Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Trasferimenti bankarji

Il-maġġoranza tal-banek jużaw bank terz għal pagamenti barranin u mhux dejjem jibagħtu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-bank terz. Għalhekk, jekk jogħġbok agħti struzzjonijiet ċari lill-bank tiegħek biex jinkludi din id-data mat-trasferiment.

Jekk jogħġbok staqsi lill-bank jekk hu, jew kwalunkwe bank terz li juża, iżommx tariffa għat-trasferiment. Jekk iva, aċċerta ruħek li jiġi ttrasferit l-ammont sħiħ fil-kont tagħna. Aħna tajna struzzjonijiet lill-bank tagħna biex ma jżommx tariffi.

Fl-aħħar nett, il-pagament tiegħek għandu jasal fil-ħin. It-tariffa ta' reġistrazzjoni u t-tariffa ta' pubblikazzjoni għandhom jitħallsu flimkien meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni tkun tinkludi talba għal differiment, it-tariffa ta' differiment tieħu post it-tariffa ta' pubblikazzjoni. Agħmel il-pagament tiegħek kemm jista' jkun bil-quddiem ħalli jasal fil-ħin. L-EUIPO mhux se joħroġ talba għal pagament.

Għal kjarifika ulterjuri, jekk jogħġbok ara r-rakkomandazzjonijiet rigward il-pagamenti bi trasferiment bankarju tal-EUIPO.

+34 965 131 344
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 06-03-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x