Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

News

Marzu 16, 2020 Dwar l-EUIPO

Aġġornament dwar COVID 19: miżuri fis-seħħ wara l-attivazzjoni ta’ “stat ta’ emerġenza” fi Spanja


 

Fl-14 ta’ Marzu, il-gvern Spanjol attiva “stat ta’ emerġenza” minħabba t-tixrid ta’ COVID-19 madwar Spanja. Fost il-miżuri mħabbra mid-Digriet Irjali 463/2020 hemm limitazzjoni ta’ moviment, li jfisser li ċ-ċittadini u r-residenti ta’ Spanja għandhom iħallu djarhom biss taħt ċirkostanzi speċifiċi ħafna, bħal pereżempju biex jixtru l-ikel u l-mediċini.

B’riżultat ta’ dan, fi tmiem il-ġimgħa, id-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO awtorizza l-attivazzjoni tal-protokoll ta’ kontinwità tal-operat tal-Uffiċċju, bl-effett li mit-Tnejn 16 ta’ Marzu, il-persunal kollu tal-EUIPO se jaħdem mid-dar. Dan qed isir biex jiġu protetti s-saħħa u s-sigurtà tal-persunal, tal-partijiet interessati u tal-komunità usa’.

Ġew implimentati miżuri biex jiġi żgurat servizz mhux interrott għall-utenti; sakemm ikun possibbli, f’dawn iċ-ċirkostanzi, il-ħidma fl-EUIPO se tkompli bħas-soltu. L-applikazzjonijiet għat-trademark u d-disinn se jkomplu jiġu riċevuti, eżaminati u ppubblikati, u l-Uffiċċju se jkompli jibgħat il-komunikazzjonijiet u jiffissa l-iskadenzi. Il-Bulettini se jkomplu jiġu ppubblikati bħas-soltu.

Ġiet ippubblikata deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv li testendi l-limiti ta’ żmien kollha għall-1 ta’ Mejju 2020. Fil-prattika, dan ifisser li l-limiti taż-żmien huma estiżi sat-Tnejn 4 ta’ Mejju, peress li l-Ġimgħa l-1 ta’ Mejju hija festa pubblika.

Iċ-Ċentru tal-informazzjoni u t-Tieni Linja tagħna se jkomplu joperaw bħas-soltu biex jirċievu mistoqsijiet bit-telefon jew bil-posta elettronika.

Aħna impenjati li nipprovdu l-aħjar servizz kif nistgħu lill-utenti tagħna matul dan il-perjodu, u se nkunu qegħdin nippubblikaw aġġornamenti regolari fuq is-sit web tagħna u permezz tal-mezzi tal-midja soċjali tagħna.

L-utenti huma wkoll avżati li l-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju se jibqgħu magħluqa sakemm joħroġ avviż ieħor; l-ebda viżitatur mhu se jitħalla jidħol u l-avvenimenti kollha skedati fl-Uffiċċju matul dan il-perjodu huma posposti.


 
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja