Fatturi qarrieqa
L-utenti qed jirċievu ammont dejjem jiżdied ta' posta mhux soliċitata minn kumpaniji li jitolbu pagament għal servizzi ta’ trademarks u disinni bħall-pubblikazzjoni, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul f’direttorji tan-negozju.
Evita Talbiet għal Pagamenti Qarrieqa
Tħallasx sakemm tkun ivverifikajt li s-sors huwa uffiċjali.
L-EUIPO qatt ma jibgħat fatturi jew ittri li jitolbu lill-utenti pagament dirett għal servizzi
Għall-informazzjoni tiegħek, hawn taħt qed tiġi ppubblikata lista li tista’ titfittex (flimkien ma' kopji tal-fatturi attwali) bid-ditti u r-reġistri li, skont l-utenti, bagħtu fatturi qarrieqa u li l-utenti ilmentaw dwarhom. Kun af li dawn is-servizzi mhuma bl-ebda mod marbuta mas-servizzi ta’ reġistrazzjoni uffiċjali ta’ trademark jew ta’ disinn ipprovduti mill-korpi pubbliċi fl-Unjoni Ewropea bħall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
Tista’ tibbrawżja l-lista ta’ fatturi ta’ hawn taħt jew tfittex direttament bl-isem ta’ min bagħat fil-kaxxa “Tiftix Veloċi”.
Jekk tirċievi ittra jew fattura, jekk jogħġbok ivverifika bir-reqqa x'qed jiġi offrut lilek, u jekk is-sors tagħha huwiex ġenwin.
Jekk għandek kwalunkwe dubju jew jekk tidentifika kwalunkwe każ ġdid, jekk jogħġbok ikkonsulta l-konsulenti legali tiegħek jew ikkuntattjana.
Fittex skont min bagħat
Kumpanija |
---|