Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Opzjonijiet

It-Taqsima tal-opzjonijiet tal-User Area tippermettilek li tara u teditja d-data personali tiegħek u d-dettalji tal-login, tibdel is-settings u timmaniġġja s-sottoprofili tiegħek.

Taqsima tal-opzjonijiet fil-User Area

Ikklikkja fuq it-tab Opzjonijiet fuq in-naħa tax-xellug tal-menù tal-User Area tiegħek biex taċċessa din it-taqsima.

Iż-Żona tal-opzjonijiet hi rappreżentata minn ikona Ikona tal-opzjonijiet

Hemm erba' tabs fit-taqsima tal-Opzjonijiet tal-User Area.

  • Dettalji tal-login

    Tista' tibdel l-email amministrattiva tiegħek u l-password tiegħek.

    L-email amministrattiva se tintuża biex tkun infurmat meta tirċievi komunikazzjonijiet ġodda jew meta tiġi attivata twissija ġdida. L-email amministrattiva tiegħek se tintuża wkoll għall-funzjonalità 'password minsija'.

    L-aħħar tliet logins li rnexxew u l-aħħar tliet tentattivi ta' logins li ma rnexxewx li huma relatati mal-kont tiegħek huma elenkati fuq in-naħa t'isfel tal-paġna.

    Irrapporta attività suspettuża
    Jekk trid tirrapporta xi attività suspettuża, pereżempju tentattivi ta' login minn sors mhux magħruf, tista' tagħmel dan permezz tal-link fuq in-naħa t'isfel tal-paġna.

  • Dettalji personali

    Tista' tibdel ismek u l-indirizz tiegħek, l-indirizz ta' korrispondenza u l-informazzjoni ta' kuntatt.

    Kwalunkwe bidla li tagħmel hawn se tapplika għall-proċedimenti EUTM/RCD kollha li qed isiru taħt l-istess numru tal-ID tal-EUIPO.

    Jekk timmodifika ismek u/jew l-indirizz tiegħek tattiva daħla fir-Reġistru (reġistrazzjoni) li tiġi pproċessata mill-EUIPO. Madankollu, jekk trid tirreġistra l-bidla ta' sjieda ta' trademark jew disinn partikolari, trid tissottometti talba biex tirreġistra trasferiment.

  • Setings

    Il-Faks u l-Posta bħala metodi ta’ komunikazzjoni ma għadhomx disponibbli minn Marzu 2021. Dan ifisser li l-Uffiċċju se jibgħatlek biss komunikazzjonijiet permezz tal-User Area (Żona tal-Utent) tiegħek.

    Tista’ tagħżel li tirċievi notifika bl-email li waslet komunikazzjoni fil-User Area (Żona tal-Utent) tiegħek.

    Il-lingwa awtomatika biex tirċievi l-komunikazzjonijiet tista’ tinbidel permezz tal-lista li tinżel. Agħżel waħda mit-23 lingwa tal-UE. Madankollu, il-komunikazzjonijiet uffiċjali relatati ma’ fajl speċifiku se jintbagħtu bil-lingwa tal-proċedimenti li tikkorrispondi għal dak il-fajl.

  • Sottoprofili

    Il-kont tal-User Area tal-EUIPO tiegħek jippermettilek taċċessa firxa ta' servizzi IP li mhumiex disponibbli għal utenti mhux reġistrati. Dawn il-vantaġġi jinkludu l-opzjoni ta' ħolqien ta' sottoprofili għall-impjegati tal-kumpanija jew membri ta' assoċjazzjoni. Is-sottoprofili li toħloq se jkollhom ċerti drittijiet ta' aċċess għall-informazzjoni maħżuna fil-User Area tiegħek.

    Biex iżżid sottoprofil ikklikkja fuq il-buttuna 'Żid sottoprofil' fuq in-naħa tal-lemin tat-tab 'Sottoprofili'. Tinfetaħ formola f'tieqa oħra; l-oqsma huma vojta b'mod awtomatiku.

    Il-formola turi l-opzjonijiet ta' aċċess għal kull utent ta' sottoprofil. L-opzjonijiet ta' aċċess huma ssettjati għal 'iva' awtomatikament. Tista' teditja sottoprofili billi tikklikkja fuq l-ikona tal-pinna Ikona tal-lapes fil-kolonna 'Editja'.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja