legali speċifiċi jew suġġetti ta’ infurzar.
 


Aktar Dettalji >>

Studju dwar l-Impatt Alicante/EUIPO

 

Serje ta’ rapporti li twettqu mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Alicante dwar l-impatt tal-EUIPO, kemm ekonomikament kif ukoll soċjalment, dwar ir-reġjun ta’ Alicante u l-Komunità ta’ Valencia.


PDF

Il-Programm ta’ Traineeship Professjonali
tas-Siġill Pan-Ewropew.

 

Il-Programm ta’ Traineeship Professjonali tas-Siġill Pan-Ewropew huwa traineeship postuniversitarju imħallas li jdum sena, organizzat mill-EUIPO, l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u s-sħab universitarji tagħhom.


Aktar Dettalji >>

 

Titlu transparency-portlet.file.din Maħluq Dehra
Can’t find what you are looking for? Request here
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 20-09-2021
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja