Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Tgħin lin-negozji bl-
għarfien espert tiegħek tal-IP

Din hija opportunità b’saħħitha għalik biex tappoġġa lill-SMEs matul din il-kriżi, tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex ittejjeb kemm jista’ jkun il-fehim u l-użu tal-IP mill-SMEs u fl-istess ħin, tgħin biex tifhem aħjar x’inhuma l-ħtiġijiet tal-SMEs.

Tixtieq tingħaqad bħala fornitur pro bono jew interessat li ssir taf aktar? Jekk jogħġbok ara s-Sejħa għal espressjoni ta’ interessi, kif taħdem u l-formola tal-applikazzjoni hawn taħt.

Nota importanti: jekk jogħġbok aqra s-Sejħa għall-Espressjonijiet ta' Interess (CEI), biex Tipprovdi Servizzi dwar Proprjetà Intellettwali (IP) Pro Bono lill-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs).

a) Dikjarazzjoni ta' unur għal dawk li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibilità:

Għal persuni fiżiċi biss Għal persuni ġuridiċi biss

(“il-persuna”)

(1) tiddikjara li l-persuna msemmija hawn fuq:

1 Persuni ġuridiċi għandhom ikunu rreġistrati, persuni fiżiċi għandu jkollhom il-post tan-negozju tagħhom jew l-impjieg tagħhom fi Stat Membru tal-UE/taż-ŻEE.

2 Tapplika bl-istess mod għal kull Stat Membru tal-UE/taż-ŻEE.

Il-firmatarju jiddikjara li l-persuna msemmija hawn fuq tista’ tipprovdi, meta mitluba u mingħajr dewmien, id-dokumenti ta’ prova meħtieġa biex tagħti prova tad-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq.
Jekk id-dikjarazzjoni tiġi ppreżentata f’isem persuna ġuridika, il-firmatarju jiddikjara li għandu s-setgħa ta’ rappreżentanza meħtieġa.
Il-persuna msemmija hawn fuq tista’ tiġi rrifjutata jekk xi waħda mid-dikjarazzjonijiet jew mill-informazzjoni pprovduta bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni f’din il-proċedura tkun falza jew skorretta.


Jekk jogħġbok innota: rappreżentanti rreġistrati fil-listi skont l-Artikolu 120(1)(b) EUTMR jew l-Artikolu 78(4) CDR jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq u għalhekk mhumiex meħtieġa jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-unur.

b) il-formola tal-parteċipazzjoni

Tista' tagħżel aktar minn punt wieħed

3 Is-servizzi tal-IP Pro Bono m’għandhomx jiġu konfużi mas-servizz tar-Riżoluzzjoni Effettiva tat-Tilwim (EDR). L-EUIPO qed joffri servizz speċjali mhux legali relatat mal-COVID-19 sabiex l-SMEs ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata dwar liema mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom jagħżlu biex isolvu kwalunkwe tilwim quddiem l-EUIPO. Dan is-servizz speċjali mhux legali jissejjaħ EDR u jista’ jintalab minn SME fil-proċedimenti tal-EUIPO li ġejjin: proċedimenti ta’ oppożizzjoni (wara l-perjodu ta’ tregwa) għall-SMEs mhux rappreżentati; proċedimenti ta’ kanċellazzjoni; proċedimenti ta’ invalidità; proċeduri ta’ appell. L-EDR taqa' barra mill-ambitu tal-inizjattiva IP Pro Bono attwali.
Il-funzjoni tas-servizz tal-EDR hija li jinforma lill-SMEs dwar il-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni disponibbli li ġejjin jew fl-EUIPO jew bnadi oħra: medjazzjoni, konċiljazzjoni, negozjar megħjun, evalwazzjoni newtrali bikrija, u determinazzjoni (mhux vinkolanti) tal-esperti. Għal kwalunkwe mistoqsija dwar l-EDR, ibgħat email lil Wieħed mir-riżultati possibbli tal-EDR huwa li l-SME tkun rakkomandata li tmur lura għas-servizz tal-IP Pro Bono jew li tfittex parir legali.
Is-servizzi tal-IP Pro Bono jistgħu madankollu jinkludu rappreżentanza professjonali tal-SMEs fi kwalunkwe wieħed mill-mekkaniżmi ta’ saldu msemmija hawn fuq u jistgħu jinkludu wkoll konsulenza dwar mekkaniżmi possibbli ta’ saldu matul il-perjodu ta’ tregwa (fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni) u fejn il-partijiet huma rrappreżentati.


Tista' tagħżel aktar minn punt wieħed

Tista' tagħżel aktar minn punt wieħed

Tista' tagħżel aktar minn punt wieħed

Tista' tagħżel aktar minn punt wieħed

Tista' tagħżel aktar minn punt wieħed

Id-dettalji tal-kuntatt:








B'dan nikkonferma li qrajt u naċċetta t-termini tas-servizz (jekk jogħġbok ara s-Sejħa għal espressjoni ta' interess)

Nikkonferma li l-informazzjoni mogħtija f'din il-formola hija vera, preċiża u kompluta sa fejn naf jien u li hija pprovduta in bona fede. Jiena l-unika persuna responsabbli minn kwalunkwe żball, ommissjoni jew dikjarazzjoni falza u għall-informazzjoni sottomessa f’din il-formola u nintrabat li l-EUIPO bl-ebda mod ma jista’ jitqies bħala responsabbli minn dan. Jekk ikun hemm xi tibdil fl-informazzjoni pprovduta, jien responsabbli li ngħarraf minnufih lill-EUIPO. Nifhem u naċċetta li l-EUIPO ma jistax jinżamm responsabbli minn kwalunkwe telf jew ħsara kkawżata mill-fornitur pro bono. Bl-istess mod, jiena nintrabat li l-EUIPO ma jistax jinżamm responsabbli minn kwalunkwe ħsara kkawżata mill-fornitur tas-servizz lil partijiet terzi, matul jew bħala konsegwenza tal-prestazzjoni tas-servizz pro bono. Jiena konxju li nista’ nkun soġġett għall-esklużjoni mill-inizjattiva IP pro bono jekk xi waħda mid-dikjarazzjonijiet jew informazzjoni pprovduta bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni f’din il-proċedura tirriżulta falza jew skorretta.

Nirrikonoxxi li l-inklużjoni fil-lista tal-fornituri tal-IP pro bono ma timplika l-ebda rikonoxximent jew ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-EUIPO.

L-informazzjoni li tinsab f’dan is-sit ma għandhiex titqies bħala reklamar għal servizzi legali skont il-liġijiet u r-regoli ta’ kondotta professjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri tal-UE/taż-ŻEE.

Naqbel li noffri servizzi tal-IP pro bono mingħajr ħlas kif definiti fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess u fit-termini pprovduti f’din il-formola. Ladarba l-SME tkun irċeviet is-servizz pro bono, hija r-responsabbiltà unika tagħha li titlob u tinnegozja aktar servizzi mħallsa direttament mal-fornitur pro bono. (Ara d-definizzjoni ta’ SME bbażata fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE).

Naċċetta li niġi kkuntattjat għal finijiet ta' informazzjoni u ta' sodisfazzjon tal-klijenti.

Naċċetta li jiġu ppublikati r-riżultati anonimizzati u d-dettalji tar-reazzjonijiet riċevuti.

Naqbel li ismi u kunjomi, jew fejn applikabbli, l-isem tad-ditta legali tiegħi, jiġu ppubblikati fil-lista tal-fornituri pro bono fuq is-siti web tal-EUIPO sabiex l-utenti jiġu infurmati dwar il-lista tal-fornituri pro bono li qed jipparteċipaw f’din l-inizjattiva.

Jekk jogħġbok innota li ladarba din il-formola tiġi vvalidata/sottomessa, id-data kollha li tinsab fiha tiġi ġestita skont it-termini li jinsabu fid-dikjarazzjoni ta’ privatezza dwar l-ipproċessar tad-data personali.



 
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 16-06-2020
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja