Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Irreġistra

Biex taċċessa l-User Area tal-EUIPO, jeħtieġ li tirreġistra d-dettalji tiegħek. Klikkja fuq 'Irreġistra' fil-kantuniera fuq in-naħa tal-lemin tal-iskrin tiegħek biex tibda u mbagħad segwi l-istruzzjonijiet.

 
  • Għaliex irrid nirreġistra?

    Il-kont tal-EUIPO tiegħek jippermettilek taċċessa firxa ta' servizzi online li mhumiex disponibbli għal utenti mhux reġistrati. Dawn il-vantaġġi jinkludu l-għażla li jinħolqu twissijiet u sottoprofili.

    Uħud mis-servizzi, bħal tranżazzjonijiet finanzjarji, jeħtieġu s-sottomissjoni ta' dettalji personali. Il-fatt li l-utent jilloggja jipprovdih bi protokolli siguri għad-data maħżuna tiegħu.

    Trid ukoll tilloggja biex tniżżel dokumenti minn fajl partikolari.

  • Għamilt applikazzjoni mal-EUIPO qabel?

    L-utenti li diġà ppreżentaw applikazzjoni mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ngħataw numru ID. Huwa importanti li tinkludi din l-ID meta tirreġistra għall-ewwel darba sabiex il-fajls kollha marbuta ma' dan in-numru jidhru fid-dashboard tal-User Area l-ġdid tiegħek.

  • Dettalji tal-utent

    Hemm żewġ tipi ta' utenti, 'Kumpanija jew Individwu' u 'Rappreżentant'. Jekk ma tidħolx f'dawn iż-żewġ kategoriji proposti, jekk jogħġbok agħżel 'Kumpanija jew individwu'. Dan jippermettilek aċċess komplut għall-funzjonalitajiet kollha fil-User Area.

  • Attivazzjoni tal-kont

    Meta tirreġistra se jkollok bżonn tipprovdina b'email fejn tixtieq tirċievi l-kodiċi ta' attivazzjoni tiegħek.

    Ladarba timla l-oqsma kollha mitluba tal-formola ta' reġistrazzjoni, inti tirċievi email li jkun fiha l-kodiċi ta' attivazzjoni tiegħek. Segwi l-istruzzjonijiet biex ittemm il-proċess ta' attivazzjoni u lloggja fil-User Area tal-EUIPO tiegħek.

    Jekk ippreżentajt applikazzjoni magħna fil-passat, l-email bil-kodiċi ta' attivazzjoni tintbagħat lill-indirizz elettroniku li indikajt meta kien ħareġ in-numru tal-ID tal-EUIPO tiegħek għall-ewwel darba. Jekk ma indikajt l-ebda indirizz ta' email, jekk jogħġbok aġġorna d-data tiegħek billi tibgħatilna faks sabiex inkunu nistgħu nipproċedu bil-ħolqien tal-kont tiegħek.

    Jekk inti utent ġdid, inti tirċievi ID tal-EUIPO biss meta tapplika għal trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM) jew disinn Komunitarju rreġistrat (RCD) jew meta tippreżenta oppożizzjoni iżda mhux meta tirreġistra għal kont.

  • Informazzjoni addizzjonali

    Isem l-utent

    L-isem tal-utent irid ikun bejn 8 u 20 karattru, li jkun fihom karattri mill-alfabett Ruman (a-z). Irid ikollha tal-inqas ċifra numerika waħda (0-9).

    Indirizz tal-email

    It-twissijiet tal-komunikazzjonijiet tal-EUIPO (jekk tagħżel l-opzjoni li tirċievi l-komunikazzjonijiet permezz tal-User Area) se jintbagħtu f’dan l-indirizz. It-twissija b'email tintbagħat biss għal skopijiet ta' informazzjoni u ma tikkostitwixxix notifika uffiċjali mill-Uffiċċju. Għandek tiċċekkja b’mod regolari l-mailbox tal-Komunikazzjoni tal-User Area tiegħek għal notifiki ġodda mill-Uffiċċju.

    Il-Password policy

    Il-password irid ikollha minimu ta’ 8 karattri mill-alfabett Ruman. Irid ikollha minn tal-inqas numru wieħed (0-9). Trid tkun differenti mill-isem tal-utent tiegħek. Tużax tliet karattri repetuti (eż. aaa, 111), sekwenzi (eż. 123, abc) jew karattri speċjali (eż. #, *). Eżempji ta’ passwords aċċettabbli: ThinkOn1980Phrases, About2Pass2Me, safe1Should2Be3.

    Metodu ta' komunikazzjoni

    Nirrakkomandawlek ħafna li tagħżel l-opzjoni li tirċievi l-korrispondenza b'mod elettroniku. Jekk tagħmel dan, jekk jogħġbok kun af li l-komunikazzjonijiet kollha tal-Uffiċċju se jintbagħtu fil-User Area tiegħek. Jekk għażilt l-opzjoni li tirċievi twissija fl-indirizz tal-email tiegħek, kun af li t-twissija b’email tintbagħat biss għal skopijiet ta' informazzjoni u ma tikkostitwixxix notifika uffiċjali mill-Uffiċċju (EX17-4). Iċċekkja b’mod regolari l-mailbox tal-Komunikazzjoni tal-User Area tiegħek għal notifiki ġodda mill-Uffiċċju (Kundizzjonijiet tal-użu tal-User Area).

    Assoċjazzjoni

    Jekk qed tirreġistra kont għal assoċjazzjoni jew rappreżentanti, l-informazzjoni kollha relatata dwar l-assoċjazzjoni għandha tkun inkluża fil-formola ta' reġistrazzjoni. Tista' tagħmel bidliet lid-dettalji tal-assoċjazzjoni tiegħek fit- Taqsima għażliet tal-User Area tiegħek.

    Forma legali

    Jekk qed tirreġistra għal kont għal kumpanija u teħtieġ li l-forma legali (Ltd, Plc, eċċ.) tidher fil-pubblikazzjonijiet uffiċjali, trid tinkludi din l-informazzjoni fil-qasam tal-'Isem tal-kumpanija' kif ukoll fil-qasam tal-'Forma legali'.

    Konnessjoni ekonomika

    Jekk qed tirreġistra għal kont għal 'Rappreżentant tal-Impjegati' se ssib kaxxa rilevanti bl-isem 'Konnessjoni ekonomika'. Jekk inti impjegat direttament mill-applikant, tagħżilx din il-kaxxa, ikun biżżejjed jekk tagħti ismek u kunjomok. Madankollu, jekk taħdem f'kumpanija li hi stabbilita b'mod reali u effettiv fl-Unjoni Ewropea (UE) li għandha konnessjonijiet ekonomiċi ma' applikant li mhuwiex ibbażat fl-UE, se jkollok bżonn tagħżel din l-opzjoni u tagħti informazzjoni dwar il-konnessjonijiet ekonomiċi tiegħek u l-isem tal-kumpanija rilevanti.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja