Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Immaniġġja

Id-disinni Komunitarji rreġistrati (RCDs) jistgħu jinbiegħu, jiġu liċenzjati u jiġġeddu. Il-bidliet fl-RCDs irreġistrati huma ppubblikati fil-Bullettin tad-Disinni Komunitarji.

 

Kif iżżomm ruħek protett/a

Reġistrazzjoni ta' disinn Komunitarju ddum għal ħames snin iżda tista' tiġġedded erba' darbiet (u dan jagħti total massimu ta' 25 sena ta' protezzjoni). Kull ħames snin inti sejjer tiffaċċja l-mistoqsija: nixtieq inġedded id-disinn tiegħi? It-tweġiba tiddependi mill-istrateġija tal-IP tiegħek.

Trid tkompli tkun protett?

Ġedded 

Għandek żewġ opzjonijiet:

 

F'applikazzjoni multipla tista' tiddeċiedi li ġġedded xi wħud mid-disinni biss.

  1. Ġedded. Jekk trid tibqa' protett, tista' ġġedded onlne.

    It-tariffa ta' tiġdid għal kull disinn, kemm jekk inkluża f'reġistrazzjoni multipla kif ukoll jekk le, hija kif ġej:

    • Wara 5 snin - €90
    • Wara 10 snin - €120
    • Wara 15-il sena - €150
    • Wara 20 sena - €180

  2. Ma ġġeddidx. Jekk tiddeċiedi li ma ġġeddidx id-disinn tiegħek fl-UE, id-drittijiet assoċjati miegħu jiskadu.

Meta għandek iġġedded

Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiżgura li tosserva l-limitu ta' żmien għat-tiġdid. Madankollu, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ġeneralment jinfurmak jew jinforma lir-rappreżentant tiegħek sitt xhur qabel l-iskadenza li l-RCD tiegħek wasal għal tiġdid. Kwalunkwe persuna oħra li jkollha dritt għall-RCD tiegħek, pereżempju liċenzjat, jiġi infurmat ukoll mill-Uffiċċju.

Il-formola ta' tiġdid għandha tiġi sottomessa u t-tariffa għat-tiġdid għandha titħallas fi żmien is-sitt xhur ta' qabel id-data ta' skadenza tal-RCD tiegħek. Il-formola tista' tiġi sottomessa sal-aħħar jum tax-xahar li fih tiskadi l-protezzjoni.

Jekk inqast milli tosserva l-limitu ta' żmien iżda xorta tixtieq iġġedded id-disinn tiegħek, xorta waħda tista' tagħmel dan sa sitt xhur wara d-data ta' skandenza, iżda jkun hemm ħlas addizzjonali ta' 25%.

Kull perjodu mill-ewwel lista jibda u jintemm b'pass ippreżentat fil-lista li jmiss.

  • Perjodu ta' reġistrazzjoni
  • Tiġdid online
    Tariffa regolari
  • Tiġdid tardiv online
    Tariffa supplimentari
    (Ħlas addizzjonali ta' 25%)
  • 01/01/2009

    Data ta' preżentazzjoni
  • 01/08/2013

    Jibda l-perjodu ta' tiġdid
  • 31/01/2014

    L-aħħar jum għal tiġdid b'tariffa regolari
  • 31/07/2014

    L-aħħar possibbiltà għal tiġdid
 

Kif iġġedded

L-RCD tiegħek għandu jiġi mġedded online. Ftakar li ma tistax tagħmel modifiki fid-disinn tiegħek meta ġġeddu.

Infurmana jekk id-dettalji tiegħek jinbidlu

pereżempju, ismek jew dak tal-kumpanija tiegħek, l-indirizz jew id-dettalji ta' kuntatt.

Ibdel id-dettalji personali tiegħek

User Area 

Għaliex?

Jekk ma ħtartx rappreżentant, ikollna nikkuntattjawk direttament. Għalhekk huwa kruċjali li tinformana dwar kwalunkwe bidla fid-dettalji personali tiegħek. Anke jekk ħtart rappreżentant, huwa fl-interess tiegħek li żżomm id-dettalji dwar in-negozju tiegħek aġġornati. Aħna, jew parti terza, jista' jkollna bżonn nikkuntattjawk.

 

Meta?

M'hemmx limitu ta' żmien uffiċjali. Aktar ma tinformana malajr dwar kwalunkwe bidla aktar aħjar.

 

Kif?

Jekk għandek rappreżentant, informah u huwa jieħu ħsieb il-kumplament. Tista' anke tagħmel dan faċilment inti stess permezz tal-User Area tiegħek online. Kemm taċċessa l-User Area tiegħek u tuża l-menu tal-opzjonijiet biex tagħmel il-bidliet xierqa fid-dettalji personali tiegħek.

Il-bidliet fid-dettalji personali ma għandhomx jaffettwaw l-identità tal-applikant/tas-sid. Bidla fl-identità tal-applikant tissejjaħ trasferiment.

Persuni ġuridiċi jista' jkollhom biss indirizz uffiċjali wieħed. F'każ ta' dubju, l-Uffiċċju jista' jitlob evidenza tal-forma ġuridika jew l-indirizz.

Meta tindika n-numru tal-EUIPO tiegħek ma għandekx għalfejn tiddikjara d-drittijiet kollha li għandek. Il-bidla tapplika b'mod awtomatiku għalihom kollha.

Nista' nbigħ jew nikri l-RCD tiegħi?

L-RCD tiegħek huwa assi. Is-sjieda tista' tingħata permezz ta' liċenzja jew tista' tinbiegħ. Id-differenza ewlenija bejn dawn l-opzjonijiet hija li meta tbigħ l-RCD tiegħek, tittrasferixxi s-sjieda tiegħek lil parti oħra b'mod permanenti, filwaqt li meta tilliċenzjaha żżomm is-sjieda. Hija simili bħall-bejgħ jew il-kiri tad-dar tiegħek. Malli jkun intlaħaq qbil, inti għandek tinfurmana bid-dettalji.

Ippreżenta reġistrazzjoni malajr u faċilment online

Applika online 

Liċenzjar u trasferiment tas-sjieda — dettalji

Id-deċiżjoni jekk tilliċenzjax jew tittrasferixxix l-RCD tiegħek hija f'idejk. Kulma rridu nkunu ċerti minnu huwa li nkunu rreġistrajna r-riżultat b'mod korrett. Dawn huma xi kwistjonijiet li għandek tikkunsidra:

Liċenzja jew trasferiment?

Id-disinni individwali li huma inklużi f'applikazzjoni multipla, sejrin jiġu indirizzati bħallikieku huma indipendenti minn xulxin. Fi kliem ieħor, kull disinn inkluż f'applikazzjoni multipla jista' jiġi ttrasferit jew liċenzjat separatament mill-oħrajn.

Tagħti l-liċenzja jew tittrasferixxi?

 
  Trasferiment Liċenzja
Tariffa Tariffa amministrattiva — €200 għal kull disinn
Tariffa massima ta' €1,000 (sakemm il-partijiet involuti jibqgħu l-istess)
Tariffa amministrattiva — €200 għal kull disinn
Tariffa massima ta' €1,000 (sakemm il-partijiet involuti jibqgħu l-istess)
Ambitu Ġeografiku Id-dritt tiegħek sejjer jiġi ttrasferit għall-UE kollha Id-drittijiet tiegħek jistgħu jiġu liċenzjati għal pajjiżi speċifiċi fl-UE
Żmien Id-dritt tiegħek sejjer jiġi ttrasferit mingħajr l-ebda limitu ta' żmien Tista' tilliċenzja d-dritt tiegħek għal perjodu speċifiku
 

Meta?

Malli jintlaħaq qbil bejnek u l-parti l-oħra, infurmana.

 

Kif?

Kulma għandek tagħmel huwa li titlob li jiġi rreġistrat trasferiment jew liċenzja fir-reġistru: din it-talba hija msemmija bħala reġistrazzjoni. Tista' tippreżenta reġistrazzjoni malajr u faċilment online

Jekk ħtart rappreżentant professjonali wieħed għaż-żewġ partijiet (u dan tal-aħħar huwa r-rappreżentant tas-sid attwali), dan ir-rappreżentant jista' jiffirma t-talba f'ismek. F'każijiet bħal dawn, ma għandekx għalfejn tippreżenta kopja tal-att ta' trasferiment jew ta' liċenzja.

X'tista' tagħmel aktar bid-dritt tiegħek?

Hemm ukoll affarijiet oħra, inqas komuni, li tista' tagħmel bid-dritt tiegħek. Tista' ssib l-opzjonijiet kollha fil-formola online tagħna, iżda l-affarijiet bażiċi huma mogħtija fil-qosor għalik hawnhekk:

  • Drittjiet in rem: dan jippermettilek tuża d-disinn tiegħek bħala sigurtà.

  • Ċediment: dan jippermettilek tabbanduna d-dritt miksub permezz tar-reġistrazzjoni.

  • Ikkoreġi l-RCD tiegħek: żbalji fil-formulazzjoni minħabba kkupjar jew żbalji ovvji jistgħu jiġu kkoreġuti. Jekk tiltaqa' ma' żball bħal dan, infurmana. Jekk l-iżball ikun attribwibbli lill-EUIPO, jinħareġ ċertifikat ġdid. Il-korrezzjonijiet għar-rappreżentazzjoni tad-disinn, bħala prinċipju, sejrin jiġu rrifjutati sakemm l-iżball ma jkunx attribwibbli lill-EUIPO.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 27-06-2016
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x