Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Klassifikazzjoni ta' Nizza (trademarks)

Il-Klassifikazzjoni ta' Nizza hija sistema li tikklassifika l-prodotti u s-servizzi għal applikazzjonijiet ta' trademarks tal-Unjoni Ewropea (UE). Tikkonsisti f'45 klassi.

Il-Klassifikazzjoni ta' Nizza tassenja l-prodotti l-Klassijiet minn 1 sa 34 u s-servizzi l-Klassijiet minn 35 sa 45. Kull klassi hija rappreżentata minn intestatura tal-klassi, li tagħti informazzjoni ġenerali dwar it-tip ta' prodotti jew servizzi li tkopri. Pereżempju, l-intestatura tal-Klassi 25 taqra 'Ħwejjeġ; xedd is-saqajn; xedd ir-ras' u l-intestatura tal-Klassi 15 'Strumenti mużikali'.

Kull klassi tikkonsisti minn sett ta' termini f'dik il-klassi biex tiddefinixxi aħjar il-prodotti jew is-servizzi li għandhom ikunu protetti mill-applikazzjoni għal trademark tal-UE. Meta jiġu indikati l-prodotti u s-servizzi f'applikazzjoni għal trademark tal-UE, l-applikanti huma mħeġġa li jużaw it-termini tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza sabiex jevitaw id-dewmien fil-proċedura ta' reġistrazzjoni li nkella jkun hemm minħabba l-bżonn tat-traduzzjoni tat-termini sottomessi. L-użu ta' dawn it-termini ġeneriċi jtejjeb ukoll il-kapaċitajiet ta' tiftix tal-bażijiet ta' data tat-trademark tal-UE u, għaldaqstant, fl-aħħar mill-aħħar jirriżulta f'aktar trasparenza.

It-tiftix fil-Klassifikazzjoni ta' Nizza jista' jsir bl-użu tat- TMclass, għodda tat-tifitix interattiva li hija disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, kif ukoll biċ-Ċiniż, bil-Ġappuniż, bil-Korean, bir-Russu u bit-Tork.

Tajjeb li tkun taf li l-lista oriġinali ta' prodotti u servizzi inkluża f'applikazzjoni għal trademark tal-UE tista' tiġi biss limitata, mhux estiża. Fi kliem ieħor, ma tistax iżżid prodotti, servizzi jew klassijiet mal-applikazzjoni kif ġew ippreżentati oriġinarjament.

Fil-ħin tal-preżentazzjoni, tista' tindika kwalunkwe numru ta' klassijiet, iżda klassi waħda biss hija koperta mit-tariffa tal-applikazzjoni (850 €). Jekk tagħżel aktar, għandha titħallas tariffa għal kull waħda miżjuda.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x