Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Tiġdid

Trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM) hija valida għal 10 snin. Tista' tiġġedded b'mod indefinit, għal 10 snin kull darba. Disinn Komunitarju rreġistrat (RCD) huwa validu għal 5 snin. Jista' jiġġedded għal massimu ta' 25 sena, għal 5 snin kull darba. It-talba għal tiġdid tista' ssir bl-użu tal- formola ta' talba online tal-EUIPO.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Linji gwida dwar it-trademarks u d-disinni.

 
  • Tiġdid ta' trademarks tal-Unjoni Ewropea

    Proċess ta' tiġdid

    Meta għandek tapplika Sitt xhur qabel l-iskadenza tar-reġistrazzjoni l-EUIPO se jinforma bil-miktub lis-sid, lir-rappreżentant tagħhom jew kwalunkwe detentur(i) tad-dritt ieħor/oħra rreġistrat(i), li r-reġistrazzjoni waslet biex tiġġedded.
    Ħlas Tista' ssir talba għat-tiġdid u titħallas it-tariffa għat-tiġdid fil-perjodu ta' sitt xhur qabel id-data ta' skadenza tar-reġistrazzjoni. Id-data l-aktar tard possibbli biex jintalab it-tiġdid u titħallas it-tariffa hija d-data ta' skadenza tat-trademark. Perjodu ta' grazzja addizzjonali ta' sitt xhur għat-tiġdid jibda mill-ġurnata ta' wara d-data ta' skadenza. Matul dan il-perjodu se tintalab tariffa addizzjonali ta' 25 %.
    Tiġdid tardiv Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda talba fil-ħin, tiġdid tardiv ikun għadu possibbli fi żmien perjodu addizzjonali ta' sitt xhur. It-talba tardiva għal tiġdid għandha tiġi sottomessa u titħallas it-tariffa ta' tiġdid flimkien ma' imposta ta' 25% f'dan il-perjodu ta' grazzja, li jibda fil-jum ta' wara d-data ta' skadenza.
    L-ebda tiġdid sottomess Jekk ma tiġi sottomessa l-ebda talba għal tiġdid, jew tiġi sottomessa wara l-iskadenza tal-perjodu ta' grazzja, l-EUIPO se jinforma bil-miktub lis-sid tat-trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM) li l-EUTM ġiet ikkanċellata u mneħħija mir-Reġistru, u li se tiġi ppubblikata notifika fil- Bulettin tal-EUTM.
     

    Konverżjoni jew tiġdid?
    Jekk inti tagħżel li ma ġġeddidx it-trademark tal-UE tiegħek iżda tixtieq iżżomm id-drittijiet tiegħek f'ċerti Stati Membri, tista' tippreżenta applikazzjoni għal konverżjoni. Din it-talba għanda tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mit-tmiem tal-perjodu addizzjonali għal tiġdid.

    Kif isir tiġdid
    Tista' tiġi sottomessa talba għal tiġdid online bl-użu tal-formola ta' talba ta' tiġdid. It-tariffi jiġu kkalkulati b'mod awtomatiku matul il-proċess.

    L-EUIPO se joħroġ konferma ta' tiġdid uffiċjali bil-miktub lis-sid tat-trademark tal-UE jew lir-rappreżentant tiegħu ftit jiem wara d-data ta' skadenza proprja tal-EUTM. It-tiġdid jibda jkollu effett mill-jum ta' wara d-data li fiha tiskadi r-reġistrazzjoni eżistenti. Ir-Reġistru tal-EUTM se jiġi aġġornat u se tiġi ppubblikata notifika fil- Bulettin tal-EUTM.

    Tiġdid parzjali ta' trademark tal-UE
    Inti tista' ġġedded l-EUTM fl-intier tagħha jew parzjalment biss (billi tneħħi xi klassijiet).

    Spejjeż
    It-tariffi għandhom jitħallsu f'euro. Jekk jogħġbok ikkonsulta t-tariffi għal trademarks u disinni.

    Jekk ma tiġġeddidx trademark tal-UE
    Jekk ma tiġġeddidx trademark tal-UE se tiġi mmarkata li skadiet madwar ġimagħtejn wara t-tmiem tal-perjodu addizzjonali. Madankollu l-kanċellazzjoni se jkollha effett mill-jum ta' wara dak li fih skadiet l-EUTM. L-EUIPO se jinforma bil-miktub lis-sid tal-EUTM u l-EUTM se tiġi kkanċellata mir-Reġistru.

  • Tiġdid ta' disinn Komunitarju rreġistrat

    Proċess ta' tiġdid

    Meta għandek tapplika Sitt xhur qabel l-iskadenza tar-reġistrazzjoni l-EUIPO se jinforma bil-miktub lis-sid, lir-rappreżentant tagħhom jew kwalunkwe detentur(i) tad-dritt ieħor/oħra rreġistrat(i), li r-reġistrazzjoni waslet biex tiġġedded.
    Ħlas Għandha tiġi sottomessa talba għal tiġdid u titħallas it-tariffa ta' tiġdid fi żmien il-perjodu ta' sitt xhur qabel id-data ta' skadenza u għandha tiġi sottomessa/mħallsa fl-aħħar jum tax-xahar jew qabel l-aħħar jum tax-xaħar, li fih tintemm il-protezzjoni.
    Tiġdid tardiv Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda talba fil-ħin, tiġdid tardiv ikun għadu possibbli fi żmien perjodu addizzjonali ta' sitt xhur. It-talba tardiva għal tiġdid għandha tiġi sottomessa u titħallas it-tariffa ta' tiġdid flimkien ma' imposta ta' 25% f'dan il-perjodu ta' grazzja, li jibda fil-jum ta' wara l-aħħar jum tax-xahar li fih id-Disinn Komunitarju rreġistrat (RCD) kellu jiġġedded.
    L-ebda tiġdid sottomess Jekk ma tiġi sottomessa l-ebda talba għal tiġdid, jew tiġi sottomessa wara l-iskadenza tal-perjodu ta' grazzja, l-EUIPO se jinforma bil-miktub lis-sid tal-RCD li l-RCD ġie kkanċellat u mneħħi mir-Reġistru, u tiġi ppubblikata notifika fil- Bulettin tal-RCD.
     

    Kif isir tiġdid
    Tista' tiġi sottomessa talba għal tiġdid online bl-użu tal-formola ta' talba ta' tiġdid. It-tariffi jiġu kkalkulati b'mod awtomatiku matul il-proċess.

    L-EUIPO se joħroġ konferma ta' tiġdid uffiċjali bil-miktub lis-sid tal-RCD jew lir-rappreżentant tiegħu ftit jiem wara d-data ta' skadenza proprja tal-RCD. It-tiġdid jibda jkollu effett mill-jum ta' wara d-data li fiha tiskadi r-reġistrazzjoni eżistenti. Ir-Reġistru tal-RCD se jiġi aġġornat u se tiġi ppubblikata notifika fil-Bulettin tal-RCD.

    Spejjeż
    It-tariffi għandhom jitħallsu f'euro. Jekk jogħġbok ikkonsulta t-tariffi għal trademarks u disinni.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja