Itlob dokumenti amministrattivi
Reġistru Pubbliku tal-EUIPO ta' Dokumenti Amministrattivi
Aċċess għad-dokumenti dwar it-trademarks tal-Unjoni Ewropea jew disinni Komunitarji rreġistrati ġew stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet (arranġamenti) msemmija hawn fuq:
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimentaw ir-Regolament Nru 40/94 fihom dispożizzjonijiet li jiggarantixxu aċċess pubbliku għall-fajls tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea billi jiftħuhom għal spezzjoni pubblika u jippermettu aċċess għar-Reġistru tat-trademarks tal-UE.
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 tal-21 ta' Ottubru 2002 li jimplimenta r-regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar disinni Komunitarji, fihom dispożizzjonijiet li jiggarantixxu aċċess pubbliku għall-fajls ta' disinni Komunitarji billi jiftħuhom għal spezzjoni pubblika u jippermettu aċċess għar-Reġistru ta' disinni Komunitarji.
- Deċiżjoni Nru CA-03-22 tal-Bord Amministrattiv tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-24 ta' Novembru 2003 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.
Biex tikseb dokumenti li mhumiex aċċessibbli direttament mir-reġistru, trid timla' l-formola ta' talba u tissottomettiha. It-talbiet jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta' ittra, faks jew posta elettronika fi kwalunkwe lingwa tal-Unjoni Ewropea.
Jekk jogħġbok innota li kwalunkwe referenza msemmija fir-reġistru ma torbotx legalment. Atti legali ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali (Eur-Lex) biss huma vinkolanti.