L-EUIPO jiffinanzja lilu nnifsu għalkollox. L-operazzjonijiet kollha tiegħu jitħallsu permezz tat-tariffi ta’ reġistrazzjoni, li jfisser li la l-Uffiċċju u lanqas ix-xogħol tiegħu ma jpoġġi piż finanzjarju addizzjonali fuq l-UE jew il-kontribwenti tagħha. Ir-rapporti finanzjarji uffiċjali tal-EUIPO jinkludu l-baġit, il-kontijiet annwali, ir-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja u r-rapport mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll dokumentazzjoni relatata max-xogħol tal-Kumitat tal-Baġit tal-EUIPO.
2021 Baġit tal-EUIPO
Il-baġit tal-EUIPO għas-sena li ġejja jiġi mħejji u ppreżentat għal approvazzjoni lill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju. Il-baġit ma jistax jiġi implimentat qabel ma jkun approvat mill-Kumitat tal-Baġit, li huwa magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew.
PDFAktar Dettalji >>
2019 Kontijiet Annwali
Il-kontijiet annwali tal-EUIPO jinkludu r-rapporti finanzjarji tal-Uffiċċju (karta tal-bilanċ, kont tal-eżitu ekonomiku, tabella tal-fluss tal-flus, dikjarazzjoni ta’ allokazzjoni ta' kapital) u rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-EUIPO. Il-kontijiet annwali għandhom jikkonformaw mar-regoli relevanti, ikunu preċiżi u komprensivi u jippreżentaw opinjoni reali u ġusta. Dawn jitfasslu skont prinċipji ta’ kontabilità aċċettati b’mod ġenerali.
PDFAktar Dettalji >>
Rapporti tal-Qorti Ewropea
tal-Awdituri
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hi istituzzjoni tal-UE inkarigata mill-awditu tal-finanzi tal-UE. Bħala l-awditur estern tal-UE, din tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Ir-rwol tagħha huwa li tivverifika li l-fondi tal-UE jkunu mħarsa kif xieraq, jinġabru u jintefqu skont ir-regoli u r-regolamenti relevanti u li jkunu kisbu l-valur għall-flus. Il-Qorti toħroġ rapport ta’ awditu dwar l-EUIPO kull sena, u dan ikun ippubblikat fuq is-sit web tal-EUIPO meta jiġi rilaxxat.
PDFAktar Dettalji >>
Regolament Nru BC-1-19
tal-Kumitat tal-Baġit
Ir-Regolament tal-Kumitat tal-Baġit tal-EUIPO jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju
Dan id-dokument jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju. Fost affarijiet oħrajn, jistipula l-iskeda taż-żmien għal rappurtar finanzjarju u ġestjoni baġitarja fl-Uffiċċju, kif ukopll il-prinċipji baġitarji, l-akkwist u l-awditjar estern.
PDF