Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Protezzjoni tad-Data Speċifika/Stqarrija ta’ Privatezza dwar il-proċedura għal Għajnuna u FAQs dwar Feedback Immedjat


L-ipproċessar tad-data jitwettaq taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur tad-Dipartiment tas-Servizzi tal-Klijent (CSD, Customer Services Department), li jaġixxi bħala l-Kontrollur tad-Data.
 
Din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija soġġetta għar- Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data. L-informazzjoni f'din il-komunikazzjoni qed tingħata skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

1. X'inhu l-għan tal-operazzjoni tal-ipproċessar?
L-għan ta’ dan ir-rispons immedjat hu li jitkejjel is-sodisfazzjon tal-utent fir-rigward tal-kontenut ipprovdut fis-sezzjoni tal-”Għajnuna u FAQs” tas-sit web tal-EUIPO. F’din is-sezzjoni, tkun tista’ tagħti punteġġ dwar kemm għoġbuk jew le it-tweġibiet ipprovduti fl-Għajnuna u FAQs. F’każ li ma togħġbokx, inti ser tintalab tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek (jiġifieri l-isem, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email).   Jekk jogħġbok kun af li jekk inti espressament tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek biex tiġi kkuntattjat/a għal segwitu, l-EUIPO jikkuntattjak lura permezz tat-telefown jew tal-email biex jifhem aħjar il-feedback tiegħek.
 
2. X'data personali nipproċessaw?
Id-data pproċessata hija din li ġejja:
  • Klassifikazzjonijiet dwar is-sodisfazzjon u kummenti għall-kwestjonarji
  • Data dwar l-utenti miġbura awtomatikament mill-portal tas-sit web tal-EUIPO waqt li tkun qed twieġeb il-kwestjonarju (eż. il-lingwa, id-data u l-ħin)
  • Jekk tkun illoggjat/a, id-data dwar l-utenti li teżisti diġà fis-sistema tagħhom inkluż data personali - PER ID, il-pajjiż, l-utent tat-tip u l-utent tas-subtip.
  • Dettalji ta’ kuntatt espressament ipprovduti u fuq talba espliċita mill-utenti għal skopijiet ta’ segwitu: l-isem, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefown 

3. Min għandu aċċess għad-data u lil min tiġi żvelata?
Persunal intern awtorizzat speċifikament biss (li jaħdem għall-CSD) fl-EUIPO li huwa personalment involut fl-analiżi ta’ din id-data għandu aċċess għad-data tiegħek. L-ebda data personali ma tiġi kondiviża ma’ partijiet terzi għal kwalunkwe skop.
 
4. Kif nipproteġu u nħarsu l-informazzjoni tiegħek?
Id-data personali kollha relatata mal-proċeduri ta’ rispons immedjat tinħażen f'għodod siguri tal-IT (sistema ShareDox / Survey) skont l-istandards tas-sigurtà tal-Uffiċċju kif ukoll f'folders elettroniċi speċifiċi aċċessibbli biss għar-riċevituri awtorizzati.
 
Livelli xierqa ta’ aċċess jingħataw individwalment biss lir-riċevituri ta' hawn fuq. Il-bażi tad-data hija protetta b'password taħt is-sistema ta' lloggjar singolu.
 
5. Kif tista’ taċċessa, tivverifika, timmodifika jew tħassar id-data tiegħek?
Inti għandek id-dritt li taċċessa, tirrettifika, timblokka u tħassar id-data personali tiegħek fil-każijiet previsti mill-Artikolic13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 billi tissottometti talba bil-miktub lill-kontrollur tad-data, lid-Direttur tad-Dipartiment tas-Servizzi tal-Klijent u billi tispeċifika b'mod espliċitu t-talba tiegħek fil-kaxxa postali li ġejja: euipo_satisfaction_survey@euipo.europa.eu
 
6. X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar ta’ din id-data?
Id-data personali tinġabar u tiġi pproċessata skont ir-Regolament 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 200 dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali u b’mod partikolari taħt l-Artikoli 5(a) u 5(d)
 
Tista’ ssib aktar informazzjoni ġenerali fil- politika dwar id-data personali tal-EUIPO. Għal kwalunkwe mistoqsija jew talba ulterjuri dwar l-informazzjoni li tkun ippreżentajt, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data.
 
7. Għal kemm żmien inżommu d-data tiegħek?
Id-data personali tiegħek tinżamm biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan li għalih ser tiġi pproċessata: għal tliet snin għal informazzjoni demografika (billi hi kkunsidrata data tar-reġistru), għal ħames snin għal data dwar is-sodisfazzjoni ta’ utenti li jwieġbu l-istħarriġ, b’mod indefinit għal data anonima dwar is-sodisfazzjon.
 
8. Informazzjoni ta’ Kuntatt
Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok indirizzahom lill-kontrollur tad-data, lid-Direttur tad-Dipartiment tas-Servizzi tal-Klijent fil-kaxxa postali li ġejja: Euipo_satisfaction_survey@euipo.europa.eu
 
Tista’ tikkonsulta lill-Uffiċjal tal-EUIPO għall-Protezzjoni tad-Data għal kwalunkwe mistoqsija dwar Il-Protezzjoni ta’ Data PersonaliDataProtectionOfficer@euipo.europa.eu
 
Appelli:
Ilmenti, f'każijiet fejn il-kunflitt ma jiġix solvut mill-Kontrollur tad-Data u/jew mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, jistgħu jiġu indirizzati fi kwalunkwe ħin lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data: edps@edps.europa.eu
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 18-04-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x