Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Ir-rotta għar-reġistrazzjoni

Li tkun proprjetarju ta' disinn, jagħti lilek u lill-kompetituri tiegħek indikazzjoni ċara ta' dak li ġie ddisinjat u meta sar. Id-dritt huwa rinnovabbli għal 25 sena u jista' jsir l-ass emblematiku tal-kumpanija tiegħek. Id-disinn tiegħek huwa l-firma tal-IP tiegħek.

 

Disinni tajbin iżidu l-valur Disinni Komunitarji Rreġistrati jagħtu dehra reali tal-oġġett

 

Hemm tliet biċċiet ta' informazzjoni kruċjali fuq il-formola tal-applikazzjoni

  • Sjieda - kwalunkwe individwu jew kumpanija jistgħu jkun proprjetarji ta' RCD. Id-dettalji jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandhom jinżammu aġġornati biex b'hekk ma jkunx hemm dubju dwar min hu l-proprjetarju tad-disinn
  • X'jista' jiġi rreġistrat bħala disinn Komunitarju - din għandha tkun rappreżentazzjoni ċara
  • Id-disinn u l-prodott(i) tiegħu - dan għandu jiġi deskritt b'mod ċar, preferibbilment bl-użu ta' terminoloġija tal-klassifikazzjoni tal-prodotti ta' "Locarno" maqbula internazzjonalment. Jekk l-indikazzjoni tal-prodott ma tkunx tista' tinstab fil-klassifikazzjoni ta' Locarno, l-eżaminatur tagħna jista' jitolbok jew li tispeċifika n-natura u l-iskop tal-prodott iddisinjat jew li tibdel l-indikazzjoni tal-prodott


Applika għal disinn Komunitarju online li jibda minn €350

Irreġistra d-disinn tiegħek
Rapidu u faċli

Applika onlajn 

* Nirrakkomandawlek ħafna li tippreżenta d-disinn tiegħek online, permezz tal-għodda ta' preżentata elettronika tal-RCD. L-għodda online għandha ħafna vantaġġi. Il-preżentata ta' applikazzjoni bil-faks mhijiex irrakkomandata peress li l-kwalità tar-rappreżentazzjoni tad-disinn/disinni tista' tiġi affettwata ħażin matul it-trażmissjoni jew mal-irċevuta mill-Uffiċċju.
Barra minn hekk, wieħed għandu jinnota, li biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet mibgħuta bil-faks dan jieħu sa xahar aktar. Dan peress li nistennew sa xahar (mid-data tal-irċevuta tat-trażmissjoni tal-faks) għall-kopja ta' konferma qabel ma l-applikazzjoni tiġi pproċessata ulterjorment. Ladarba jgħaddi dan il-perjodu, nipproċedu bl-eżaminazzjoni abbażi tad-dokumenti fil-fajl.

Tista' tisfrutta r-rati baxxi tagħna jekk tippreżenta diversi disinni f'applikazzjoni waħda għall-istess tip ta' prodotti jew dawk simili.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 27-06-2016
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x