Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu għall-e-operazzjoni “alternattiva għal Korrispondenza”

Kif imsemmi fil-punt 2 c) tal-Anness 2 għad-Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv dwar il-Komunikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, EX-19-1 tat-18/01/2019.

c) Applikazzjonijiet, komunikazzjonijiet jew dokumenti oħra mibgħuta lill-Uffiċċju

Il-User Area tippermetti lill-utent jissottometti applikazzjonijiet, komunikazzjonijiet jew dokumenti b’mod elettroniku. Bħala regola, ladarba applikazzjoni, komunikazzjoni jew dokument ieħor jiġu reġistrati b’mod elettroniku, applikazzjonijiet, komunikazzjonijiet jew dokumenti oħra sussegwenti fl-istess każ għandhom jiġu sottomessi bl-istess mod.

Fil-User Area tista’ tintuża wkoll il-buttuna “Alternattiva għal Korrispondenza”. Din tista’ tintuża biss meta waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata.

  1. Fil-User Area mhi disponibbli l-ebda e-operazzjoni speċifika.
  2. Fil-User Area hemm e-operazzjoni speċifika disponibbli, iżda din l-e-operazzjoni hi temporanjament mhux aċċessibbli minħabba ħsara teknika. Meta din l-e-operazzjoni speċifika tkun jew l-e-infilzar ta’ applikazzjoni EUTM jew l-e-tiġdid ta’ reġistrazzjoni EUTM, għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4, il-paragrafu 6 tad-Deċiżjoni EX-19–1 tad-Direttur Eżekuttiv, jiġifieri li l-applikant għar-reġistrazzjoni jew għat-tiġdid jeħtieġ jerġa’ jissottometti l-istess talba (l-istess kontenut) permezz tal-e-operazzjoni speċifika fil-User Area fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mis-sottomissjoni oriġinali. Għal iktar dettalji ara l-Artikolu 4, il-paragrafu 6 tad-Deċiżjoni EX-19-1 tad-Direttur Eżekuttiv.

Riċevuta elettronika tal-applikazzjoni, tal-komunikazzjoni jew tad-dokument mibgħuta/mibgħut permezz tal-e-operazzjoni “alternattiva għal Korrispondenza” se tiġi pprovduta fil-forma ta’ “konferma mibgħuta” fl-entrati “mibgħuta” tal-User Area.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 05-03-2021