Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

 

Fittex id-disponibbiltà

Id-disinji joperaw fuq il-bażi ta' jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel. Jekk xi ħaddieħor ikun diġà rreġistra jew żvela d-disinn tiegħek jew wieħed simili, dan ma jkunx disponibbli. Tista' tiffranka l-ħin u l-flus billi tfittex għal disinji li jistgħu jkunu f'kunflitt ma' tiegħek qabel ma tapplika.

Ma hemmx spejjeż għat-tiftix, u l-informazzjoni li ssib hija kruċjali għall-applikazzjoni tiegħek. Jekk xi ħadd diġà jippossjedi disinn, jistgħu jkunu jridu joġġezzjonaw għal tiegħek.

Huwa importanti li ma tillimitax it-tfittxija tiegħek għal disinji rreġistrati biss. Id-disinji l-oħra li ġew żvelati preċedentement, kemm jekk mhumiex irreġistrati kif ukoll jekk huma rreġistrati iżda skaduti, huma wkoll theddid potenzjali għad-disinn tiegħek.


Disinji rreġistrati

Tista' tfittex għal disinji rreġistrati billi tuża żewġ bażijiet ta' data differenti:

Mur fl-eSearch plus (Tfittxija elettronika plus), li hija bażi ta' data tal-UASI

eSearch plus hija l-aċċess tal-EUIPO għall-bażi ta' data tiegħu ta' disinji Komunitarji rreġistrati. Tista' tgħinek biex issir taf jekk xi ħadd irreġistrax disinn simili magħna.

Mur f'Designview, li hija bażi ta' data Ewropea tat-tmdn (Netwerk ta' Trademarks u Disinji)

Fid-Designview tista' ssib il-bażi ta' data tal-EUIPO tad-disinji flimkien mal-bażijiet ta' data ta' reġistri nazzjonali oħrajn. Disinn li għalih tkun saret applikazzjoni jew li jkun ġie rreġistrat fuq il-livell nazzjonali qabel tiegħek jista' joħloq theddida għall-applikazzjoni tiegħek.


Disinji mhux irreġistrati

Wettaq tfittxija fi ħdan iċ-ċirkoli li jispeċjalizzaw fis-settur tiegħek. Ikkonsulta kwalunkwe pubblikazzjoni eżistenti, żur il-fieri kummerċjali u agħmel riċerka fuq l-internet, eċċ.

Bħala espert fil-qasam tiegħek, sejjer tkun f'pożizzjoni biex tkun taf x'inhuma x-xejriet attwali tad-disinn u kif għandek tieħu vantaġġ minn dan l-għarfien. Ma għandekx tillimita t-tfittxija tiegħek għat-territorju tal-UE: kwalunkwe disinn li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fi kwalunkwe post fid-dinja u fi kwalunkwe ħin għandu jitqies jekk huwa raġonevoli li wieħed jemmen li sar magħruf matul il-kors normali tan-negozju għaċ-ċirkoli li jispeċjalizzaw fis-settur ikkonċernat u li joperaw fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Metodi ta' tfittxija

Hemm żewġ fatturi ewlenin li għandek tqis meta tanalizza r-riżultati tat-tfittxija: it-twaqqit u d-disinn. Il-kontroll ta' dawn il-parametri ma jeskludix ir-riskji iżda jimminimizzahom.

Prijorità

Id-drittijiet ta' disinn mhux irreġistrat jidħlu fis-seħħ meta d-disinn jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku: dan jissejjaħ "divulgazzjoni".

Il-protezzjoni tad-disinn rreġistrat tibda meta tingħata data ta' ffajljar.

Madankollu, ma tgħoddx biss id-data ta' ffajljar tad-disinn tal-kompetitur potenzjali meta jiġi stabbilit min hu l-ewwel. Jekk ikun hemm data ta' prijorità, din għandha titqies ukoll.

X'inhuwa dritt ta' prijorità?

Xi ħadd li jkun iffajlja applikazzjoni ta' disinn fi kwalunkwe pajjiż li huwa parti fil-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali jew fil-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ jista' jagħmel talba għall-prijorità billi juża l-applikazzjoni ta' disinn tagħhom bħala bażi għal applikazzjoni tal-RCD.

Biex tibbenifika minn dan id-dritt ta' prijorità, l-applikazzjoni tal-RCD tiegħek għandha tiġi ffajljata fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni tad-disinn preċedenti. Jekk it-talba tiegħek għal prijorità tiġi aċċettata, ladarba d-disinn tiegħek huwa rreġistrat dan sejjer ikollu prijorità fuq l-applikazzjonijiet l-oħrajn iffajljati matul dak il-perjodu ta' sitt xhur.

Inti tingħata l-għażla li titlob prijorità meta timla l-formola ta' applikazzjoni tal-RCD. Id-data ta' ffajljar tal-ewwel applikazzjoni sejra ssir il-parametru referenzjarju għall-kalkolu ta' min applika l-ewwel.

 


Il-perjodu ta' prijorità tad-disinji

Żewġ listi ppreżentati hawn taħt jiddependu minn xulxin. L-ewwel element tal-ewwel lista huwa marbut mal-ewwel element tat-tieni lista u jkomplu sejrin hekk.

  • 01/07/2015
    Id-data tal-iffajljar fl-Istati Uniti

  • 01/10/2015
    Id-data tal-iffajljar fil-EUIPO

  • 01/11/2015
    Id-data tal-iffajljar fil-EUIPO


F'dan l-eżempju, il-kummerċjant ta' disinn B jista' japplika għal disinn A biex jiġi ddikjarat invalidu, anki jekk f'termini "relatati mal-ħin", disinn A kien l-ewwel disinn li għalih saret applikazzjoni fl-UE.

It-tqabbil tad-disinn tiegħek ma' oħrajn

Meta tqabbel id-dehra ta' disinn preċedenti ma' tiegħek, agħmel paragun globali. Jekk kull element li jikkostitwixxi d-disinn tiegħek jista' jinstab fid-disinn preċedenti, iż-żewġ disinji sejrin jiġu kkunsidrati identiċi u b'hekk tiegħek ikun nieqes min-novità.

Il-paragun isir aktar ikkumplikat meta jkun hemm bosta differenzi bejn iż-żewġ disinji iżda globalment xorta waħda jidhru simili ħafna. Il-mistoqsija li għandek issaqsi lilek innifsek hija:

"Id-disinn tiegħi sejjer jagħti impressjoni globali differenti lil utent infurmat minn dak li diġà jeżisti?"

Dawn iż-żewġ kunċetti jeħtieġu xi spjegazzjoni

  • Utent infurmat: aħseb f' "utent infurmat" bħala persuna b'xi għarfien tad-disinji fis-settur ikkonċernat, iżda li mhuwiex neċessarjament disinjatur, espert tekniku, manifattur jew bejjiegħ
  • Impressjoni globali: meta tqabbel id-disinji, ipprova tagħtix wisq attenzjoni lill-karatteristiċi li huma anqas evidenti jew viżibbli meta l-prodott ikun qiegħed jintuża jew il-karatteristiċi standard tat-tip ta' prodott ikkonċernat. Minflok ikkonċentra fuq karatteristiċi li huma arbitrarji jew diverġenti min-norma

X'għandek tagħmel bir-riżultati tat-tfittxija tiegħek?

Jekk issib disinn — irreġistrat jew mhux irreġistrat — li jagħti l-istess impressjoni globali bħal tiegħek, għandek numru ta' għażliet

  • Innegozja: ikkuntattja lis-sid tad-disinn preċedenti bil-għan li tilħaq ftehim (wara kollox, fis-suq jeżistu ħafna disinji identiċi jew simili flimkien)
  • Reġistrazzjoni ta' riskju: aqbad u ffajljla l-applikazzjoni tiegħek u rriskja azzjoni ta' invalidità. Id-deċiżjoni li toġġezzjona għal reġistrazzjoni tal-RCD tiddependi fuq ħafna fatturi. L-eżistenza ta' disinn preċedenti rreġistrat/mhux irreġistrat ma żżommokx milli tapplika, iżda tfisser li tkun f'riskju li tikser id-drittijiet ta' xi ħaddieħor u teżisti possibbiltà li tittieħed azzjoni kontrik mill-qorti
  • Sfida: sfida l-ewwel disinn
  • Aqta' qiesek: tibqax għaddej peress li r-riskju ta' kunflitt huwa kbir wisq

Qabel ma tiddeċiedi dwar xi waħda mill-għażliet imsemmijin hawn fuq, huwa rrakkomandat li tfittex parir professjonali.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 13-02-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja