Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Kif jistgħu jaċċessaw il-komunikazzjonijiet l-impjegati tiegħi?

Il-kont tal-User Area tiegħek jippermettilek taċċessa firxa ta' servizzi online li mhumiex disponibbli għal utenti mhux reġistrati. Dawn il-vantaġġi jinkludu l-opzjoni li toħloq subprofili għall-impjegati tal-kumpanija jew membri ta' assoċjazzjoni.

L-impjegati tiegħek ikunu jistgħu jaraw l-inbox tal-komunikazzjonijiet jekk inti toħloqilhom subprofil bl-opzjoni li jaraw il-komunikazzjonijiet.

Is-subprofili jistgħu jinħolqu fis-sezzjoni 'Opzjonijiet' tal-User Area billi tikklikkja fuq it-tab 'Subprofili'.

Biex iżżid subprofil, ikklikkja fuq il-buttuna 'Żid subprofil'. Tinfetaħ formola f'tieqa modali; b'mod awtomatiku l-kaxex ikunu vojta.



Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li minkejja li l-impjegati tiegħek jew il-membri ta' assoċjazzjoni jistgħu jaraw l-inbox tal-komunikazzjonijiet tiegħek, allerti tal-email għal komunikazzjonijiet ġodda jintbagħtu biss fuq l-indirizz tal-email indikat fil-kont prinċipali.

Tista' ssib aktar mistoqsijiet frekwenti dwar aspetti oħra tal-web fiċ-Ċentru tal-Għajnunatagħna.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja