Tariffi u pagamenti
Applika għal disinn Komunitarju onlajn li jibda minn €350
Irreġistra d-disinn tiegħek
Rapidu u faċli
Disinn Komunitarju rreġistrat huwa validu għal 5 snin. Jista' jiġġedded għal massimu ta' 25 sena, għal 5 snin kull darba.
Struttura tat-tariffa
Hemm tliet tipi ta' tariffi li jirrelataw għal applikazzjoni ta' disinn Komunitarju rreġistrat (RCD): reġistrazzjoni, pubblikazzjoni u tariffi ta' differiment.
Reġistrazzjoni
€ 230
Reġistrazzjoni addizzjonali
Għal kull disinn addizzjonali:
2 sa 10 = € 115
> 11 = € 50
Pubblikazzjoni
€ 120
Pubblikazzjoni addizzjonali
Għal kull disinn addizzjonali:
2 sa 10 = € 60
> 11 = € 30
Differiment tal-pubblikazzjoni *
€ 40
Differiment addizzjonali
Għal kull disinn addizzjonali:
2 sa 10 = € 20
> 11 = € 10
* Tista' titlob id-differiment tal-pubblikazzjoni ta' disinn. Dan jippermettilek iżżomm id-data oriġinali tal-iffajljar tiegħek mingħajr ma tmur minnufih għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
It-tariffi li għandhom jitħallsu jiddependu fuq żewġ fatturi:
- Jekk l-applikazzjoni tinkludix disinn wieħed jew aktar.
- Jekk il-pubblikazzjoni tad-disinni hijiex sejra tiġi ddifferita jew le.
L-istruttura tat-tariffa għad-disinni hija kif ġej:
- Tariffa bażika għal disinn wieħed jew l-ewwel disinn ta' applikazzjoni multipla.
- Tariffa mnaqqsa għat-tieni sal-għaxar disinn
- Tnaqqis ulterjuri fit-tariffa għal kull disinn, mill-ħdax-il disinn 'il quddiem.
It-tariffa ta' reġistrazzjoni u t-tariffa ta' pubblikazzjoni għandhom jitħallsu flimkien meta tiġi ffajljata l-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni tkun tinkludi talba għal differiment, it-tariffa ta' differiment tissostitwixxi t-tariffa ta' pubblikazzjoni. L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) mhuwiex sejjer joħroġ talba għal pagament.

Kalkolatur tat-tariffi
Tista' tikkalkula t-tariffa eżatta skont in-numru ta' disinni u jekk ikunx mitlub differiment jew le.
Lista kompluta tat-tariffi tal-RCD
Lista tat-tariffi tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2246/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002.
Metodi ta' pagament
Tista' tħallas it-tariffi RCD b'karta tal-kreditu, trasferiment bankarju, jew permezz ta' kont kurrenti tal-EUIPO. L-EUIPO jipprovdi servizz onlajn għad-detenturi tal-kontijiet kurrenti, li jagħti aċċess għat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni kollha tal-kont kurrenti tagħhom.

Karta tal-kreditu
L-aħjar għal applikazzjonijiet online, il-metodu l-aktar irrakkomandat għall-maġġoranza tal-utenti.

Trasferimenti bankarji
It-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu f'wieħed mill-kontijiet tal-EUIPO li ġejjin:

Kont kurrenti tal-EUIPO
Irrakkomandat għal utenti professjonali.
Talbiet frodulenti għal pagament
Twissija: fatturi qarrieqa
Jekk tirċievi stedina mhux mitluba relatata mat-tiġdid, il-pubblikazzjoni, it-trasferiment jew kwalunkwe proċedura oħra b'rabta mar-reġistrazzjoni tal-RCD tiegħek, TĦALLASHIEX sakemm ma tkunx iċċekkjajt bir-reqqa biex tara x'servizzi qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors huwiex uffiċjali.
Dawn huma xi eżempji ta' talbiet frodulenti
Aktar informazzjoni
Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet finanzjarji, jekk jogħġbok tiddejjaqx tikkuntattja lid-Dipartiment tal-Finanzi - Is-Settur tat-Tariffi fuq: