Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Kif nista' nadatta u nistampa dehra f'eSearch plus?

eSearch plus hija l-punt ta' aċċess għall-bażi ta' data tagħna ta' trademarks, disinji, sidien, rappreżentanti u bulettini. Minbarra informazzjoni bażika bħat-tip ta' trademark jew id-data ta' pubblikazzjoni, ladarba tilloggja, tista' taċċessa wkoll karatteristiċi aktar avvanzati bħal twissijiet jew tniżżel il-korrispondenza għal fajl partikolari.

B'eSearch plus inti tista' wkoll tfittex trademarks figurattivi bl-użu ta' immaġni bħala parametru ta' tiftix. Kemm tiddreggja u tqiegħed kwalunkwe immaġni fil-qasam ta' tiftix biex ikollok riżultati dwar trademarks li jidhru l-istess.

Ir-riżultati ta' tiftix jistgħu jiġu adattati u stampati wkoll skont il-preferenzi tiegħek stess.

Tista' taċċessa eSearch plus mill-kantuniera tal-lemin ta' fuq nett tal-paġna ewlenija tal-EUIPO jew mill-kaxxa ta' tiftix:

Ħu ritratt tal-iskrin li juri fejn tista' tfittex trademarks u disinji

Fir-riżultati ta' tiftix, ikklikkja fuq l-isem tal-fajl jew fuq il-link '+ info'.

Dehra fid-dettall tal-fajl

B'mod awtomatiku eSearch plus turi l-informazzjoni kollha disponibbli fuq fajl f'taqsimiet differenti. L-ordni li biha tidher l-informazzjoni tista' tinbidel billi tikklikkja bil-lemin fuq il-parti ġriża tal-intestatura tat-taqsima. Se tidher ikona b'erba' vleġeġ Ċaqlaq l-ikona u inti tista' tiddreggja t-taqsima fil-post preferut tiegħek. Din l-ordni se tinżamm meta tistampa l-fajl.

Tista' tiddreggja t-taqsima fil-post preferut tiegħek

eSearch plus tippermetti wkoll li l-kontenut ta' taqsima jintwera jew jinħeba billi tikklikkja fuq il-vleġeġ il-blu Ikona ta' vleġġa biex taħbi jew turi t-taqsimiet fuq in-naħa tal-lemin tal-intestaturi tat-taqsima.
Il-vleġeġ doppji fin-naħa ta' fuq nett tal-fajl juru jew jaħbu l-kontenuti kollha Ikona tal-vleġeġ doppji biex turi jew taħbi l-kontenuti kollha

Il-kontenut li jidher biss jiġi stampat.

Dehra bil-kontenut moħbi

* Dehra bil-kontenut moħbi

Dehra bil-kontenut muri

* Dehra bil-kontenut muri



Ladarba tkun għażilt u rranġajt l-informazzjoni rilevanti, kulma trid tagħmel hu li tikklikkja fuq il-buttuna 'Stampa' fil-kantuniera tan-naħa ta' fuq tal-lemin tal-iskrin.

Buttuna stampa

Tista' ssib aktar mistoqsijiet frekwenti dwar aspetti oħra tal-web fiċ-Ċentru ta' Għajnunatagħna.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja