Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Invalidità

 




Applikazzjonijiet għal invalidità jistgħu jsiru mal-EUIPO minn persuna fiżika jew ġuridika, kif ukoll minn awtorità pubblika li ngħatat is-setgħa li tagħmel dan. Tariffa hija meħtieġa biex tintalab dikjarazzjoni ta’ invalidità.
 
Aktar informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal invalidità tista’ tinstab fil-Linji Gwida, Eżaminazzjoni ta’ Applikazzjonijiet għall-Invalidità ta' Disinn.

Għal aktar informazzjoni rigward it-tariffa tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima tariffi u pagamenti.

Rigward proċedimenti ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju, l-applikanti li ma jkollhomx id-domiċilju, il-post prinċipali tan-negozju jew l-istabbiliment kummerċjali reali u effettiv tagħhom fi ħdan iż-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea) jeħtieġ li jkunu rrappreżentati quddiem l-Uffiċċju. Sabiex taċċessa l-lista tar-rappreżentanti tal-Uffiċċju, jekk jogħġbok ikkonsulta l-eSearch plus.

Is-sistema lingwistika tal-proċedimenti ta’ invalidità fid-disinn mhijiex l-istess bħal dik li tirregola l-proċedimenti tat-trademarks.
L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandha tiġi ppreżentata bil-lingwa tal-proċedimenti, li hija l-lingwa li tintuża għall-infilzar tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju kkontestat (lingwa tal-infilzar), diment li l-lingwa tal-infilzar tkun waħda mill-ħames lingwi tal-Uffiċċju (l-Artikolu 98 tas-CDR; l-Artikolu 29 tas-CDIR).
Jekk il-lingwa tal-infilzar ma tkunx waħda mill-ħames lingwi tal-Uffiċċju, il-lingwa tal-proċedimenti hija t-tieni lingwa indikata fl-applikazzjoni għad-disinn Komunitarju kkontestat (l-Artikolu 98(4) tas-CDR; l-Artikolu 29(1) tas-CDIR).
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Linji Gwida dwar l-Eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-invalidità tad-disinn.

L-applikazzjonijiet għall-invalidità se jaslu għand l-EUIPO, li huwa kompetenti, flimkien mal-qrati tad-disinji Komunitarji, biex isolvi kunflitti li jirriżultaw fir-rigward ta’ disinji Komunitarji rreġistrati. Min-naħa l-oħra, il-kunflitti fir-rigward ta’ disinji Komunitarji li mhumiex irreġistrati se jiġu trattati esklussivament mill-qrati tad-disinjii Komunitarji.
Ladarba l-EUIPO u l-qrati nazzjonali kompetenti (qrati tad-disinji Komunitarji) jew il-qrati Ewropej ikunu ħadu għadd ta’ deċiżjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet, il-ġurisprudenza tibda tinbena b’mod naturali u gradwali. Din se tiġi ddokumentata u se jkun hemm kummenti dwarha biex kulħadd ikun jista’ jikkonsultaha.
Sabiex tikkonsulta l-ġurisprudenza, jekk jogħġbok uża l-Ġurisprudenza tal-eSearch.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 18-07-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja