Ideas Powered for Business SME Fund huwa skema ta’ għotjiet ta’ EUR 20 miljun maħluqa biex tgħin lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jaċċessaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom.
Appoġġat mill-Kummissjoni Ewropea u l-EUIPO, Ideas Powered for Business SME Fund għandu fil-mira n-negozji li jixtiequ jiżviluppaw l-istrateġiji tal-PI tagħhom u jipproteġu d-drittijiet tal-PI tagħhom, f’livell nazzjonali, reġjonali jew tal-UE.
Filwaqt li jkopri s-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (Scan tal-PI) u/jew applikazzjonijiet għal trademarks u disinji, Ideas Powered for Business SME Fund jista’ jgħinek issaħħaħ is-negozju tiegħek.
Kull SME tista’ tiġi rimborżata sa massimu ta’ EUR 1 500.
75 % mnaqqsa mis-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI
(Scan tal-PI) *
Servizz 1
Esperti professjonali tal-PI se jgħinuk tidentifika l-valur tal-assi tal-proprjetà intellettwali tiegħek. Dan jista’ jgħinek titgħallem kif issawwar l-istrateġija tan-negozju tal-PI tiegħek issa - u fil-futur.
50 % mnaqqsa mit-tariffi tal-applikazzjonijiet għal trademarks u disinji
Servizz 2
La darba tiddeċiedi liema drittijiet tal-proprjetà intellettwali tixtieq tipproteġi f’livell nazzjonali, reġjonali u tal-UE, jista’ jkollok 50 % mnaqqsa mit-tariffi tal-applikazzjonijiet bażiċi tiegħek.
* Is-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali taħt din l-iskema huma pprovduti jew ikkoordinati mill-uffiċċji tal-PI nazzjonali u reġjonali parteċipanti u ma jikkostitwixxux servizz legali: qabel tapplika jenħtieġ li tikkontrolla l-lista biex tiżgura li dan is-servizz huwa offrut fil-qafas tal-fond għall-SMEs fl-Istat Membru tiegħek.
Id-dijanjożijiet ta’ qabel il-PI huma kruċjali fil-bini tal-istrateġija tal-PI tiegħek bħala negozju. L-esperti tal-proprjetà intellettwali jħarsu lejn il-mudell tan-negozju, il-prodotti u/jew is-servizzi u l-pjanijiet ta’ tkabbir tiegħek u jappoġġawk biex tifformula l-istrateġija tal-PI tiegħek minn perspettiva ta’ negozju. Dan is-servizz jista’ jgħinek tiddeċiedi għal liema drittijiet tal-PI għandek tapplika, kif tiżviluppa l-portafoll tal-PI tiegħek jekk diġà għandek drittijiet irreġistrati, u jgħinek tifformula l-istrateġija tal-PI tiegħek għall-futur.
Jiena eliġibbli?
Il-Fond għall-SMEs għandu fil-mira diretta lill-intrapriżi żgħar u medji bbażati fis-27 Stat Membru tal-UE, imqassam f’ħames fażijiet (twieqi ta’ żmien) matul l-2021. Jekk id-definizzjoni uffiċjali tal-UE ta’ SME toqgħod eżatt għall-intrapriża tiegħek, tista’ tapplika għal appoġġ għas-servizzi deskritti hawn fuq.
It-twieqi ta’ żmien tal-applikazzjoni se jiftħu skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
TIEQA TA’ ŻMIEN 1
11 ta’ Jannar 2021
- 31 ta’ Jannar 2021
TIEQA TA’ ŻMIEN 2
1 ta’ Marzu 2021
- 31 ta’ Marzu 2021
TIEQA TA’ ŻMIEN 3
1 ta’ Mejju 2021
- 31 ta’ Mejju 2021
TIEQA TA’ ŻMIEN 4
1 ta’ Lulju 2021
- 31 ta’ Lulju 2021
TIEQA TA’ ŻMIEN 5
1 ta’ Settembru 2021
- 30 ta’ Settembru 2021
Applikazzjonijiet li jsiru barra kull wieħed mill-ħames perjodi ta’ żmien deżinjati ma jiġux ikkunsidrati. Tista’ ssir applikazzjoni waħda biss għas-servizz 1 jew għas-servizz 2 jew kombinazzjoni tat-tnejn, dejjem b’rimborż massimu ta’ EUR 1 500 għal kull applikant. Jekk titlob servizz wieħed f’tieqa ta’ żmien waħda, tista’ tapplika għas-servizz l-ieħor f’tieqa taż-żmien sussegwenti. L-għotjiet se jingħataw fuq bażi ta’ “jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel”.
Lista ta’ kontroll għall-applikanti
Qabel tapplika, jekk jogħġbok kun żgur li tista’ tirrispondi “iva” għall-mistoqsijiet kollha li ġejjin:
Iva Le |
|
Il-kumpanija tiegħek hi intrapriża żgħira u medja stabbilita, ibbażata fl-Unjoni Ewropea? | |
Qrajtha s-sejħa għall-proposti qabel imlejt l-formola tal-applikazzjoni? | |
Tafhom id-dettalji bankarji tal-kumpanija tiegħek u għandek rendikont bankarju (kampjun) bid-dettalji li ġejjin: isem il-kumpanija bħala detentur tal-kont; numru IBAN (eżempji); u kodiċi BIC/SWIFT? | |
Inti għandek iċ-ċertifikat tal-VAT jew iċ-ċertifikat tan-numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali tal-kumpanija tiegħek? | |
Taf għal liema servizz/i beħsiebek tapplika (Servizz 1/Servizz 2 jew it-tnejn) kif deskritt fis-sejħa għall-proposti? | |
Taf għal liema drittijiet tal-PI (trademarks u/jew disinji) beħsiebek tapplika (Servizz 2) | |
Qed tifhem bis-sħiħ li ma tistax titlob dawn is-servizzi jekk diġà rċevejt finanzjament nazzjonali jew mill-UE għall-istess servizzi jew parti minnhom? |
Jekk tista’ twieġeb “iva” għal dawn il-mistoqsijiet kollha, ipproċedi għall-formola tal-applikazzjoni (fit-twieqi ta’ żmien għall-applikazzjoni):
X’nista’ nikseb?
Taħt din l-iskema hemm disponibbli żewġ tipi ta’ servizzi u jinvolvu rimborż parzjali tal-ispejjeż tas-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (Scan tal-PI, Servizz 1) u applikazzjonijiet għal trademarks u disinji f’livell nazzjonali, reġjonali (Benelux) u tal-UE (Servizz 2).
Kull SME tista’ tiġi rimborżata sa massimu ta’ EUR 1 500.
75 % mnaqqsa mis-servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (Scan tal-PI)
Servizz 1
Id-dijanjożijiet ta’ qabel il-PI huma kruċjali fil-bini tal-istrateġija tal-PI tiegħek bħala negozju. L-esperti tal-proprjetà intellettwali jħarsu lejn il-mudell tan-negozju, il-prodotti u/jew is-servizzi u l-pjanijiet ta’ tkabbir tiegħek u jappoġġawk biex tifformula l-istrateġija tal-PI tiegħek minn perspettiva ta’ negozju. Dan is-servizz jista’ jgħinek tiddeċiedi għal liema drittijiet tal-PI għandek tapplika, kif tiżviluppa l-portafoll tal-PI tiegħek jekk diġà għandek drittijiet irreġistrati, u jgħinek tifformula l-istrateġija tal-PI tiegħek għall-futur.
Is-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali taħt din l-iskema huma pprovduti jew ikkoordinati mill-uffiċċji tal-PI nazzjonali u reġjonali parteċipanti u ma jikkostitwixxux servizz legali: qabel tapplika jeħtieġ li tikkontrolla l-lista biex tiżgura li dan is-servizz huwa offrut fil-qafas tal-fond għall-SMEs fl-Istat Membru tiegħek.


50 % mnaqqsa mit-tariffi tal-applikazzjonijiet għat-trademark u d-disinn tiegħek
Servizz 2
Jekk qed tikkunsidra li tirreġistra trademark jew disinn fil-livell tal-UE, reġjonali (Benelux), jew nazzjonali, din l-iskema tista’ tkun għalik.
Tista’ tapplika għal 50 % rimborż fuq it-tariffi bażiċi tal-applikazzjonijiet bażiċi għat-trademark u/jew id-disinn. Ovvjament, il-livell territorjali ta’ protezzjoni li tagħżel jiddependi mill-istrateġija tan-negozju tiegħek u l-pjanijiet ta’ tkabbir tiegħek. Iżda jekk m’intix ċert għal xiex għandek tapplika, u fejn, servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (Scan tal-PI, Service 1) jista’ jgħin biex jiggwidak fid-direzzjoni t-tajba. Inkella tista’ tikkuntattja l-uffiċċju tal-PI nazzjonali jew reġjonali tiegħek għall-informazzjoni.
Kif għandi napplika?
Tista’ tapplika għall-Fond għall-SMEs matul il-ħames twieqi ta’ żmien deżinjati fl-2021 biss. L-EUIPO mhux se jikkunsidra applikazzjonijiet li jaslu għandna barra dawk l-iskedi ta’ żmien. Il-proċess ta’ applikazzjoni nnifsu jinkludi biss tliet passi sempliċi:
1
L-ewwel nett, aqra bir-reqqa s-sejħa għall-proposti fuq il-paġna tagħna dwar l-għotjiet. Imbagħad, issottometti l-formola tal-applikazzjoni online flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa biex tiċċekkja l-istatus tiegħek ta’ SME u tiddetermina jekk l-applikazzjoni tiegħek tistax tipproċedi jew le. Ara l-lista ta’ kontroll tagħna qabel tapplika. Se tirċievi email li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek waslet. Jekk jirnexxilek, se tirċievi deċiżjoni ta’ għotja ffirmata mill-Uffiċċju. Żommha x’imkien sikur — se tiġi bżonnha aktar tard! Applikanti li ma jirnexxux se jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni negattiva.
2
Wara, applika u ħallas għat-trademark u/jew id-disinn tiegħek u/jew is-servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (IP scan) fi żmien 30 jum minn meta tirċievi d-deċiżjoni tal-għotja tiegħek. Tista’ ssir applikazzjoni għal trademarks u disinji f’wieħed mill-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali tal-UE (livell nazzjonali), fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali (li jkopri l-Belġju, in-Netherlands u l-Lussemburgu; livell reġjonali), jew magħna fl-EUIPO (li jkopri l-Istati Membri kollha tal-UE). Din tista’ ssir online, malajr u faċilment. Is-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI huma disponibbli fl-uffiċċji nazzjonali li joffru dan is-servizz (ara l-lista hawn taħt).
3
Fl-aħħar nett, ladarba tħallas għas-servizzi, issottometti t-talba tiegħek għal rimborż permezz tal-link disponibbli fid-deċiżjoni tal-għotja (punt 1). Ladarba tiġi sottomessa, tirċievi email li tirrikonoxxi li t-talba għal pagament waslet. Soġġett għall-approvazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni sottomessi, il-pagament se jsir fi żmien xahar u l-benefiċjarji se jiġu notifikati b’email kif xieraq.
Mur fuq il-lista ta’ kontroll u applika

Jekk għad għandek mistoqsijiet dwar il-proċess għas-sottomissjoni, ir-regoli, l-iskeda, jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata ma’ din l-iskema, inti tista’ tagħmel kuntatt magħna permezz taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni tagħna.
Għandek tkun taf ukoll li fil-Mistoqsijiet Frekwenti se nippubblikaw it-tweġibiet kollha għall-mistoqsijiet mibgħuta lilna minn applikazzjonijiet potenzjali. Aħna nagħmlu dawn il-mistoqsijiet u tweġibiet pubbliċi biex niżguraw li l-applikanti kollha jiġu ttrattati b’mod ġust billi jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni.
Mistoqsijiet u tweġibiet