Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Soluzzjoni Effettiva tat-Tilwim
amministraturi tal-każijiet

Soluzzjoni Effettiva tat-Tilwim (EDR) Servizz speċjali b'rabta mal-COVID-19 għall-SMEs. L-EUIPO qed joffri servizz online speċjali lill-SMEs sabiex isolvu t-tilwim dwar il-Proprjetà Intellettwali tagħhom. EDR tfisser is-soluzzjoni ta’ tilwim permezz tal-aktar mekkaniżmu effettiv alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim possibbli u tinkludi medjazzjoni, konċiljazzjoni, negozjar assistit u determinazzjoni minn esperti.

Is-servizz speċjali se jiġi offrut fil-proċedimenti li ġejjin tal-EUIPO:

  • Oppożizzjonijiet: wara t-tmiem tal-perjodu ta’ preklużjoni u biss għal SMEs mhux rappreżentati;
  • Kanċellazzjonijiet, invaliditajiet u appelli tal-RCD: kemm għall-SMEs rappreżentati kif ukoll mhux rappreżentati fi kwalunkwe stadju ta’ dawn il-proċedimenti.

L-EUIPO għandu l-għan li jappoġġja lill-SMEs fi kwalunkwe waħda mill-proċedimenti ta’ hawn fuq billi jaħtar amministratur tal-każ tal-EDR biex jiggwida lill-SMEs permezz tal-għadd kbir ta’ possibiltajiet ta’ soluzzjoni amikevoli disponibbli fl-EUIPO u f’postijiet oħra. L-objettiv huwa li jinstab l-aktar proċess effikaċi fil-ħin u kosteffikaċi biex jiġu evitati proċedimenti kumplessi ta’ litigazzjoni, li jitbattlu r-riżorsi u li jaġixxu bħala ostakolu għan-negozju. Vantaġġ addizzjonali huwa l-possibbiltà li jiġi kkombinat tilwim paralleli fuq livell nazzjonali u internazzjonali fi proċess wieħed ta’ soluzzjoni.

Kif ser jidher dan is-servizz speċjali?

Is-servizz jinqasam f’żewġ fażijiet differenti u se jitmexxa minn amministraturi tal-każijiet tal-EDR tal-EUIPO li huma medjaturi u negozjaturi ta’ esperjenza, b’rekord stabbilit fil-proprjetà intellettwali.

Dan is-servizz kollu jsir mill-bogħod permezz tat-telefown, bil-posta elettronika, b’Microsoft Teams u Zoom — skont il-kapaċitajiet tekniċi tal-SMEs li jkunu qed jagħmlu t-talba.

L-ewwel fażi: ladarba l-amministratur tal-każ tal-EUIPO jkun irċieva talba biex jintuża s-servizz speċjali, l-ewwel kuntatt online jiġi rranġat ma’ min jagħmel it-talba biex jesplora f’ambjent kunfidenzjali l-isfond tat-tilwima pendenti quddiem l-EUIPO u kwalunkwe proċediment ieħor parallel. L-għan huwa li tinkiseb stampa globali tal-attività ekonomika tal-SME u l-kunflitti li tkun involuta fihom. Din l-ewwel fażi hija maħsuba biex tkun interattiva u dinamika b’limitu ta’ żmien limitat għal sitt sigħat li jistgħu jkunu kontinwi jew maqsuma f’diversi sessjonijiet.

Fi tmiem l-ewwel fażi, l-amministratur tal-każ tal-EDR jagħti rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar kif it-tilwima tkun tista’ tiġi solvuta b’mod effiċjenti. Rakkomandazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu l-użu online tal-medjazzjoni, tal-konċiljazzjoni, tan-negozjar assistit, tad-determinazzjoni minn esperti jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn is-servizzi offruti mill-EUIPO u minn xi mkien ieħor.

Meta l-SME taqbel mar-rakkomandazzjonijiet, l-amministratur tal-każ tal-EDR imbagħad jikkuntattja lill-parti l-oħra fil-proċedimenti pendenti quddiem l-EUIPO biex jivverifika jekk dik il-parti taqbilx li tipprova ssolvi t-tilwima billi tuża wieħed mill-mezzi rrakkomandati.

It-tieni fażi: ladarba jintgħażel wieħed mill-mezzi rrakkomandati għas-soluzzjoni tat-tilwim, dan se jitnieda immedjatament online. Dan jista’ jkun jew medjazzjoni, konċiljazzjoni, negozjar assistit, determinazzjoni minn esperti jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn is-servizzi.

 


Christoph BARTOS

Nunzio BAMBARA

Nationality: Italian
Languages: IT, EN, ES, FR, DE

Full CV
Christoph BARTOS

Christoph BARTOS

Nationality: Austrian
Languages: EN, DE, ES

Full CV
Sophia BONNE

Sophia BONNE

Nationality: Belgian
Languages: NL, EN, FR, DE, ES

Full CV
Marita BRA

Marita BRA

Nationality: Greek
Languages: EN, FR, ES, EL

Full CV
 
Alexandra CRAWCOUR

Alexandra CRAWCOUR

Nationality: British
Languages: EN, DE, ES, IT

Full CV
Stefano_di_Natale

Stefano di Natale

Nationality: Italian
Languages: IT, EN, ES, FR

Full CV
Julia GARCÍA MURILLO

Julia GARCÍA MURILLO

Nationality: Spanish
Languages: EN, ES, FR

Full CV
Plamena_Georgieva

Plamena GEORGIEVA

Nationality:Bulgarian
Languages:BG, EN

Full CV
 
Gordon HUMPHREYS

Gordon HUMPHREYS

Nationality: British
Languages: EN, FR, ES

Full CV
Philipp von KAPFF

Philipp von KAPFF

Nationality: German
Languages: DE, EN, ES, FR

Full CV
Arkadiusz_Makar

Arkadiusz MAKAR

Nationality: Polish
Languages: PL, EN

Full CV
Virginia MELGAR

Virginia MELGAR

Nationality: French
Languages: FR, EN, ES

Full CV
 
Klaudia_Misztal

Klaudia MISZTAL

Nationality: Polish
Languages: PL, EN, ES

Full CV
Cinzia NEGRO

Cinzia NEGRO

Nationality: Italian
Languages: IT, EN, ES, FR

Full CV
Cinzia NEGRO

Sophie PÉTREQUIN

Nationality:French
Languages:FR, EN, ES

Full CV
André POHLMANN

André POHLMANN

Nationality:German
Languages: DE, EN, ES

Full CV
 
Susy SCARDOCCHIA

Susy SCARDOCCHIA

Nationality: Italian
Languages: DE, EN, ES, IT

Full CV
Kamar SIDAT HUMPHREYS

Kamar SIDAT HUMPHREYS

Nationality: British
Languages: EN, ES, FR

Full CV
Antje SÖDER

Antje SÖDER

Nationality: German
Languages: DE, EN, ES

Full CV
Sven STÜRMANN

Sven STÜRMANN

Nationality: German
Languages: DE, EN, ES

Full CV
 
Katarzyna_Zajfert.jpg

Katarzyna ZAJFERT

Nationality: Polish
Languages: PL, EN, ES, FR

Full CV
 
   
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 06-05-2021
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja