Avviżi legali
META TUŻA DAN IS-SIT WEB, QED TAQBEL LI TKUN MARBUT B’DAWN IT-TERMINI U KONDIZZJONIJIET. JEKK MA TAQBILX MA’ XI TERMINU U KONDIZZJONI IMSEMMIJA HAWNHEKK, JEKK JOGĦĠBOK TUŻAX DAN IS-SIT WEB JEW KWALUNKWE INFORMAZZJONI JEW SERVIZZ IMSEMMI HAWNHEKK.
Dwar is-sit web
Waħda mill-missjonijiet tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) hija li jkunu amministrati s-sistemi ta’ reġistrazzjoni tat-trademark tal-Unjoni Ewropea u d-disinn Komunitarju. Biex twettaq din il-missjoni, l-EUIPO joffri servizzi telematiċi li jirrikjedu teknoloġiji kapaċi li jibagħtu, jirċievu u jaħżnu l-informazzjoni.
L-iskop ġenerali tas-Sit web huwa li jiffaċilita u jtejjeb l-aċċess pubbliku għar-Reġistru u l-Informazzjoni miżmuma mill-EUIPO f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli. Servizzi Addizzjonali jippermettu lill-utenti awtentikati jispezzjonaw il-fajls, jikkomunikaw mal-Uffiċċju, itellgħu u jirkupraw dokumenti u data. L-EUIPO huwa impenjat li jiżgura d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-Sit web u li jipprovdi sigurtà għal livell professjonalment raġonevoli ta’ ħila u kura. Madankollu, dan ma jistax jiġi ggarantit. Madankollu, l-aċċess għas-Sit web u s-Servizzi tiegħu, jista’ xi drabi jiġi sospiż, ristrett jew ma jippermettix aċċess biex ikunu jistgħu jsiru tiswijiet, manutenzjoni jew introduzzjoni ta’ servizzi ġodda jew faċilitajiet. Sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni mal-Uffiċċju fil-proċedimenti tal-EUTM u l-RCD, skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru EX-20-9 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar “komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi”, l-Uffiċċju jipprevedi soluzzjoni ta’ riżerva ta’ komunikazzjoni f’każijiet ta’ funzjonament ħażin tas-sit web b’mod ġenerali u eSearch (User Area) b’mod partikolari.
Termini applikabbli
L-aċċess għal, u l-użu ta’, kull parti tas-sit web tal-EUIPO (minn hawn ’il quddiem ‘is-Sit web’), kull dokument, materjal jew informazzjoni oħra, fosthom data, test, immaġnijiet, u ħoss (minn hawn ’il quddiem ‘Informazzjoni’) li huma disponibbli fuq is-sit web u kwalunkwe wieħed mis-servizzi pprovduti permezz tas-Sit web (minn hawn ’il quddiem ‘Servizzi’) huma rregolati minn dawn it-termini u kondizzjonijiet ġenerali (minn hawn ’il quddiem ‘Termini Ġenerali’) u jikkostitwixxu aċċettazzjoni ta’ dawn it-Termini Ġenerali mill-utent.
Termini u kondizzjonijiet speċifiċi jistgħu japplikaw għal servizzi individwali jew partijiet speċifiċi tas-Sit web kif indikat għal dawk is-servizzi jew partijiet ikkonċernati. Fejn huma pprovduti, termini speċifiċi jiġu qabel dispożizzjonijiet differenti tat-Termini Ġenerali rigward dawk is-servizzi jew partijiet.
L-EUIPO jirriserva d-dritt li jemenda dawn it-Termini Ġenerali u kull terminu speċifiku fuq is-Sit web x’ħin irid billi jtella’ termini u kondizzjonijiet emendati fuq is-Sit web. Tali emendi jidħlu fis-seħħ dakinhar li jittellgħu.
Sjieda
L-EUIPO jopera f’network ta’ Uffiċċji Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea (UE), kif ukoll fl-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali (PI) maġġuri oħra barra l-UE b’għan komuni li jipprovdi punt ta’ aċċess uniku għal informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ trademarks u disinni. Il-kontenut offrut mill-EUIPO jista’ għaldaqstant joriġina minn detenturi msieħba tad- data u/jew ikun fih informazzjoni proprjetarja ta’ parti terza.
L-informazzjoni ppubblikata fuq is-Sit web tista’ tiġi protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrijali. Id-drittijiet tal-proprjetà, fosthom id-drittijiet tal-awtur, li jeżistu f’xi Informazzjoni disponibbli permezz tas-Sit web huma vestiti skont is-sjieda rispettivi tagħhom, li huma l-EUIPO, l-imsieħba li għandhom id-data jew kwalunkwe parti terza skont kif inhi msemmija. L-aċċess għas-Servizzi ma jagħtix lill-utenti kwalunkwe sjieda ta’ titlu fl-Informazzjoni disponibbli għalihom fuq is-Sit web. Id-drittijiet kollha li mhumiex speċifikament mogħtija hawnhekk huma riservati mis-sid(ien) rispettiv(i).
Dritt tal-użu
L-Aċċess għall-Informazzjoni u s-Servizzi ta’ dan is-Sit web hija mogħtija għal konsultazzjoni skont il-kamp ta' applikazzjoni u l-objettivi tal-EUIPO skont id-dritt applikabbli tal-Unjoni Ewropea.
L-utenti li jtellgħu jew inkella jissottomettu kontenut lill-EUIPO, ikunu qed jagħtu lill-EUIPU liċenzja dinjija biex juża, iżomm, jirriproduċi, jimmodifika, joħloq xogħlijiet derivattivi (bħal dawk li jirriżultaw mit-traduzzjonijiet, adattazzjonijiet jew bidliet oħra meħtieġa biex jassiguraw Servizzi iktar effiċjenti), jikkomunika, jippubblika, juri fil-pubbliku, u jqassam tali kontenut, fil-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni u t-tul previst mid-dritt applikabbli tal-Unjoni Ewropea.
L-Użu tal-Informazzjoni huwa rregolat kif ġej:
L-Utenti jistgħu:
- iqassmu jew jirriproduċu l-Informazzjoni dejjem jekk is-Sit web ikun imsemmi bħala s-sors u jkun hemm nota prominenti li tisħaq fuq id-disponibbiltà tiegħu mingħajr ħlas;
- joħolqu adattamenti, traduzzjonijiet, konverżjonijiet, modifiki jew xogħlijiet derivattivi oħra skont l-Informazzjoni pprovduta li
- ttieħdu passi raġonevoli biex jittikkettaw jew jimmarkaw l-alterazzjonijiet jew inkella jindikaw b’mod ċar il-bidliet li jkunu saru għall-Informazzjoni oriġinali; u
- l-awtur tal-Informazzjoni u/jew il-parti kreditata bħala l-fornitur - liema jidher fuq is-Sit web - huwa msemmi, u s-Sit web huwa ċċitat bħala s-sors tiegħu; u
- id-dritt li jirriproduċu u jqassmu tali adattamenti huwa mogħti espliċitament għal kull parti terza, taħt l-istess kondizzjonijiet kif imsemmija hawnhekk;
- jużaw tekniki ta’ deep links biex jilħqu paġni speċifiċi tas-Sit web u lil hinn mill-paġna ewlenija.
L-Utenti ma jistgħux:
- jagħmlu attività li tista’ tagħmel ħsara jew tikser l-prestazzjoni tan-network u/jew is-sigurtà tal-EUIPO, u, b’mod partikolari, itellgħu fajls li fihom viruses jew malware ieħor li jista’ jagħmel ħsara lill-operat tal-kompjuter ta’ utent ieħor;
- jużaw tekniki ta’ integrazzjoni bħal framing u inline linking mas-Sit web u l-Informazzjoni tagħhom;
- jużaw l-informazzjoni u d-data personali li hija disponibbli fuq is-Sit web biex jikkuntattjaw sidien reġistrati għal kwalunkwe skop kummerċjali mhux relatat mar-reġistrazzjoni uffiċjali tat-trademarks tagħhom jew kull attività oħra li hija illegali jew qarrieqa.
Il-liċenzja preċedentement imsemmija ma tkoprix l-Informazzjoni għal dritt ta’ proprjetà intellettwali mogħti jew pendenti minbarra dak tad-drittijiet tal-awtur applikanti (eż. trademarks, disinni u drittijiet tal-bażijiet tad-data). F’dak il-każ, u kull meta jkun meħtieġ użu kummerċjali, l-utenti huma mħeġġa jfittxu permess speċifiku u espliċitu mingħand id-detentur(i) tad-dritt(ijiet) ikkonċernat(i).
L-utenti, taħt l-ebda ċirkostanza, ma għandhom jużaw il-logo tal-EUIPO jew l-isem uffiċjali u l-kredenzjali tal-EUIPO biex jimplikaw affiljazzjoni, approvazzjoni jew rabta uffiċjali oħra mal-EUIPO mingħajr il-permess bil-miktub u l-awtorizzazzjoni formali minn qabel mingħand l-EUIPO.
L-estrazzjoni ta’ partijiet sostanzjali mill-bażijiet tad-data tal-EUIPO jew tal-kontenut li hemm - isir kif isir - mhux permess. L-utenti jistgħu jagħmlu deep links għal paġni speċifiċi tas-Sit web. Madankollu, tekniki ta’ integrazzjoni tal-web bħal framing jew inline linking mhumiex permessi.
Ċaħda ta’ responabbiltà
L-informazzjoni aċċessibbli permezz tar-Reġistru elettroniku (eRegister) fuq is-Sit web fir-Reġistri tal-EUTM jew tal-RCD għandhom jikkostitwixxu "entrati fir-reġistru" skont it-tifsira tal-Arikolu 111 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 69 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 tal-21 ta’ Ottubru 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar disinni Komunitarji.
L-informazzjoni provduta mill-EUIPO minn detenturi msieħba tad-data hija murija bħala riċevuta, mingħajr xi tip ta’ garanzija u għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. L-imsieħba li għandhom id-data huma unikament responsabbli mill-preċiżjoni u l-affidabbiltà tad-data u l-informazzjoni mogħtija. Jekk jogħġbok innota li l-Informazzjoni pprovduta minn imsieħba li għandhom id-data mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjonijiet tal-EUIPO.
L-EUIPO jistinka biex iżomm l-informazzjoni kollha aġġornata u preċiża. Bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni fir-Reġistri tal-EUTM u tal-RCD (aċċessibbli permezz tar-Reġistru elettroniku). L-EUIPO ma jwiegħedx, ma jagħtix ċertezza u ma jiggarantixxix il-preċiżjoni, il-kompletezza jew l-adegwatezza tal-Informazzjoni disponibbli permezz tas-Sit web u, għaldaqstant, jirrinunzja b’mod ċar ir-responsabbiltà għal żbalji jew ommissjonijiet sal-massimu permess bil-liġi.
Minbarra fejn meħtieġ skont regoli statutorji jew dispożizzjonijiet applikabbli bil-liġi, l-Informazzjoni aċċessata permezz tas-Sit web hija ta’ natura għal informazzjoni ġenerali biss. L-Informazzjoni, taħt l-ebda ċirkostanza, ma għandha tiġi interpretata bħala parir professjonali jew legali.
L-EUIPO ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew ħsara li tista’ tiġri meta wieħed joqgħod fuq l-Informazzjoni u s-Servizzi pprovduti permezz tas-Sit web, fosthom informazzjoni jew servizzi li huma iperlinkjati mis-Sit web li huma u għandhom jibqgħu taħt il-kontroll uniku u r-responsabbiltà unika tal-partijiet terzi kkonċernati.
L-EUIPO mhux f’pożizzjoni li jiċċertifika l-awtentiċità ta’ kwalunkwe dokument sottomess minn parti terza, inkuż kull informazzjoni li tinsab fih. Testi ppubblikati fl-edizzjonijiet stampati tal-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u testi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-EUIPO kif ukoll siltiet miġjuba mir-Reġistru elettroniku biss huma dokumenti uffiċjali awtentiċi.
Jekk kemm-il darba tinġibed l-attenzjoni għal żbalji jew omissjonijiet dwar l-Informazzjoni pprovduta permezz ta’ dan is-Sit web, l-EUIPO minnufih għandu jikkoreġihom direttament jew, fejn huwa neċessarju, jirreferi l-kwistjoni lid-detentur imsieħeb ikkonċernat tad-data jew parti terza.
Privileġġi u immunitajiet
Skont l-Artikolu 144 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Uffiċċju u l-persunal tiegħu.
Kuntatt
Biex tikkuntattja lill-EUIPO fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-Sit web u b’mod partikolari mistoqsijiet dwar il-kummerċ elettroniku, jekk jogħġbok sib id-dettaji ta’ kuntatt meħtieġa fit-taqsima ‘Ikkuntattjana’ tal-EUIPO. Għal mistoqsijiet oħra, eż. għal trademarks u proċedimenti relatati magħhom, jekk jogħġbok uża l-informazzjoni rispettiva fuq is-Sit web u l-bażijiet tad-data disponibbli.