Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Kif tagħmel tiftix bażiku skont l-immaġnijiet

  1. Ikklikkja fuq l-ikona tal-kamera jew fuq il-kaxxa ddedikata jew iddreggja u qiegħed l-immaġni(jiet) tiegħek (1 meta tkun qed tfittex fi trademarks u sa 7 meta tkun qed tfittex f’disinji). Il-formats tal-fajls appoġġjati huma l-estensjonijiet JPEG, PNG, GIF u TIFF, ikbar minn 100x100 pixels u b’daqs massimu ta’ 2 Megabytes.


  2. Hekk kif l-immaġni(jiet) tiegħek jittella’(jittellgħu), inti tista’:

    • Tikklikkja u taġġusta r-rettangolu biex tagħżel il-parti tal-immaġni(jiet) li tixtieq tfittex.
    • Ibdel l-immaġni(jiet) li trid tfittex billi tikklikkja fuq l-ikoni tal-bin jew fuq “Change image(s)” (Ibdel l-immaġni(jiet))
    • Agħżel jekk tridx tfittex għal trademarks, disinji jew it-tnejn li huma. Meta tkun qed ittella’ immaġni 1, int se jkollok il-possibbiltà li tfittex għat-tnejn li huma, jekk tkun qed ittella’ aktar minn immaġni waħda, is-sistema se turi riżultati għal disinji biss.
    • Ittajpja l-karattri neċessarji fl-istrixxa tat-tiftix f’każ li tkun trid tagħmel tiftix ikkombinat ta’ immaġni flimkien mal-isem tat-trademark l-elementi verbali tad-disinn.


  3. Issa kklikkja fuq il-buttuna “Search” (“Fittex”).

    “Images view” (Dehra tal-immaġnijiet) se tintwera b’mod awtomatiku, iżda inti tista’ tagħżel ukoll “detail view” (dehra fid-dettall) u “list view” (dehra f’forma ta’ lista) biex turi r-riżultati u anke tagħżel in-numru tal-elementi li trid tivviżwalizza f’kull paġna (minn 5 sa 100).

    Dehra fid-dettall

    Dehra fid-dettall

    Dehra f’forma ta’ lista

    Dehra f’forma ta’ lista

    Dehra tal-immaġnijiet

    Dehra tal-immaġnijiet



  4. Int tista’ tara previżjoni tad-dettalji ta’ kull trademark jew disinn, tiċċekkja l-informazzjoni kollha dwar, tiżżumja fuq l-immaġnijiet jew tiġġenera rapporti. Fit-tab riżultati tad-disinn int tista’ wkoll tibbrawżja fid-dehriet differenti disponibbli tad-disinn billi tikklikkja fuq il-vleġeġ fuq il-ġenb tal-immaġni.

     

    Iġġenera rapporti: Agħżel it-trademarks jew id-disnji li trid tinkludi fir-rapport tiegħek billi tikklikkja fuq il-kaxxa maġenb kull immaġni u kklikkja fuq “Generate PDF” (Iġġenera PDF). Ir-rapport bl-għażla tiegħek se jinħoloq minnufih. Għandek ukoll l-għażla “select all” (agħżel kollox).Din l-għażla se tippermettilek tagħżel massimu ta’ 100 trademark sabiex tinkludihom fir-rapport.

    Sabiex tikseb aktar informazzjoni dwar trademark jew disinn, għaddi minn fuq l-immaġni u agħżel “View full info” (Ara l-informazzjoni sħiħa)

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja