Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Fittex id-disponibbiltà

Jekk xi ħadd ieħor diġà rreġistra l-marka tiegħek, din mhijiex disponibbli. Inti tista' tiggwadanja l-ħin u l-flus billi tfittex għal marki li jistgħu jkunu kunfliġġenti ma' tiegħek qabel tapplika. Fl-Unjoni Ewropea (UE) hemm aktar minn 11-il miljun trademark irreġistrata.

M’hemmx spejjeż għat-tiftix, u l-informazzjoni li ssib hija kruċjali għall-applikazzjoni tiegħek. Jekk xi ħadd diġà huwa s-sid ta’ trademark dan jista’ jkun irid joġġezzjona għall-applikazzjoni tiegħek.

Trademarks tal-UE

Tista’ tfittex għal trademarks irreġistrati billi tuża żewġ bażijiet ta’ data differenti:

Mur f'eSearch plus, li hija bażi ta’ data tal-EUIPO

eSearch plus hija l-aċċess tal-EUIPO għall-bażi ta’ data tiegħu tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea u disinji Komunitarji rreġistrati. Din tista’ tgħinek tiskopri jekk xi ħadd irreġistrax trademark simili magħna. Permezz tal-eSearch plus, inti tista’ twettaq ukoll tiftix tal-immaġnijiet u monitoraġġ tal-immaġnijiet, tista’ ssib rappreżentant, jew tfittex il-Bullettin.

Mur f'Designview, bażi ta’ data tmdn ewropea

Il-bażi ta’ data TMview fiha informazzjoni mill-uffiċċji nazzjonali tal-IP tal-UE kollha, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u numru ta' uffiċċji sħab internazzjonali barra mill-UE dwar l-applikazzjonijiet għal trademarks u marki rreġistrati. Trademark li tkun saret applikazzjoni għaliha jew li tkun ġiet irreġistrata fuq il-livell nazzjonali qabel tiegħek tista' tkun ta' theddida għall-applikazzjoni tiegħek.

Metodi ta' tiftix

Hemm tliet fatturi ewlenin li għandek tqis meta tanalizza r-riżultati tat-tiftix: iż-żmien, is-sinjal, u l-prodotti u s-servizzi. Li tivverifika dawn il-fatturi ma jeskludix ir-riskji iżda jnaqqashom.

Prijorità

It-trademarks huma protetti fuq bażi ta' 'jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel'.

Il-protezzjoni tat-trademark tibda meta tingħata data ta’ preżentata legali.

Madankollu, meta jiġi stabbilit min ippreżenta l-ewwel, mhijiex biss id-data ta’ preżentata tat-trademark tal-kompetitur potenzjali li titqies, iżda wkoll kwalunkwe data ta' prijorità.

X’inhi prijorità?

Applikazzjonijiet preċedenti għal trademark jistgħu jgawdu minn dritt ta’ prijorità matul perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ preżentata ta’ trademark tal-UE, u viċi versa. Dan jista’ jintalab minn applikazzjonijiet għal trademark ippreżentati fuq il-livell nazzjonali (jew Benelux), trademarks ippreżentati fi stat parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew membru tal-Ftehim TRIPS jew fi stat li għalih il-Kummissjoni kkonfermat reċiproċità, jew minn applikazzjoni għal trademark tal-UE.

Jekk tixtieq tibbenefika mid-dritt ta’ prijorità, l-applikazzjoni tiegħek għal trademark tal-UE teħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mill-preżentata tat-trademark tiegħek f’ġurisdizzjoni nazzjonali. Jekk il-prijorità għall-marka nazzjonali tiegħek tiġi aċċettata, l-applikazzjoni tiegħek għal trademark tal-UE sejra titqies bħallikieku ġiet ippreżentata fl-istess ġurnata bħall-applikazzjoni preċedenti; jiġifieri, din sejra jkollha prijorità fuq l-applikazzjonijiet ippreżentati minn oħrajn matul dak il-perjodu ta’ sitt xhur.

Meta timla l-formola ta' applikazzjoni għal trademark, inti għandek tikkompleta l-parti relatata mal-prijorità. Id-data ta’ preżentata għall-ewwel applikazzjoni sejra tkun il-parametru referenzjajru biex jiġi stabbilit min ippreżenta l-ewwel.

 

L-eżempju li ġej juri kif taħdem il-prijorità. F'dan l-eżempju, it-trademark B tal-UE għandu prijorità fuq it-trademark A tal-UE anki jekk t-trademark A kienet ippreżentata qabel l-EUTM b fl-UE:

  • 01/07/2014
    Data ta' prijorità li tiddikjara d-data tal-ewwel preżentata fl-Istati Uniti tal-Amerka

  • 01/10/2014
    Data tal-preżentata mal-EUIPO

  • 01/11/2014
    Data tal-preżentata mal-EUIPO

 

 

Similarità

Meta tqabbel it-trademark tiegħek ma' dawk preċedenti, inti teħtieġ tpoġġi ruħek fil-pożizzjoni ta' konsumatur tipiku. Dak li għandek tistaqsi lilek innifsek huwa: 'Huwa probabbli li l-konsumatur jemmen li t-trademark tiegħi diġà tappartjeni lil ħaddieħor?' Jekk it-tweġiba hija 'iva', jista' jkollok problema.

Bilħaqq, tillimitax it-tiftix tiegħek għal trademarks identiċi. Sinjali li huma simili għal tiegħek ukoll jistgħu jkunu ta' theddida. F’ eSearch plus tista’ tfittex bl-isem tat-trademark, bit-tip, bid-data tal-preżentata u ħafna kriterji oħrajn, kif ukoll bl-użu tal-immaġnijiet biex issib trademarks li jidhru simili.

 

Analoġija

Fil-maġġoranza tal-każijiet, għandu jkun hemm ukoll rabta bejn il-prodotti u s-servizzi li toffri, u dawk li saret applikazzjoni għalihom fil-marka potenzjalment kunfliġġenti. Għal darb'oħra, il-prodotti u s-servizzi li tipprovdi ma jeħtiġux li jkunu identiċi għal dawk tal-parti l-oħra. Anke jekk dawn huma biss simili, jistgħu jkunu ta' theddida.

X'għandek tagħmel bir-riżultati tat-tiftix tiegħek?

Jekk tiskopri li l-marka tiegħek jew waħda bħalha diġà hija rreġistrata jew saret applikazzjoni għaliha, għandek numru ta' għażliet:

  • Innegozja: ikkuntattja s-sid tat-trademark preċedenti biex tilħaq qbil (ħafna trademarks identiċi jew simili jeżistu flimkien fis-suq).
  • Irriskja r-reġistrazzjoni: kompli miexi ’l quddiem u ppreżenta l-applikazzjoni tiegħek u rriskja l-oppożizzjoni (id-deċiżjoni dwar jekk issirx oġġezzjoni għal applikazzjoni għal trademark tal-UE tiddependi fuq diversi fatturi; l-eżistenza ta' reġistrazzjoni preċedenti ma twaqqfekx milli tapplika).
  • Ikkontesta: ikkontesta l-ewwel trademark.
  • Aqta’ qiesek: tkomplix għaliex ir-riskju ta' oppożizzjoni huwa kbir wisq.
 

Tista' tfittex parir professjonali minn avukat tat-trademark. Aħna nippubblikaw lista ta' konsulenti professjonali.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 27-06-2016