Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Formoli ta’ Applikazzjoni Internazzjonali

Sa mill-1 ta’ Ottubru 2004, huwa possibbli li tippreżenta applikazzjoni internazzjonali jew deżinjazzjoni sussegwenti abbażi ta’ trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM) jew applikazzjoni għal EUTM.

 

Il-Formola ta’ Applikazzjoni Internazzjonali

Huwa obbligatorju li tuża formola uffiċjali (Artikolu 183 u 184 EUTMR, l-Artikolu 65 EUTMDR u l-Artikolu 28 EUTMIR), li jew tiġi pprovduta mill-Uffiċċju, jew mill-Bureau Internazzjonali. Applikazzjoni internazzjonali tista’ tiġi ppreżentata online:

Ippreżenta Applikazzjoni Internazzjonali online

Sabiex tippreżenta applikazzjoni internazzjonali, għandha titħallas tariffa ta’ trażmissjoni ta’ EUR 300 lill-EUIPO. It-tariffi l-oħra kollha relatati mal-applikazzjonijiet internazzjonali għandhom jitħallsu direttament lill-WIPO. Kwalunkwe ħlas ta’ applikazzjoni internazzjonali mibgħut lill-EUIPO se jiġi ritornat lill-applikanti. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-ħlasijiet fit-Taqsima dwar il-Ħlasijiet ta’ Tariffi tal-WIPO.

Għal aktar informazzjoni dwar l-ippreżentar ta’ applikazzjonijiet internazzjonali fejn l-EUIPO huwa l-Uffiċċju ta’ Oriġini, qed issir referenza għal-Linji Gwida, Parti M, Marki Internazzjonali

 

 

Il-Formola ta’ Deżinjazzjoni Sussegwenti

Huwa obbligatorju li tintuża l-formola uffiċjali jiġifieri, jew:

  • Għall-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol - uża l-formola korrispondenti tal-WIPO (MM4).
     
  • Għall-20 lingwa uffiċjali l-oħra (minbarra l-Irlandiż) - uża l-formola tal-EUIPO (EM4). Din għandha l-istess kontenut u kważi l-istess tqassim bħall-formola tal-WIPO (MM4).

II-Karta tal-Kalkolu tat-Tariffi (PDF, Word) hija meqjusa bħala parti essenzjali tad-deżinjazzjoni sussegwenti. Jekk ma tkunx kompluta bil-lingwa korretta (jiġifieri l-lingwa li biha għandha tiġi trażmessa l-applikazzjoni internazzjonali lill-WIPO) u mehmuża mal-EM4, il-WIPO se tqis l-applikazzjoni bħala irregolari.

 

Il-Formoli tal-Applikazzjoni Internazzjonali u tad-Deżinjazzjoni Sussegwenti meta tkun deżinjata l-UE (l-EUIPO bħala l-Uffiċċju Deżinjat)

Sa mill-1 ta’ Ottubru 2004, huwa possibbli li l-Unjoni Ewropea tiġi deżinjata, bl-użu tal- Formoli tal-WIPO

  • MM2 (Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni Internazzjonali (IR) esklussivament irregolata mill-Protokoll ta’ Madrid).

  • MM4 (Deżinjazzjoni sussegwenti għall-IR).

Dawn il-formoli ġew immodifikati mill-WIPO biex tiġi permessa b’mod partikolari l-indikazzjoni tat-tieni lingwa differenti mill-ewwel waħda fost l-erbgħa li jibqa’ tal-EUIPO meta tkun deżinjata l-UE.

Fir-rigward tal-preċedenza li għaliha tkun saret pretensjoni fl-Applikazzjoni Internazzjonali (IA), inħolqot formola separata li għandha tiġi mehmuża, mal-IA li tiddeżinja lill-Unjoni Ewropea jew mad-deżinjazzjoni sussegwenti tal-Unjoni Ewropea

  • MM17 (Pretensjoni ta’ Preċedenza - l-Unjoni Ewropea).

 

Applikazzjoni għall-Konverżjoni ta’ Reġistrazzjoni Internazzjonali (“IR”) li tiddeżenja lill-UE

Għat-tipi kollha ta’ konverżjoni, il-formola kompluta (noti) għandha tintbagħat direttament lill-EUIPO f’Alicante.

Minħabba li t-tip ta’ konverżjoni “opting back” hija ttrattata mill-WIPO bħala deżinjazzjoni sussegwenti, f’dan it-tip ta’ konverżjoni, it-tariffi kollha relatati mad-deżinjazzjoni(jiet) sussegwenti jkollhom jitħallsu direttament lill-WIPO.

Għaldaqstant, il-Karta tal-Kalkolu tat-Tariffi tal-WIPO (PDF, Word) għandha tinhemeż ukoll, bil-lingwa tal-IR.

 

Applikazzjoni għad-Diviżjoni ta’ Reġistrazzjoni Internazzjonali (“IR”) li tiddeżinja lill-UE

Mill-1 ta’ Frar 2019, huwa possibbli li titlob diviżjoni tad-deżinjazzjoni tal-UE f’Reġistrazzjoni Internazzjonali.
Huwa obbligatorju li tuża l-Formola tal-Wipo Uffiċjali MM22 (inkluża l-karta tal-kalkolu tat-tariffa korrispondenti) disponibbli bl-Ingliż – bil-Franċiż – bl-Ispanjol.

Il-formola għandha tiġi sottomessa lill-EUIPO fil-lingwa tal-IR. Peress li l-formola tal-Wipo ma tipprevedix l-indikazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi li għandhom jibqgħu fir-reġistrazzjoni oriġinali, huwa meħtieġ li tiżdied paġna addizzjonali għall-formola b’din l-indikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 6 u 11 tal-EUTMIR.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 30-04-2020
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x