Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Kif nista' noħloq kont ġdid tal-User Area?

Meta tirreġistra fil-User Area, tkun qed tikseb aċċess għal dashboard avvanzat minn fejn int tista' timmoniterja t-trademarks u d-disinni tiegħek, tabbona għan-newsfeeds tagħna, tagħmel twissijiet ta' monitoraġġ jew toħloq sottoprofili.

Tista' faċilment toħloq kont tal-utent ġdid billi tikklikkja fuq il-buttuna 'sign in' li qiegħda fir-rokna n-naħa ta' fuq tal-lemin tal-iskrin tiegħek.

Screenshot tal-intestatura, fejn tista' ssib l-opzjoni biex tabbona

L-ewwel mistoqsija li jeħtieġ tistaqsi lilek innifsek meta toħloq kont tal-utent ġdid hija jekk hux diġà għamilt applikazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (applikazzoni għal trademark, applikazzjoni għal disinn jew oppożizzjoni) - jekk diġà applikajt għal xi wħud mis-servizzi tagħna fil-passat, l-utent tiegħek diġà jeżisti fil-bażi tad-data tagħna u għandu numru tal-user ID assenjat diġà. Screenshot tal-ewwel mistqosija li trid tistaqsi lilek innifsek meta toħloq kont tal-utent
 

Jekk diġà għandek user ID mal-Uffiċċju (ikklikkja IVA għall-ewwel mistoqsija), ittajpja ismek u l-ID tiegħek biex issib lilek innifsek fir-rekords tagħna. Ladarba misjub, tista' tkompli u ser tintalab tipprovdi l-isem tal-utent tiegħek għall-kont online. Il-password ser tintbagħtlek permezz tal-email jew bil-fax/posta. skont l-opzjoni li tagħżel. Il-kont se jkun attivat biss ladarba ddaħħal il-password.

Screenshot ta' meta tikklikkja iva għall-ewwel mistoqsija

Jekk int utent ġdid, (ikklikkja fuq LE għall-ewwel mistoqsija), ser tintalab tipprovdi isem tal-utent u email (li jintuża biex tintbagħtlek il-link ta' attivazzjoni), kif ukoll xi dettalji personali. Il-kont se jkun attivat biss ladarba ddaħħal il-password permezz tal-link ta' attivazzjoni mibgħuta lilek permezz tal-email fl-aħħar tal-proċess.

Screenshot ta' meta tikklikkja le għall-ewwel mistoqsija

Għal aktar informazzjoni dwar kif tabbona jekk jogħġbok ara t-taqsima apposta fiċ-Ċentru ta' Għajnuna tagħna.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja