Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Il-formola f'ħames stadji

Il-Formola f'ħames stadji hija mfassla sabiex tkun tista' tippreżenta faċilment applikazzjoni tal-EUTM bl-użu ta' kwalunkwe waħda mit-23 lingwa tal-Unjoni Ewropea (UE).

formola f'ħames stadji
 

L-oqsma obbligatorji huma mmarkati b'asterisk (*).

Biex taċċessa l-formola ta' applikazzjoni f'ħames stadji, mur fuq it-taqsima Trade marks > Route to registration > Apply now (Trademarks > Rotta għar-reġistrazzjoni > Applika issa) tas-sit web u mbagħad ikklikkja fuq il-buttuna blu Start application (Ibda l-applikazzjoni).

Ibda l-applikazzjoni
 
  • Abbozzi (Issejvja l-applikazzjoni)

    Tista' tieqaf fi kwalunkwe ħin u tissejvja l-applikazzjoni tiegħek f'abbozz ta' format sabiex tlestiha aktar tard. Ikklikkja fuq Save application (Issejvja l-applikazzjoni) fil-kolonna tal-lemin tal-applikazzjoni. L-abbozz jista' jiġi aċċessat mit-taqsima Drafts (Abbozzi) tal-User Area (Qasam tal-Utent) tiegħek.

 

Stadju 1: Dettalji tat-trademark

  • Lingwi u referenza
    L-ewwel lingwa

    L-ewwel lingwa hija magħżula fuq il-paġna Apply now (Applika issa). Din tista' tkun kwalunkwe waħda mit-23 lingwa tal-UE.

    It-tieni lingwa

    Għandek tagħti t-tieni lingwa minn waħda mill-ħames lingwi uffiċjali tal-EUIPO (DE, EN, ES, FR, IT). It-tieni lingwa trid tkun differenti mill-ewwel waħda. Jekk jogħġbok innota li t-trademark tiegħek tista' tkun ikkontestata fit-tieni lingwa.

    Agħżel il-kaxxa fejn timmarka jekk tixtieq tirċievi korrispondenza uffiċjali fit-tieni lingwa tal-għażla tiegħek.

    Innota: jekk l-għażla tiegħek tal-ewwel lingwa hija waħda mill-ħames lingwi uffiċjali tal-EUIPO, ma tistax tagħżel l-għażla li tirċievi l-korrispondenza uffiċjali fit-tieni lingwa tiegħek. Għalhekk, il-kaxxa fejn timmarka mhux ser tintwera.

    Referenza personali

    Ir-referenzi għandhom jikkonsistu minn massimu ta' 30 karattru alfanumeriku, bl-użu tal-alfabet Ruman: a-z, A-Z, 0-9. Tużax spazji. Għal kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollok fil-futur dwar it-trademark tiegħek, jekk jogħġbok uża r-referenza uffiċjali tal-EUIPO.

    Innota: għal kwalunkwe mistoqsija lill-EUIPO li jista' jkollok fil-futur dwar it-trademark tiegħek, jekk jogħġbok uża r-referenza uffiċjali tal-EUIPO.

  • Tipi ta' marki

    Trid tagħżel it-tip ta' marka li trid tirreġistra. Hawn taħt hawn lista tat-tipi differenti:

    Tip Formati għad-dokumenti mehmuża (meta meħtieġa)
    Marka verbali N/A
    Marka figurattiva JPEG
    Marka figurattiva li tinkludi elementi ta' kliem * JPEG
    Marka ta’ forma JPEG, OBJ, STL, X3D
    Marka ta’ forma li fiha elementi ta’ kliem * JPEG, OBJ, STL, X3D
    Marka tal-ħoss JPEG, MP3

    * Innota: dawn it-tipi ta' trademark mhumiex kategorji separati skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tat-trademark tal-UE. Madankollu, dawn huma differenzjati fil-formola f'ħames stadji għal raġunijiet prattiċi u tekniċi.

    Aqra iktar dwar it-tipi ta' trademarks fit-taqsima trade mark definition (definizzjoni ta' trademark).

    Il-paġna technical information (informazzjoni teknika) fiha dettalji sħaħ dwar il-formati tal-fajl aċċettati għall-hemżiet.

    Details required
    (Dettalji meħtieġa) Ser tintalab tissottometti informazzjoni differenti skont it-tip ta' marka li tagħżel li tipproteġi.

    Representation of the mark
    (Rappreżentazzjoni tal-marka) Huwa importanti li r-rappreżentazzjoni tal-marka li inti tkun qed ittella' tkun rappreżentazzjoni xierqa tal-marka li tixtieq tirreġistra u li tiddefinixxi b'mod ċar x'tip ta' protezzjoni qed tfittex. Ir-rappreżentazzjoni tista' tiġi kkomplementata b'indikazzjoni tat-tip ta' marka kkonċernata, u f'xi każijiet, b'deskrizzjoni. Iżda t-tnejn li huma, kemm id-deskrizzjoni meta disponibbli, kif ukoll l-indikazzjoni tat-tip ta' marka, jeħtieġ li jaqblu mar-rappreżentazzjoni.

    Meta tittella' r-rappreżentazzjoni tal-marka, tintwera t-twissija li ġejja:

      "L-EUIPO se jippubblika l-marka tiegħek kif qed tidher attwalment. Jekk din ma tirrappreżentax eżattament dak li trid tipproteġi, jekk jogħġbok ikkoreġiha qabel tissottometti l-applikazzjoni tiegħek"

      "L-immaġni ġiet ipproċessata biex tissodisfa l-kriterji tekniċi."

    Word element(s)
    (Element(i) tal-kelma) Għandhom jiġu indikati biss elementi verbali viżibbli fil-logo. Jekk l-elementi verbali mhumiex korretti, l-EUIPO se jibdilhom direttament mingħajr ma jibgħat komunikazzjoni għal dan il-għan.

 

Stadju 2: Prodotti u servizzi

  • Kif iżżid prodotti u servizzi fl-applikazzjoni tiegħek

    Biex iżżid il-prodotti u s-servizzi mal-applikazzjoni tiegħek ikklikkja fuq il-buttuna Search (Fittex).

    Se tinfetaħ tieqa pop-up ġdida. Ittajpja l-kelma ewlenija tal-prodotti u s-servizzi li trid tagħżel (jintwera menù drop-down b'suġġerimenti li jimtlew waħedhom) jew ikklikkja fuq il-link sabiex Navigate through all goods and services (Tinnaviga fil-prodotti u s-servizzi kollha).

    Biex tara l-kamp ta' applikazzjoni kollu ta' klassi waqt li tkun qed tinnaviga fil-prodotti u s-servizzi kollha, ikklikkja fuq l-ikona '+' L-ikona tal-plus , biex tnaqqas il-lista, ikklikkja fuq l-ikona '-' L-ikona tal-minus

    Ikklikkja fuq l-ikona "folder" (fowlder) L-ikona tal-fowlder biex tara t-termini kollha fil-klassi magħżula tiegħek. Biex iżżid terminu mal-lista tiegħek, agħżel il-kaxxa fejn timmarka fuq in-naħa tax-xellug tar-ringiela fit-tabella L-ikona tal-kaxxa fejn timmarka magħżula

    Biex tara l-għażla ta' termini u klassijiet tiegħek, ikklikkja fuq il-buttuna View your selection (Ara l-għażla tiegħek)

    Meta tkun għażilt il-prodotti u s-servizzi kollha li teħtieġ, ikklikkja fuq il-buttuna Continue (Kompli) li tidher fuq il-paġna View your selection (Ara l-għażla tiegħek). Se tiġi dirett mill-ġdid għall-applikazzjoni tiegħek fejn ser tintwera l-għażla tiegħek.

    Jekk jogħġbok innota li jekk tixtieq tipprovdi l-lista proprja tiegħek ta' prodotti u servizzi inti tista' tagħmel dan billi tuża l-Advanced form (Formola avvanzata)

 

Stadju 3: Trademark(s) simili

  • Rapport ta' xebh

    L-EUIPO joffri rapport ta' xebh li jikkompila lista ta' trademarks li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tiegħek. Earlier trade marks (Trademarks preċedenti) jistgħu jkunu ta' theddida għall-applikazzjoni tiegħek. Il-lista tinkludi kemm l-ismijiet tat-trademark kif ukoll il-prodotti u s-servizzi li saret applikazzjoni għalihom.

    Jekk jogħġbok innota li din il-lista mhijiex eżawrjenti. It-trademark tiegħek tista' tiġi kkontestata anke jekk ma jkun ingħata ebda riżultat.

    View results
    (Ara riżultati) Tintwera tabella b'lista ta' trademarks simili. Sabiex tara informazzjoni addizzjonali dwar ir-riżultati tista' tikklikkja fuq l-ikona tal-lenti fuq in-naħa tal-lemin tad-dehra tat-tabella . Se tinfetaħ tieqa oħra li turi l-informazzjoni fl-applikazzjoni TMview

    PDF li jelenka l-informazzjoni jista' jitniżżel u jiġi ssejvjat billi tikklikkja fuq il-buttuna Download PDF (Niżżel il-PDF) li tinsab taħt it-tabella tar-riżultati.

    Jekk għandek xi dubju dwar ir-reġistrazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok fittex parir legali minn professjonista tal-IP

  • Pretensjonijiet

    Priority claim
    (Pretensjoni ta' prijorità) Inti qed tiġi mistoqsi jekk fl-aħħar sitt xhur applikajtx għall-istess trademark, jekk twieġeb le, ikklikkja fuq il-buttuna Li jmiss sabiex tkompli.

    Jekk twieġeb iva ser ikollok:

    • Tagħżel il-Country of first filing (Pajjiż tal-ewwel preżentazzjoni) mil-lista dropdown
    • Tittajpja fl-isem tat-trademark (il-qasam jimtela waħdu jekk id-dettalji tat-trademark huma disponibbli f'TMview) u tikklikkja fuq Import (Importa) jew
    • Iddaħħal id-dettalji manwalment billi tikklikkja fuq il-buttuna Create manually (Oħloq manwalment).
    • L-EUIPO m'għadux jeżamina l-pretensjonijiet ta' prijorità fis-sustanza, iżda ser jillimita din l-eżaminazzjoni għal rekwiżiti formali
    • Żid id-data tal-preżentazzjoni, in-numru tal-preżentazzjoni u l-pajjiż tal-applikazzjoni preċedenti
    • Issa l-pretensjonijiet ta' prijorità għandhom jiġu ppreżentati flimkien mal-applikazzjoni tal-EUTM, u ma jistgħux isiru fi stadju ulterjuri
    • Id-dokumentazzjoni meħtieġa li tappoġġja din il-pretensjoni għandha titressaq fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni.

    Innota: jekk id-dokumentazzjoni ta' sostenn (l-ewwel preżentazzjoni) mhijiex f'lingwa tal-EUIPO, inti tista' tintalab tittraduċi din id-dokumentazzjoni.

    Seniority claim
    (Pretensjoni ta' anzjanità) Inti qed tiġi mistoqsi jekk diġà rreġistrajtx l-istess trademark fil-livell nazzjonali fi ħdan l-UE, jekk twieġeb le, ikklikkja fuq il-buttuna Next (Li jmiss) sabiex tkompli.

    Jekk twieġeb iva ser ikollok:

    • tagħżel l-Istat Membru fejn kienet irreġistrata l-marka mil-lista drop-down.

    • Tittajpja l-isem tat-trademark (il-qasam jimtela waħdu) u tikklikkja fuq Import (Importa) jew

    • Iddaħħal id-dettalji manwalment billi tikklikkja fuq il-buttuna Create manually (Oħloq manwalment)

    • Tagħżel l-għażla korrispondenti Nature of registration (Natura tar-reġistrazzjoni)

    • Iżżid id-data tal-preżentazzjoni, in-numru tal-preżentazzjoni, id-data tar-reġistrazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni, imbagħad agħżel l-opzjoni li tehmeż id-dokumenti meħtieġa

 

Stadju 4: Id-dettalji tiegħek

  • Oħloq kont/Illoggja

    F'dan il-punt ser ikollok żewġ opzjonijiet:

    • Jekk ma rreġistrajtx għal kont tal-EUIPO, ikollok bżonn tirreġistra billi tikklikkja fuq il-buttuna Create account (Oħloq kont)
    • Jekk inti detentur ta' kont tal-EUIPO, daħħal id-dettalji tiegħek u kklikkja fuq il-buttuna Login (Illoggja)

    Imbagħad id-data tiegħek ser tiġi impurtata fil-formola sabiex b'hekk kulma jkollok iżżid hija l-informazzjoni nieqsa (applikant u/jew data rappreżentattiva).

    EUTM applications for non-EU residents/companies
    (Applikazzjonijiet tal-EUTM għal residenti/kumpaniji mhux tal-UE) Inti tista' tapplika għal EUTM jekk tgħix barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), iżda ser ikollok bżonn taħtar rappreżentant.

  • Applikant u Rappreżentant

    Applikant u/jew rappreżentant jista’ jiġi miżjud b’żewġ metodi:

    Kif iżżid applikant/rappreżentant eżistenti

    Tittajpja l-isem tal-applikant/rappreżentant — ser tintwera lista ta’ entrati eżistenti — u tagħmel l-għażla tiegħek u tikklikkja fuq Import (Importa). Id-dettalji tal-applikant/rappreżentant ser jintwerew; ikklikkja fuq il-buttuna Add (Żid) biex tkompli. Dan il-metodu jista’ jintuża, jekk id-dettalji jkunu ddaħħlu f’okkażjoni preċedenti.

    Żieda ta’ applikant/rappreżentant ġdid
    1. Daħħal id-dettalji manwalment billi tikklikkja fuq il-buttuna Create new (Oħloq ġdid)
    2. Agħżel it-tip ta’ applikant/rappreżentant mill-menu li jinżel
    3. Imla l-kumplament tal-formola (l-oqsma obbligatorji huma mmarkati b’asterisk *)
    4. Ikklikkja fuq il-buttuna Add (Żid) biex tkompli

    *Inti ma tistax iżżid rappreżentant jekk tkun qed timla l-formola bħala applikant

    Nota: jekk timmarka l-għażla ta’ Konnessjonijiet ekonomiċi, trid timla żewġ oqsma oħra; trid iżżid x’tip ta’ konnessjonijiet ekonomiċi għandek mal-applikant (eż. impjegat jew imsieħeb fin-negozju) u trid iżżid ukoll l-isem tal-impjegatur tiegħek.

    Assoċjazzjonijiet

    Meta tippreżenta applikazzjoni f’isem assoċjazzjoni, jekk jogħġbok daħħal l-ID tal-assoċjazzjoni biss.

 

Stadju 5: Ikkonferma u ħallas

Fʼdan l-istadju ser tara l-abbozz tal-applikazzjoni li ser tippreżenta. Xorta tistaʼ timmodifika d-data qabel tippreżentaha.

L-istadju li jmiss huwa t-tieqa tal-pagament fejn ser ikollok tagħżel payment method (il-metodu tal-pagament) tiegħek. Jekk ser tħallas permezz ta' trasferiment bankarju, huwa rrakkomandat li tieħu nota tal-Kodiċi ta' Tranżazzjoni ta' Pagament. Dan jista' jgħin biex jiġi identifikat il-pagament

  • Wara l-preżentazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni

    Meta jitlesta l-proċess ta’ reġistrazzjoni, ser tirċievi konferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet sottomessa b’mod korrett u ser tirċievi numru ta’ applikazzjoni uffiċjali.

    Jekk jogħġbok, kun af li jeħtieġ tirreġistra isem tad-dominju .eu permezz ta’ reġistratur akkreditat (lista disponibbli fuq is-sit web tar-Reġistru).

    Trid tniżżel ukoll l-irċevuta uffiċjali tiegħek. Jekk jogħġbok innota li l-EUIPO ma joħroġx kopji tal-irċevuti.

    Għall-finijiet ta’ informazzjoni, l-EUIPO jipprovdi informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ ismijiet tad-dominju .eu identiċi għat-trademark li saret applikazzjoni għaliha fit-tmiem tal-preżentata elettronika bl-użu tal-bażi tad-data WHOIS. It-twissijiet jistgħu jiġu ssettjati wkoll mill-utenti fil-user area u f’eSearch biex jiżguraw li jiġu infurmati meta jiġi rreġistrat isem tad-dominju .eu identiku għat-trademark tagħhom.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja