Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Informazzjoni Teknika

Għal aktar informazzjoni dwar Informazzjoni teknika, jekk jogħġbok ikkonsulta s-suġġetti li ġejjin:

 

Suġġetti

 

Rekwiżiti tas-Sistema

  • Ħardwer

    Huwa meħtieġ kompjuter b'kapaċità tal-internet. Hija rakkomandata konnessjoni ta' broadband b'veloċità għolja.

  • Softwer

    L-applikazzjonijiet jeħtieġu wieħed mill-browsers tal-internet li ġejjin:

    • Internet Explorer 9 jew aktar reċenti
    • Firefox 3 jew aktar reċenti
    • Safari 4 jew aktar reċenti
    • Chrome 5 jew aktar reċenti

    Għalkemm l-applikazzjonijiet jistgħu jaħdmu b'verżjonijiet aktar antiki tal-browsers imsemmija hawn fuq, jista' jkun hemm problemi ta' kompatibbiltà, jiġifieri l-interfaċċa grafika tista' ma tintweriex kif suppost jew xi wħud mill-funzjonijiet jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Huwa rrakkomandat li inti tinstalla l-aħħar verżjonijiet tal-browser.

    Minħabba li inċident tekniku jista' jipprevjenik milli tiftaħ komunikazzjonijiet elettroniċi permezz tal-Internet Explorer 8, nirrakkomandaw li tuża verżjoni aktar aġġornata ta' Internet Explorer jew brawżer kompatibbli ieħor: Firefox, Google Chrome.

    Jekk jogħġbok kun af ukoll li l-konfigurazzjonijiet tas-sigurtà personali tiegħek u tal-kompatibbiltà tal-kompjuter personali (PC) jistgħu jkollhom impatt fuq il-funzjonament u jimblukkaw xi kontenut jew karatteristiċi.

Isem l-utent u password

Meta tirreġistra għal kont ta' User Area tal-EUIPO tkun teħtieġ li tagħżel isem l-utent u password għal aċċess fil-futur. Il-kriterji għall-għażla ta' dawn huma kif ġej:

 
  • Isem l-utent

    Isem l-utent tiegħek għandu:

    • jinkludi bejn 8 karattri u 20 karattru;
    • jinkludi karattri mill-alfabett Ruman (żgħar biss);
    • jinkludi mill-inqas ċifra numerika waħda (0-9).
  • Password

    Il-password tiegħek trid:

    • tkun unika għalik;
    • tkun differenti mill-username tiegħek;
    • ikun fiha tal-inqas karattru numeriku wieħed;
    • ma jkunx fiha tliet karattri repetuti (eż. aaa, 111), sekwenzi (eż. 123, abc) jew karattri speċjali (eż. #, *);
    • ikun fiha tal-inqas 8 karattri.
  • Il-bdil tal-password tiegħek

    Għal raġunijiet ta' sigurtà nirrakkomandawlek li tbiddel il-password tiegeħk fuq bażi regolari.

Rekwiżiti tekniċi għal dokumenti mehmuża mal-infilzar u l-komunikazzjoni elettroniċi

NB: is-sors uffiċjali ta’ din l-informazzjoni jista’ jinstab fil-‘‘Kundizzjonijiet ta’ Użu tal-User Area’’ annessi għad-‘‘Deċiżjoni EX-20-9 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tat-3 ta’ Novembru 2020 rigward il-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi’.

 

  • L-e-infilzar ta’ applikazzjoni għal trademark tal-Unjoni Ewropea

    Fejn ir-rappreżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal EUTM hija pprovduta b’mod elettroniku, id-daqs tal-fajl elettroniku hu kif ġej:

    • daqs massimu ta’ kull dokument mehmuż: 2 MB (20 MB għal MP4, OBJ, STL u X3D);
    • daqs totali massimu ta’ dokumenti mehmuża: 20 MB;
    • restrizzjoni għat-tul tal-isem ta’ fajls mehmuża: 25 karattru.

    Fejn ir-rappreżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal EUTM hija pprovduta b’mod elettroniku, il-formati tal-fajl elettroniku huma kif ġejjin:

    (a) JPEG
    Dan hu l-format ta’ fajl standard li għandu jintuża għar-rappreżentazzjoni tal-marka li ssir applikazzjoni għaliha (disponibbli għat-tipi kollha ta’ trademarks minbarra marki ta’ kelma jew multimedjali), u għandu jkun konformi mal-istandards li ġejjin:

    • daqs massimu tal-immaġni: 2835 x 2010 pixels;
    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI;
    • modalità tal-kuluri: RGB, Grayscale, BW jew CMYK.

    L-immaġnijiet jiġu awtomatikament adattati għal 250 x 250 pixels. L-immaġni mtella’ tintwera kif tkun ser tidher aktar tard fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.

    Immaġnijiet CMYK se jiġu kkonvertiti qabel ma jintwerew f’immaġnijiet RGB bl-użu ta’ software speċifiku għall-konverżjoni. F’xi immaġnijiet CMYK ikkonvertiti f’RGB, ċerti kuluri għandhom imnejn jidhru differenti mill-oriġinali. Għalhekk, ikun aħjar jekk tbiddel il-modalità tal-kulur qabel ma ttella’ l-immaġni sabiex iżżomm il-kuluri oriġinali tagħha.

    (b) MP3:
    Dan il-format ta’ fajl jista’ jintuża meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ marka ta’ ħoss (flimkien ma’ JPEG), u għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata ta’ kampjunar: 8 kHz għall-vuċi biss, 11.025 kHz għall-effetti tal-ħoss, 22.05 kHz jew 44.1 kHz għall-mużika;
    • fond tal-bit: 8 bits jew 16-il bit;
    • kanali: 1=Mono; 2=Stereo.

    (c) OBJ, STL u X3D:
    Dawn il-formati ta’ fajl jistgħu jintużaw meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ marka ta’ forma.

    X3D ma jistax jittella’ permezz tal-użu tal-Internet Explorer skont il-verżjoni 11.

    (d) MP4:
    Dan il-format ta’ fajl jista’ jintuża meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ marki ta’ moviment, multimedjali u olografiċi, u għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • Standard tal-ISO: ISO/IEC 14496-14:2003 (MPEG-4 Parti 14);
    • codecs tal-vidjo: l-MP4 jaċċetta diversi codecs tal-vidjo (MPEG-1, MPEG-2, MPEG-4, VP6, VP5, H.263, eċċ.), iżda l-codec rakkomandat għall-użu hu H.264;
    • codecs tal-awdjo: l-MP4 jaċċetta diversi codecs tal-awdjo (MP3, MP2, WMA, WMA Pro, PCM, WAV) iżda l-codec rakkomandat għall-użu hu AAC-LC;
    • rata ta’ kwadri bejn 24 u 30 fps;
    • rata tal-bits bejn 1 200 u 8 000 Kbps;
    • tipi ta’ midja: vidjo/MP4, awdjo/MP4, applikazzjoni/MP4.
  • L-e-Infilzar ta’ Disinn Komunitarju Rreġistrat

    Fejn ir-rappreżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal RCD hija pprovduta b’mod elettroniku, id-daqs tal-fajl elettroniku hu kif ġej:

    • daqs massimu ta’ kull dokument mehmuż: 2 MB (20 MB għal OBJ, STL u X3D);
    • daqs totali massimu ta’ dokumenti mehmuża: 20 MB;
    • restrizzjoni għat-tul tal-isem ta’ fajls mehmuża: 25 karattru.

    Fejn ir-rappreżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal RCD hija pprovduta b’mod elettroniku, il-formati tal-fajl elettroniku huma kif ġej:

    (a) JPEG
    Dan hu l-format ta’ fajl standard li għandu jintuża għar-rappreżentazzjoni ta’ disinn li saret applikazzjoni għalih, u għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • daqs massimu tal-immaġni: 5000 x 5000 pixel;
    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 72, mass 300 DPI;
    • modalitajiet tal-kuluri: CMYK (li ser jiġi konvertit għal RGB), Grayscale, BW jew RGB;
    • immaġnijiet progressivi JPEG ser jiġu kkonvertiti għal immaġnijiet tal-linja bażi;
    • it-tlugħ ta’ dehriet dinamiċi 3D U dehriet oħra statiċi huwa ristrett.

    (b) OBJ, STL u X3D
    Dawn il-formati jistgħu jintużaw sabiex tittella’ dehra dinamika 3D waħda għal informazzjoni addizzjonali u bħala sors għall-immaġnijiet statiċi meta jiġu reġistrati disinji.

    X3D ma jistax jittella’ permezz tal-użu tal-Internet Explorer skont il-verżjoni 11.

  • L-oppożizzjoni u l-kanċellazzjoni ta’ e-infilzar

    Restrizzjonijiet tad-daqs tal-fajl:

    • daqs massimu ta’ kull dokument mehmuż: 5 MB;
    • daqs totali massimu tad-dokumenti mehmuża: 20 MB;
    • restrizzjoni għat-tul tal-isem ta’ fajls mehmuża: 150 karattru.

    Tipi ta’ fajls aċċettati:

    JPEG
    Għandu jintuża tip ta’ fajl standard li jkun konformi mal-istandards li ġejjin:

    • daqs massimu tal-immaġni: 2008 x 2835 pixel;
    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI;
    • RGB 8b biss (mhux CMYK);
    • Immaġnijiet JPEG progressivi mhumiex appoġġati

    PDF
    Fajls PDF standard u statiċi biss huma appoġġati, forom ta’ PDF li jistgħu jimtlew mhumiex aċċettati. Għandha tiġi evitata l-inklużjoni ta’ oġġetti miżjuda (bħal rettangli, vleġeġ, test immarkat, eċċ.) li mhumiex preżenti fil-fajl PDF oriġinali.


    MP3
    Jista’ jintuża biss biex jirrappreżenta marki ta’ ħoss ta’ qabel u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata ta’ kampjunar: 8 kHz għall-vuċi biss, 11.025 kHz għall-effetti tal-ħoss, 22.05 kHz jew 44.1 kHz għall-mużika;
    • fond tal-bit: 8 bits jew 16-il bit;
    • kanali: 1=Mono; 2=Stereo.

     

  • e-Infilzar ieħor (għall-infilzar ta’ talba għal reġistrazzjoni, tiġdid, konverżjoni, spezzjoni, applikazzjoni internazzjonali bbażata fuq EUTM(A) jew appell)

    Restrizzjonijiet tad-daqs tal-fajl:

    • daqs massimu ta’ kull dokument mehmuż: 2 MB (20 MB għal e-Appell);
    • daqs totali massimu tad-dokumenti mehmuża: 20 MB.

    Tipi ta’ fajls aċċettati:

    JPEG
    Għandu jintuża tip ta’ fajl standard li jkun konformi mal-istandards li ġejjin

    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI
    • RGB 8b biss (mhux CMYK)
    • Immaġnijiet JPEG progressivi mhumiex appoġġati

    PDF
    Fajls PDF standard u statiċi biss huma appoġġati, forom ta’ PDF li jistgħu jimtlew mhumiex aċċettati. Għandha tiġi evitata l-inklużjoni ta’ oġġetti miżjuda (bħal rettangli, vleġeġ, test immarkat, eċċ.) li mhumiex preżenti fil-fajl PDF oriġinali.

    MP3
    Jista’ jintuża biss biex jirrappreżenta marki ta’ ħoss u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata ta’ kampjunar: 8 kHz għall-vuċi biss, 11.025 kHz għall-effetti tal-ħoss, 22.05 kHz jew 44.1 kHz għall-mużika;
    • fond tal-bit: 8 bits jew 16-il bit;
    • kanali: 1=Mono; 2=Stereo.

     

  • L-e-komunikazzjoni u azzjonijiet oħrajn

    Restrizzjonijiet tad-daqs tal-fajl:

    • daqs massimu ta’ kull dokument mehmuż: 20 MB;
    • daqs totali massimu għal dokumenti mehmuża: 1 GB (100 MB għal komunikazzjonijiet ta’ oppożizzjoni, ta’ kanċellazzjoni u ta’ appell);
    • restrizzjoni għat-tul tal-isem ta’ fajls mehmuża: 20 karattru.

    Jekk id-daqs totali tal-komunikazzjoni b’dokumenti mehmuża jkun akbar minn 20 MB, id-dokumenti mehmuża xorta waħda jaslu l-Uffiċċju, iżda l-komunikazzjoni biss se tidher fil-previżwalizzazzjoni u fil-konferma tal-wasla.

    Tipi ta’ fajls aċċettati:

    JPEG
    Għandu jintuża tip ta’ fajl standard li jkun konformi mal-istandards li ġejjin:

    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI;
    • RGB 8b biss (mhux CMYK);
    • Immaġnijiet JPEG progressivi mhumiex appoġġati

    PDF
    Fajls PDF standard u statiċi biss huma appoġġati, forom ta’ PDF li jistgħu jimtlew mhumiex aċċettati. Għandha tiġi evitata l-inklużjoni ta’ oġġetti miżjuda (bħal rettangli, vleġeġ, test immarkat, eċċ.) li mhumiex preżenti fil-fajl PDF oriġinali.

    MP3
    Għandhom jintużaw fajls MP3 standard u għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata ta’ kampjunar: 8 kHz għall-vuċi biss, 11.025 kHz għall-effetti tal-ħoss, 22.05 kHz jew 44.1 kHz għall-mużika;
    • fond tal-bit: 8 bits jew 16-il bit;
    • kanali: 1=Mono; 2=Stereo.

    Fajls MP3 se jkunu aċċettati bħala dokumenti mehmuża biss fl-e-azzjonijiet ta’ oppożizzjoni li ġejjin:

    • Issottometti fatti addizzjonali
    • Issottometti prova ta’ użu
    • Issottometti dokumenti oħrajn

    MP4
    Għandhom jintużaw fajls MP4 standard, u għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • Standard tal-ISO: ISO/IEC 14496-14:2003 (MPEG-4 Parti 14);
    • codecs tal-vidjo: l-MP4 jaċċetta diversi codecs tal-vidjo (MPEG-1, MPEG-2, MPEG-4, VP6, VP5, H.263, eċċ.), iżda l-codec rakkomandat għall-użu hu H.264;
    • codecs tal-awdjo: l-MP4 jaċċetta diversi codecs tal-awdjo (MP3, MP2, WMA, WMA Pro, PCM, WAV) iżda l-codec rakkomandat għall-użu hu AAC-LC;
    • rata ta’ kwadri bejn 24 u 30 fps;
    • rata tal-bits bejn 1 200 u 8 000 Kbps;
    • tipi ta’ midja: vidjo/MP4, awdjo/MP4, applikazzjoni/MP4.

     

    Fajls MP4 se jkunu aċċettati bħala dokumenti mehmuża biss fl-e-azzjonijiet ta’ oppożizzjoni li ġejjin:

    • Issottometti fatti addizzjonali
    • Issottometti prova ta’ użu
    • Issottometti dokumenti oħrajn

     

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 20-02-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja