Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Reġistrazzjoni Internazzjonali

 


Il-Protokoll ta’ Madrid għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki huwa trattat amministrat mill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) f’Ġinevra. Dan ilu jopera minn April 1996 u ġie rratifikat minn bosta pajjiżi madwar id-dinja, inkluż fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, l-Istati Uniti, il-Ġappun, l-Awstralja, iċ-Ċina, ir-Russja u, f’Ottubru 2004, mill-Unjoni Ewropea (UE) innifisha.
Il-Protokoll ta’ Madrid jagħti l-possibbiltà lis-sidien tat-trademarks biex ikollhom it-trademarks tagħhom protetti f’diversi pajjiżi billi sempliċement jippreżentaw applikazzjoni direttament mal-uffiċċju tat-trademarks nazzjonali jew reġjonali tagħhom stess.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Protokoll ta’ Madrid, jekk jogħġbok żur it-taqsima Strateġija tagħna u kklikkja fuq it-tab “Żviluppa”.


Peress li l-EUIPO huwa l-Uffiċċju Ewropew għall-iskopijiet tar-reġistrazzjoni ta’ marki b’effett madwar l-Unjoni Ewropea (UE) kollha, huwa l-punt ta’ kuntatt għall-WIPO fil-proċedimenti kollha ta’ applikazzjoni internazzjonali bbażati fuq trademark tal-UE jew li jinnominaw l-UE. L-EUIPO jista’ jaġixxi jew bħala l-uffiċċju ta’ oriġini jekk applikazzjoni internazzjonali tkun ibbażata fuq trademark tal-UE, jew bħala l-uffiċċju nnominat jekk l-UE tkun ġiet innominata f’applikazzjoni internazzjonali li toriġina minn x’imkien ieħor. Ir-rwol tal-EUIPO fis-sistema internazzjonali huwa simili għar-rwol li jaqdu l-uffiċċji nazzjonali.

Id-WIPO, permezz tal-Uffiċċju Internazzjonali tagħha, tamministra l-Protokoll ta’ Madrid flimkien mal-Arranġament ta’ Madrid (iż-żewġ trattati li jiffurmaw l-hekk imsejħa Sistema ta’ Madrid). Meta tirċievi applikazzjoni internazzjonali minn uffiċċju ta’ oriġini, tivverifika b’mod partikolari li r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni jkunu ġew issodisfati u li l-oġġetti u s-servizzi huma kklassifikati b’mod korrett. Jekk dan huwa l-każ, hija tirreġistra l-marka fir-Reġistru Internazzjonali u tippubblikaha fil-Gazzetta Internazzjonali. Imbagħad, l-Uffiċċju Internazzjonali jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-uffiċċji tal-pajjiżi nnominati.
L-Uffiċċju Internazzjonali ma jeżaminax jekk it-tali marka tikkwalifikax għal protezzjoni, jew jekk marka identika jew simili tkunx ġiet diġà rreġistrata; din hija kwistjoni għall-uffiċċji tal-pajjiżi nnominati.

Iva, int tista’ tinnomina lill-Unjoni Ewropea f’applikazzjoni internazzjonali bħala territorju fejn tixtieq li t-trademark tiegħek tiġi protetta. L-EUIPO huwa l-uffiċċju tal-UE li jamministra trademark valida fit-territorju kollu tal-UE.
 

Biex tippreżenta applikazzjoni internazzjonali, int obbligat tuża l-formola fuq is-sit web tal-WIPO bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol.

L-informazzjoni li ġejja tista’ tinstab fuq is-sit web tad-WIPO.

Meta l-UE tiġi nnominata f’applikazzjoni internazzjonali, ġeneralment mhuwiex meħtieġ li jinħatar rappreżentant quddiem l-EUIPO. Madankollu, fil-każ ta’ rifjut provviżorju, jew b’mod aktar ġenerali, jekk id-detentur internazzjonali jeħtieġ li jikkomunika direttament mal-Uffiċċju (eż. jibgħat dokumenti), japplikaw ir-regoli tar-rappreżentazzjoni normali (ara aktar dettalji dwar ir-rappreżentazzjoni).

Jekk id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali ma għandux domiċilju fiż-ŻEE ( Żona Ekonomika Ewropea), huwa/hija se jintalab/tintalab jaħtar/taħtar rappreżentant taż-ŻEE. Jekk ma jinħatar l-ebda rappreżentant, ir-rifjut jiġi kkonfermat sal-punt identifikat fir-rifjut provviżorju.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Linji Gwida, Parti M, Marki Internazzjonali.
 

Sir af aktar dwar il-proċess tar-reġistrazzjoni internazzjonali, magħruf ukoll bħala s-Sistema ta’ Madrid.

Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-UE jeħtieġ li tindika t-tieni lingwa mil-lingwi uffiċjali tal-EUIPO (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol). Jekk ma tintgħażilx it-tieni lingwa, l-EUIPO se joġġezzjona għall-applikazzjoni u se jipposponi l-pubblikazzjoni mill-ġdid sakemm tiġi indikata t-tieni lingwa kif suppost.
 

L-eżaminazzjoni tal-formalitajiet hija limitata għal jekk tkunx ġiet indikata t-tieni lingwa, jekk l-applikazzjoni tkunx għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni (li għandha tinkludi s-sottomissjoni tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka), jekk il-listi limitati għan-nomina tal-UE jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-lista prinċipali tal-IR, jekk hemmx xi pretensjoni ta’ anzjanità u jekk il-lista tal-oġġetti u/jew is-servizzi tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u preċiżjoni kif deskritt fil-Linji Gwida, Parti B, Eżaminazzjoni, Taqsima 3, Klassifikazzjoni.
Jekk ikun hemm xi raġuni għal rifjut, l-EUIPO għandu jibgħat avviż ta’ rifjut provviżorju lid-WIPO fi żmien 6 xhur mill-pubblikazzjoni mill-ġdid. Jekk ir-rifjut provviżorju kkonċerna biss parti mill-oġġetti u s-servizzi, u d-detentur ma jindirizzahx, huma biss dawk l-oġġetti u s-servizzi li se jiġu rrifjutati u l-oġġetti u s-servizzi l-oħrajn se jiġu aċċettati.

Fuq talba tad-detentur tal-IR fi żmien xahar minn meta d-WIPO tinforma lill-EUIPO dwar in-nomina, l-EUIPO se jfassal rapport ta’ tfittxija tal-Unjoni Ewropea għal kull IR, li se jikkwota EUTMs u IRs simili li jinnominaw lill-UE skont l-Artikolu 195 tar-Regolament dwar it-trademark tal-UE.
 

Immedjatament wara li tasal, l-EUIPO jippubblika mill-ġdid b’mod awtomatiku r-reġistrazzjoni internazzjonali fil-Bullettin EUTM fil-Parti M, li hija ddedikata biss għar-reġistrazzjonijiet internazzjonali (ikkonsulta eSearch plus, it-taqsima Pubblikazzjoni ta’ kuljum).
 

L-ewwel komunikazzjoni tintbagħat lid-detentur permezz tad-WIPO. Minn hemm ’il quddiem, il-mezz tal-komunikazzjoni jiġi stabbilit direttament bejn l-EUIPO u d-detentur jew ir-rappreżentant tad-detentur.
L-EUIPO għandu 18-il xahar biex jinforma lid-WIPO dwar ir-raġunijiet kollha possibbli għar-rifjut tan-nomina tal-UE. Il-perjodu ta’ 18-il xahar jibda dakinhar li l-EUIPO jiġi nnotifikat dwar in-nomina. Jekk oġġezzjoni ma tiġix megħluba, tintbagħat deċiżjoni finali lid-detentur. Id-deciżjoni finali tista’ tiġi appellata quddiem il-Bordijiet tal-Appell. Ladarba l-proċedura ta’ appell tkun ġiet eżawrita u d-deċiżjoni tkun finali, tintbagħat notifika ta’ rifjut lid-WIPO.
Jekk m’hemm l-ebda raġuni għal rifjut, l-Uffiċċju joħroġ status interim lid-WIPO. Din id-dikjarazzjoni se tintbagħat lid-detentur, tiġi ppubblikata fil-Gazzetta Internazzjonali u tiddaħħal fir-Reġistru Internazzjonali.

Pretensjonijiet u tfittxijiet ta’ anzjanità huma trattati b’mod parallel mill-EUIPO. Tista’ ssir pretensjoni ta’ anzjanità ta’ reġistrazzjoni preċedenti f’formola uffiċjali separata (MM17) li għandha tiġi annessa mal-applikazzjoni internazzjonali.
L-eżaminazzjoni ta’ anzjanità hija bbażata biss fuq id-dokumenti li huma pprovduti mill-applikant. Tista’ ssir pretensjoni ta’ anzjanità ta’ reġistrazzjoni preċedenti f’formola uffiċjali separata (MM17) li għandha tiġi annessa mar-reġistrazzjoni internazzjonali.

Meta l-UE tiġi nnominata f’applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali, l-EUIPO għandu d-dritt li jirrifjuta l-protezzjoni ta’ marka fi żmien 18-il xahar minn mindu jirċievi l-applikazzjoni mingħand id-WIPO. Ir-rifjut jista’ jsir abbażi ta’ kwalunkwe raġuni (assoluta u relattiva) li minħabba fiha applikazzjoni għal reġistrazzjoni ppreżentata direttament mal-EUIPO tista’ tiġi rrifjutata.
 

Avviżi ta’ oppożizzjoni jistgħu jiġu ppreżentati fi żmien 3 xhur minn xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Bullettin EUTM fil-Parti M, li hija ddedikata biss għar-reġistrazzjonijiet internazzjonali (ikkonsulta eSearch Plus, it-taqsima tal-Pubblikazzjoni ta’ kuljum).
Oppożizzjonijiet li jiġu ppreżentati qabel dan il-perjodu jitqiesu li ġew ippreżentati fl-ewwel jum tal-perjodu ta’ oppożizzjoni.
Jekk tiġi ppreżentata oppożizzjoni, l-EUIPO se jivverifika l-ammissibbiltà tagħha u mbagħad jinnotifika lid-WIPO b’rifjut provviżorju bbażat fuq il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Jekk l-oppożizzjoni tirnexxi, l-Uffiċċju se jinforma lid-WIPO dwar ir-rifjut tar-reġistrazzjoni internazzjonali.
 

Meta l-proċeduri kollha jintemmu u r-reġistrazzjoni internazzjonali tkun aċċettata għall-Unjoni Ewropea għall-oġġetti u s-servizzi kollha jew għal parti minnhom, din tiġi ppubblikata mill-ġdid fil-Bullettin EUTM u tintbagħat dikjarazzjoni ta’ għoti ta’ protezzjoni lid-WIPO.
 

Jekk in-nomina tar-reġistrazzjoni internazzjonali tal-Unjoni Ewropea tiġi rrifjutata mill-EUIPO, huwa possibbli li din tinqeleb skont l-Artikolu 202 tar-Regolament dwar it-trademark tal-UE f’:
  • applikazzjoni għal trademark nazzjonali għall-Istati Membri tal-UE;
  • nomina ta’ Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta’ Madrid ('l hekk imsejħa “opting back”).

Iva, peress li l-Unjoni Ewropea (UE) issieħbet fil-Protokoll ta’ Madrid, trademark tal-UE tista’ sservi bħala bażi għal applikazzjoni internazzjonali. F’dak il-każ, l-EUIPO jaġixxi bħala l-uffiċċju ta’ oriġini u jiċċertifika l-identità bejn it-trademark tal-UE (applikata jew irreġistrata) u l-applikazzjoni internazzjonali.

Int issa tista’ tippreżenta applikazzjoni ta’ trademark internazzjonali bbażata fuq trademark tal-UE online.
Inkella, int tista’ tuża waħda miż-żewġ formoli li ġejjin.
  • Il-formola WIPO MM2 bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol (disponibbli fuq is-sit web tad-WIPO), jew
  • Il-formola EUIPO EM2 f’waħda mit-23 lingwa uffiċjali użati fl-EUIPO, disponibbli f’żewġ verżjonijiet differenti. L-ewwel verżjoni tal-formola tal-EUIPO hija għall-applikazzjonijiet li jsiru b’waħda mit-tliet lingwi tal-Protokoll ta’ Madrid (l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol). It-tieni hija għall-applikazzjonijiet li jsiru fl-20 lingwa l-oħra (iż-żewġ verżjonijiet ta’ din il-formola huma disponibbli fuq is-sit web tal-EUIPO).
Aktar informazzjoni dwar il-formoli ta’ applikazzjoni internazzjonali.

Ladarba applikazzjoni internazzjonali tiġi ppreżentata permezz tal-EUIPO, se jkollok tħallas tariffa.
Aktar informazzjoni dwar it-tariffi u pagamenti.

L-applikazzjoni internazzjonali tista’ tkun ibbażata fuq trademark tal-UE rreġistrata jew fuq applikazzjoni għat-trademark tal-UE. Għandha tiġi ppreżentata direttament lill-EUIPO mis-sid jew mir-rappreżentant tat-trademark u tista’ ssir online. Is-sid jew l-applikant tal-EUTM għandu jkun ċittadin ta’ pajjiż tal-Unjoni Ewropea jew għandu jkollu stabbiliment jew domiċilju industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni Ewropea.
Jekk l-applikazzjoni internazzjonali ssir f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li mhijiex lingwa tal-Protokoll, għandha tiġi indikata lingwa tal-Protokoll ta’ Madrid (l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol) li se tkun il-lingwa tal-applikazzjoni internazzjonali. Jekk ma jiġux ipprovduti traduzzjonijiet tal-oġġetti u s-servizzi mill-applikant, huwa jew hija għandu/għandha jawtorizza/tawtorizza lill-EUIPO biex jipprovdihom.
L-EUIPO jivverifika l-kontenut u l-kompletezza tal-applikazzjoni internazzjonali (b’mod partikolari, it-trademarks, is-sid u l-iskop tal-lista tal-oġġetti u s-servizzi).
L-applikazzjoni internazzjonali tintbagħat imbagħad b’mod elettroniku lill-Uffiċċju Internazzjonali tad-WIPO.

Aktar informazzjoni dwar ir-rappreżentanti tista’ tinstab fil-Linji Gwida, Parti M, Marki Internazzjonali.

Le. Ir-regolamenti tagħna ma jikkontemplawx il-fużjonijiet għar-reġistrazzjonijiet, allura l-Uffiċċju mhuwiex marbut b’din id-dispożizzjoni l-ġdida tal-Ftehim u l-Protokoll ta’ Madrid peress li skont l-Artikolu 182 tal-EUTMR huma biss id-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-regolamenti tagħna li se japplikaw għar-reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-UE.

Iva. Ir-regolamenti tagħna jippermettu d-diviżjoni ta’ applikazzjonijiet u reġistrazzjonijiet (Artikoli 50 u 56 tal-EUTMR). Skont l-Artikolu 182 tal-EUTMR, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-regolamenti tagħna japplikaw ukoll għar-reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-UE (jekk jogħġbok ara l- emenda tal-1 ta’ Frar 2019 fir-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim ta’ Madrid u l-Protokoll - Regola 27bis - diviżjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali).

Issa tista’ tissottometti applikazzjoni għal diviżjoni billi tuża l-Formola tal-WIPO MM22 (disponibbli fil-lingwi tas-Sistema ta’ Madrid, Ingliż, Franċiż u Spanjol).
 
Il-formola tal-applikazzjoni trid tiġi sottomessa flimkien ma’ paġna addizzjonali li jkun fiha l-lista ta’ oġġetti/servizzi li għandhom jibqgħu fir-reġistrazzjoni internazzjonali (IR) inizjali.
 
Il-formola tal-applikazzjoni trid tiġi ppreżentata permezz ta’ mezzi uffiċjali ta’ komunikazzjoni, jew online (permezz tal-eComm), bil-faks jew bil-posta/kurrier speċjali. Biex tippreżenta l-applikazzjoni għal diviżjoni tiegħek online, jekk jogħġbok idħol fil-User Area (Żona tal-Utent) tiegħek, mur eSearch plus, ikteb in-numru tal-IR tiegħek u taħt “Azzjonijiet u komunikazzjonijiet” agħżel l-opzjoni “ibgħat il-komunikazzjoni”.
 
Jekk jogħġbok aqra l-linji gwida tagħna dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni u d-Deċiżjoni Nru EX‑17‑4 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tas-16/08/2017 dwar il-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi.
 
Il-proċess tal-applikazzjoni għal diviżjoni jinvolvi l-passi li ġejjin:
 
  • l-utent jippreżenta t-talba lill-Uffiċċju billi jissottometti l-Formola MM22 fil-lingwa tar-reġistrazzjoni internazzjonali;
 
  • l-EUIPO jeżamina t-talba u jibgħatha lill-WIPO (jekk hija ammissibbli skont ir-regolament tagħna);
 
  • jekk it-talba tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 27bis tar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim u l-Protokoll ta’ Madrid, inkluż il-ħlas tal-miżata internazzjonali, il-WIPO tirreġistra d-diviżjoni u toħloq ir-reġistrazzjoni internazzjonali diviżjonali fir-Reġistru Internazzjonali;
 
  • Imbagħad il-WIPO tinnotifika lill-EUIPO, li joħloq l-applikazzjoni diviżjonali fil-bażi tad-data tagħha.

L-EUIPO ma jitlobx flus għal dan is-servizz. Madankollu, jekk jogħġbok kun af li tariffa ta’ CHF 177 tintalab mill-WIPO għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni diviżjonali.

Id-diviżjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali tiġi rreġistrata bl-użu tad-data tal-wasla tat-talba mill-WIPO jew, jekk hemm irregolarità fit-talba, id-data li fiha l-irregolarità ġiet rimedjata. Jekk jogħġbok ara l-emenda tal-1 ta’ Frar 2019 għar-Regolamenti Komuni skont il-Ftehim u l-Protokoll ta’ Madrid — Artikolu 27bis — id-diviżjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 14-03-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x