Kif taħdem b'abbozzi onlajn
Tista' tissejvja kwalunkwe mill-applikazzjonijiet tiegħek onlajn f'kull ħin u terġa' tikkonsultahom iktar tard. Applikazzjonijiet issejvjati jinsabu fit-Taqsima tal-Abbozzi tal-User Area.
Tajjeb tkun taf li meta tissejvja applikazzjoni, ma tkunx qed tissottomettiha, inti tkun qed tissejvjaha biss bħala abbozz. L-abbozzi huma ssejvjati fil-User Area tiegħek għal 30 jum.

Biex tissejvja applikazzjoni bħala abbozz, fittex għal buttuna 'Issejvja' fil-formola ta' applikazzjoni.
Fl-applikazzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat (RCD) se ssib il-buttuna 'Issejvja' fl-għażliet li hemm fl-intestatura.

Fit-tipi kollha l-oħra ta' applikazzjoni, se ssibha fil-parti leminija tal-menù ta' navigazzjoni fil-parti ta' fuq tal-iskrijn.


Ladarba tikklikkja fuq 'Issejvja', l-abbozz tal-applikazzjoni jiċċaqlaq għat-taqsima tal-'Abbozzi' fil-User Area tiegħek. Biex ikun identifikat faċilment abbozz partikolari fil-tabella tal-Abbozzi tiegħel, jekk jogħġbok innota li tista' żżid numru ta' referenza personali alfanumerika f'kull waħda mill-applikazzjonijiet tiegħek onlajn.


Imbagħad tkun tista' ssib faċilment l-applikazzjoni tiegħek fil-User Area:

Mit-taqsima tal-'Abbozzi' tista':
-
Terġa' tiftaħ l-applikazzjoni biex tkompli taħdem fuqha billi tikklikkja fuq l-icon tal-paġna
- Ibgħat kopja tal-abbozz lill-riċevitur tal-email billi tagħżel l-abbozz relevanti u tikklikkja fuq 'Ibgħat f'kont tal-email'
-
Ehmeż nota mal-abbozz tiegħek billi tikklikkja fuq l-icon tan-noti fin-naħa leminija ta' kul ringiela
jew fuq il-buttuna 'Noti' fil-menù tal-Azzjonijiet
-
Illokkja
abbozz biex ma jitħassarx awtomatikament wara 30 jum. Żomm f'moħħok li l-abbozzi tad-disinni ma jisgħtux jiġu llokkjati, u jitneħħew wara sebat ijiem
-
Ħassar abbozz billi tikklikkja fuq l-icon tat-tank tal-iskart tal-websajt
jew fuq 'Ħassar'
Tista' ssib aktar Mistoqsijiet Frekwenti dwar aspetti oħra tal-web fiċ- Ċentru ta' Għajnuna tagħna.