Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Tiftix ibbażat fuq l-immaġni f’eSearch plus

Tiftix ta’ immaġni
 

 

Karatteristiċi u benefiċċji:

camera_search_image

eSearch plus tuża teknoloġija li tagħraf l-immaġni biex issib trademarks u disinji li jixbhu ’l xulxin. Is-sistema ta’ tiftix tanalizza l-kuluri, il-forom u l-konsistenza iktar milli l-keywords bħal fis-sistemi ta’ tiftix klassiċi bbażati fuq it-test.

Is-sistema tippermettilek ittella’ immaġni waħda meta tfittex it-trademarks u sa 7 immaġnijiet f’daqqa biex tfittex id-disinji. JPG, PNG, GIF u TIFF huma l-formati aċċettati.

camera_search_image

Iktar intelliġenti, iktar rilevanti

L-algoritmi tat-tiftix tal-immaġni jagħtu riżultati aktar sħaħ u kklassifikati aħjar fl-eSearch plus.

camera_search_image

It-tiftix huwa eħfef

M’hemm l-ebda bżonn li tiddeskrivi fi kliem dak li tara, l-eSearch plus se ssiblek immaġni simili b’mod iktar preċiż. Hija tiddefinixxi u tissuġġerixxi awtomatikament il-kodiċi ta’ Vjenna probabbli li jinsabu fit-trademarks u l-klassijiet ta’ Locarno probabbli li jinsabu fl-immaġnijiet tad-disinn.

camera_search_image

Rapporti tat-tiftix imtejba

Agħżel ir-riżultati minn paġni differenti biex tiġġenera rapport tat-tiftix wieħed f’format excel, b’limitu estiż ta’ elf riżultat.

camera_search_image

Għodda ġdida tal-għażla tat-tip lasso

Agħżel post speċifiku ta’ immaġni biex tfittex bi preċiżjoni għolja fl-eSearch plus.

camera_search_image

Agħti l-qawwa lit-tiftix tiegħek billi tuża l-klassifikazzjoni

Ikkombina t-tiftix tal-immaġni tiegħek mal-Klassifikazzjonijiet ta’ Vjenna u ta’ Nizza. Disponibbli fit-tiftix avvanzat.

camera_search_image

Ikkombina flimkien ma’ kriterji oħra ta’ tiftix

Bħall-isem tat-trademark, it-tip jew id-data għall-infilzar, eċċ.

 

 

Suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet biex tottimizza t-tiftix tiegħek ibbażat fuq l-immaġni:

  1. Il-kwalità tal-immaġnijiet imtellgħa tista’ taffettwa serjament ir-riżultati. Huwa rrakkomandat li ttella’ l-immaġnijiet bi sfondi newtrali. Id-dellijiet, in-nuqqas ta’ ċarezza u kwalunkwe element ieħor jistgħu jinterferixxu fil-ksib tal-aħjar riżultati ta’ tiftix possibbli għall-immaġni(jiet) tat-trademark jew tad-disinn tiegħek.


  2. Kun ċert li taġġusta l-inkwadrazzjoni tal-għażla għall-qasam speċifiku li inti tixtieq tfittex biex tappoġġa l-għoti ta’ riżultati preċiżi.


  3. Meta tfittex fid-disinji, prattika tajba hija li ttella’ diversi dehriet tal-istess disinn biex iżżid il-possibbiltà li tikseb riżultati preċiżi.


  4. Sabiex tottimizza r-riżultati tiegħek, huwa rrakkomandat li tuża tipi differenti ta’ rappreżentazzjoni biex twettaq it-tiftix tiegħek bħal stampi, tpinġijiet, eċċ. B’mod ġenerali, is-sistema se tagħti riżultati li jirriflettu t-tip ta’ rappreżentazzjoni mtellgħa fi ħdan l-aqwa riżultati. Jekk inti ttella’ ritratt, prinċipalment is-sistema se tagħti r-ritratti fl-ewwel pożizzjonijiet.


  5. Meta tfittex fid-disinji, evita li ttella’ forom komuni u sempliċi bħaċ-ċrieki. Dan se jnaqqas il-probabbiltà li jiġu rkuprati riżultati irrilevanti (nuqqas ta’ ċarezza) peress li d-disinji ta’ dan it-tip huma frekwenti.

 

Suġġetti

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja