Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

SME Fund






















L-Ideas Powered for Business SME Fund huwa inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea implimentata mill-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) biex jappoġġa finanzjarjament l-intrapriżi Ewropej żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) b’vawċers tal-PI għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (PI) tagħhom, jiġifieri t-trademarks u d-disinji. Il-Fond se jalloka EUR 20 miljun f’għotjiet imqassma f’ħames fażijiet (perjodi) minn Jannar sa Diċembru 2021.
 
Il-benefiċjarji se jirċievu rimborż parzjali tal-kostijiet tas-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (IP Scan) u l-applikazzjonijiet tat-trademark u tad-disinn.
 
Servizz 1: 75 % mnaqqsa mis-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan) offruti mill-uffiċċji nazzjonali parteċipanti tal-PI. 

Servizz 2: 50 % mnaqqsa mit-tariffi tal-applikazzjoni bażiċi tat-trademarks u d-disinji nazzjonali, reġjonali u tal-UE. 

Kull SME tista’ tiġi rimborżata sa massimu ta’ EUR 1 500.
 

Le. L-SME l-ewwel għandha tapplika għall-għotja (vawċer tal-PI) u tistenna d-deċiżjoni dwar l-għotja. Wara li tirċievi d-deċiżjoni dwar l-għotja, l-SME tista’ tapplika għas-servizzi (applikazzjonijiet għal trademarks u/jew disinji u/jew servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan) jew taħlita tat-tnejn) li hija indikat fil-formola ta' applikazzjoni għal għotja (e-Formola 1). Fl-aħħar nett, l-SME tista’ tapplika għar-rimborż korrispondenti.

Impjegat awtorizzat jew l-uffiċjal kap eżekuttiv tal-SMEs tal-UE jista' jimla l-applikazzjoni għal għotja mill-Ideas Powered for Business SME Fund.
 
L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kollha (l-SMEs stabbiliti fl-Unjoni Ewropea huma eliġibbli biex japplikaw għal għotja fil-forma ta’ vawċer tal-PI. L-SMEs li jixtiequ japplikaw għal servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan), għandhom ikunu stabbiliti fil-pajjiż fejn ikun hemm disponibbli fornitur ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI eliġibbli kif ippubblikat fis-sejħa għal proposti.
 
Jekk jogħġbok iċċekkja d-definizzjoni uffiċjali tal-UE ta’ SME biex tiżgura li l-kumpanija tiegħek hija eliġibbli.

L-SME trid tkun stabbilita fl-Unjoni Ewropea.
 
Il-fatturi li jiddeterminaw jekk intrapriża hijiex SME, kif definita fir-rakkomandazzjoni tal-UE 2003/361, huma kif indikat hawn taħt.


Le, sakemm ma jkunux involuti f’attività ekonomika. Jekk jogħġbok irreferi għad-definizzjoni ta’ SME stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea.

Iva, madankollu jekk l-applikazzjoni tirnexxi l-SME biss tista’ tibbenefika mill-għotja.

L-ewwel minn ħames perjodi tal-applikazzjoni se jiftaħ fil-11 ta’ Jannar 2021 skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:



L-SME tista’ tapplika biss għal għotja fil-forma ta’ vawċer tal-PI matul perjodu miftuħ u bl-użu biss tal-formola online pprovduta. L-applikazzjonijiet ippreżentati barra mill-ħames perjodi ta’ żmien speċifikati mhux se jiġu kkunsidrati.

 

Iva. Jekk l-SME titlob servizz wieħed f’perjodu wieħed, tista’ tapplika għas-servizz l-ieħor f’perjodu sussegwenti.

Kull SME tista’ tiġi rimborżata sa total massimu ta’ EUR 1 500 għas-servizz 1 jew is-servizz 2 jew taħlita taż-żewġ servizzi:

Servizz 1: 75% mnaqqsa mis-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan) offruti mill-uffiċċji nazzjonali parteċipanti tal-PI.
Servizz 2: 50% mnaqqsa mit-tariffi tal-applikazzjonijiet bażiċi tat-trademarks u d-disinji nazzjonali, reġjonali u tal-UE.

Eżempju 1. Servizz 1: L-SME l-ewwel għandha tħallas il-kost totali tas-servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (IP Scan). Jekk dan jiswa EUR 1000, ir-rimborż ta’ 75 % ikun ta’ EUR 750. F’dan il-każ, l-SME tiġi rimborżata EUR 750.



Eżempju 2. Servizz 2: L-SME l-ewwel għandha tħallas il-kost totali tat-tariffi tal-applikazzjonijiet bażiċi tat-trademarks u d-disinji. Jekk l-SME trid tirreġistra żewġ disinji nazzjonali li jiswew EUR 250 kull wieħed u, fl-istess ħin, trid tirreġistra żewġ trademarks tal-UE li jiswew EUR 850 kull waħda, il-kost totali tal-applikazzjonijiet kollha jkun ta’ EUR 2 200. Ir-rimborż ta’ 50 % ikun ta’ EUR 1 100. F’dan il-każ, l-SME tħallas EUR 2 200 u tiġi rimborżata EUR 1 100.



Eżempju 3. Is-servizz 1 u s-servizz 2 flimkien: Jekk l-SME tixtieq li jkollha ż-żewġ servizzi msemmija fl-eżempji 1 u 2, il-kost ikun ta’ EUR 1 000 għas-servizz 1 u EUR 2 200 għas-servizz 2, u l-kost totali jammonta għal EUR 3 200. F’dan il-każ, l-SME tiġi rimborżata l-ammont massimu tal-għotja stabbilit għal EUR 1 500.
 

Jekk l-applikanti jkunu eliġibbli, il-prinċipju ta’ “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” jiġi applikat matul kull perjodu għall-applikazzjonijiet, abbażi tad-data u l-ħin tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

Dawn huma l-passi li l-SMEs jeħtieġ li jsegwu biex japplikaw għall-għotja:
 
1. Wara li taqra s-sejħa għal proposti fuq il-Paġna web tal-għotjiet tagħna, imla u ssottometti l-formola online ta’ applikazzjoni għal għotja (e-Formola 1) flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa. Aqra bir-reqqa l-Lista ta’ kontroll tagħna fil-Mistoqsija 9 qabel tapplika. Jekk tintgħażel, se tirċievi deċiżjoni dwar l-għotja ffirmata mill-EUIPO. Żommha xi mkien sikur għax se tiġi bżonnha aktar tard! L-applikanti li ma jintgħażlux se jiġu infurmati bir-raġunijiet għad-deċiżjoni negattiva.
 
2. Imbagħad, applika u ħallas għat-trademark u/jew għad-disinn tiegħek u/jew għas-servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan) fi żmien 30 jum minn meta tirċievi d-deċiżjoni dwar l-għotja. 

Tista’ ssir applikazzjoni għat-trademarks u għad-disinji fi kwalunkwe wieħed mill-uffiċċji nazzjonali tal-PI tal-UE (livell nazzjonali), fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali (li jkopri l-Belġju, in-Netherlands u l-Lussemburgu; livell reġjonali), jew magħna fl-EUIPO (li jkopri l-Istati Membri kollha tal-UE).
 
Is-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan) huma disponibbli fl-uffiċċji nazzjonali li joffru dan is-servizz (ara l-lista hawn taħt).
  
3. Fl-aħħar nett, ladarba tkun ħallast għas-servizzi, issottometti t-talba tiegħek għall-pagament (e-Formola 2) qabel il-31 ta’ Diċembru 2021 billi tuża l-link inkluż fid-deċiżjoni dwar l-għotja tiegħek. Il-pagament, soġġett għall-approvazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni sottomessi, għandu jsir fi żmien xahar.

L-applikant għandu jaqra l-Lista ta’ kontroll li ġejja qabel ma japplika biex jiżgura li d-dokumentazzjoni meħtieġa tkun tista’ titħejja.
 
LISTA TA’ KONTROLL
  • Il-kumpanija/l-intrapriża tiegħi hija intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju (SME) tal-UE stabbilita.
  • Jien qrajt is-sejħa għal proposti qabel ma bdejt nimla l-formola ta' applikazzjoni.
  • Jien naf id-dettalji bankarji tal-kumpanija tiegħi u għandi rendikont bankarju fejn jidhru d-dettalji li ġejjin: isem il-kumpanija bħala detentur tal-kont, il-kodiċi IBAN u l-kodiċi BIC/SWIFT.
  • Jien għandi ċ-ċertifikat tal-VAT tal-kumpanija tiegħi.
  • Jien naf liema servizz(i) qed nippjana li napplika għalih/għalihom (is-servizz 1, is-servizz 2 jew it-tnejn), kif imsemmi fil-Mistoqsija 1 hawn fuq u fis-sejħa għal proposti.
  • Jien naf liema drittijiet tal-PI (trademarks u/jew disinji) qed nippjana li napplika għalihom (is-servizz 2).
  • Jien nifhem li ma nistax nitlob is-servizzi jekk diġà rċevejt finanzjament nazzjonali jew tal-UE għall-istess servizzi jew għal parti mill-istess servizzi. 

Huwa importanti ħafna li fil-qasam “Isem il-kumpanija” tiġi indikata l-istess informazzjoni li tidher fid-dokument tal-VAT/tat-Taxxa mehmuż, u fir-rendikont bankarju.

Żball komuni ieħor huwa li ma jiġix indikat in-numru sħiħ tal-IBAN fil-e-formola li jrid ikun eżattament l-istess bħal dak fir-rendikont bankarju (u tinsix l-kodiċi tal-pajjiż).

Jekk jogħġbok kun żgur li d-dokumenti mehmuża kollha jistgħu jinqraw b’mod ċar.

Tista’ tipprovdi aktar minn indirizz tal-email wieħed biex tiżgura li l-komunikazzjonijiet kollha jaslu.

Jekk jogħġbok kun żgur(a) li tindika l-istess isem bħal dak li jidher fiċ-ċertifikat tal-VAT li għandu jkun ukoll l-istess bħad-detentur tal-kont taċ-ċertifikat tal-bank mehmuż.

Jekk jogħġbok iċċekkja this document (dan id-dokument) u segwi l-eżempju tal-istruttura ta’ pajjiżek meta timla l-qasam tal-VAT fil-formola ta’ applikazzjoni online (inkluż il-kodiċi tal-pajjiż).
Għall-applikanti li jkunu meqjusa mill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom bħala li huma eżentati mit-taxxa u jkollhom numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa bħala ekwivalenti, se jintalbu jipprovdu ċ-ċertifikat relevanti maħruġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom li juri l-eżistenza legali tal-kumpanija tagħhom.
Jekk l-istruttura tan-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa hija differenti mill-istruttura tan-numru tal-VAT, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet li ġejjin meta tikkodifika l-informazzjoni.
  • Jekk in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa jkollu l-istess numru ta’ ċifri iżda jkollu nieqes kodiċi tal-pajjiż, għandu jkun preċedut mill-kodiċi tal-pajjiż.Eżempju: l-istruttura tan-numru tal-VAT hija UE12345678 u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa huwa 12345678. L-applikanti għandhom idaħħlu UE12345678.
  • Jekk in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa jinkludi l-kodiċi tal-pajjiż iżda ma jkollux l-istess numru ta’ ċifri, għandu jiġi segwit mill-ittra “X” sakemm jintlaħaq in-numru ta’ ċifri meħtieġ.Eżempju: l-istruttura tan-numru tal-VAT hija UE12345678 u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa huwa UE123456. L-applikanti għandhom idaħħlu UE123456XX.
  • Jekk in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa ma jinkludix il-kodiċi tal-pajjiż u ma jkollux l-istess numru ta’ ċifri, dan għandu jkun preċedut mill-kodiċi tal-pajjiż u segwit bl-ittra “X” sakemm jintlaħaq in-numru ta’ ċifri meħtieġ.Eżempju: l-istruttura tan-numru tal-VAT hija UE12345678 u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa huwa 123456. L-applikanti għandhom idaħħlu UE123456XX.

Ir-rendikont bankarju jew iċ-ċertifikat bankarju għandu jindika d-‘Detentur tal-Kont’ (dan irid ikun l-istess bħall-‘Isem tal-Kumpanija’), “Isem il-Bank”, “numru tal-kont IBAN” u “Kodiċi BIC/SWIFT”. Timbru mill-bank u l-firma tar-rappreżentant tal-bank mhumiex meħtieġa. Jekk jogħġbok sib eżempju hawnhekk.

  1. Kun af li l-proċess jista’ jdum sa 60 minuta.
  2. Iċċekkja li indikajt l-indirizz tal-email korrett. Huwa rakkomandat li tipprovdi aktar minn indirizz tal-email wieħed.
  3. Iċċekkja l-ispam/junk/emails mhux mixtieqa.
  4. Jekk għadek ma rċevejthiex, jekk jogħġbok ikkuntattja lil information@euipo.europa.eu.

Din l-email ma għandhiex titqies bħala indikazzjoni li l-applikazzjoni hija ammissibbli, iżda biss li ġiet sottomessa. L-applikanti se jiġu nnotifikati individwalment permezz ta’ email separata bir-riżultati tal-proċess ta’ evalwazzjoni kif iddikjarat fit-taqsima 4.5 tas-sejħa għal proposti.

Ladarba t-tieqa ta’ żmien tingħalaq, il-kumitat tal-evalwazzjoni se jirrieżamina l-applikazzjonijiet kollha u jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni, tintbagħat notifika b’email.

Jekk wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, tiddeċiedi li MA TKOMPLIX, jekk jogħġbok ibgħat email fuq information@euipo.europa.eu fejn tehmeż l-email ta’ konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni tiegħek u tindika “Nixtieq nirtira l-applikazzjoni tiegħi mill-għotja tal-Fond għall-SMEs”.
 

Iva. Għandek 30 jum mid-data li tirċievi d-deċiżjoni dwar l-għotja biex tapplika għas-servizzi li inti indikajt fl-applikazzjoni. Inkella ma tkunx intitolat li titlob ir-rimborż korrispondenti.

Servizz 1: Servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan)





Is-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali huma kruċjali fil-bini ta’ strateġija tal-PI tal-SME. L-esperti tal-PI jħarsu lejn il-mudell ta' negozju, il-prodotti u/jew is-servizzi u l-pjanijiet ta’ tkabbir tal-SME biex jifformulaw strateġija tal-PI għaliha.
 
Dan is-servizz jista’ jgħin lill-SMEs jiddeċiedu għal liema drittijiet tal-PI japplikaw, kif jiżviluppaw il-portafoll tal-PI tagħhom jekk diġà għandhom drittijiet reġistrati, u kif jippjanaw l-istrateġija tagħhom għall-futur.

Is-servizz tal-IP Scan ma jikkostitwixxix servizz legali.

Id-drittijiet kollha tal-PI (privattivi, trademarks, disinji, mudelli ta’ utilità, varjetajiet ta’ pjanti, indikazzjonijiet ġeografiċi) huma koperti mis-servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP scan), inklużi dawk mhux irreġistrati/mhux reġistrabbli (eż. sigrieti kummerċjali, ©, disinji mhux reġistrati) u ismijiet ta’ kumpaniji, ismijiet ta’ dominju, eċċ.

Fil-qafas tal-Fond għall-SMEs, is-servizzi ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan) ma jiġux offruti fl-Istati Membri kollha. Biex tiċċekkja jekk dan is-servizz huwiex offrut fl-Istat Membru tiegħek jew mill-Uffiċċju nazzjonali tal-PI jew minn sieħeb estern tal-Uffiċċju nazzjonali tal-PI tiegħek, jekk jogħġbok iċċekkja l-LISTA li ġejja.

Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li xi uffiċċji nazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali jistgħu joffru servizzi ta’ IPPD (“IP Scan”) barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond għall-SMEs. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċċju nazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali tiegħek għal aktar informazzjoni.

Kwalunkwe SME interessata li tapplika għal servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (IP Scan) f’pajjiżha l-ewwel jeħtieġ li tivverifika jekk is-servizz huwiex disponibbli mill-uffiċċju nazzjonali tal-PI tagħha skont l-iskema tal-Ideas Powered for Business SME Fund.
 
Jekk disponibbli, l-SME tista’ tavviċina lill-uffiċċju nazzjonali tal-PI biex titlob is-servizz. Is-servizz se jiġi pprovdut minn espert ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (allokat mill-uffiċċju nazzjonali) li se jorganizza intervisti mal-SME biex isir jaf aktar dwarha mill-perspettiva ta’ negozju u ta’ PI.
 
Fl-aħħar nett, l-espert ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI se jipprovdi rapport li jiddeskrivi s-sejbiet tiegħu dwar id-drittijiet tal-PI tal-SME u jipproponi rakkomandazzjonijiet għall-ġestjoni futura tad-drittijiet tal-PI li huma proprjetà tal-SME.
 
Iż-żmien meħtieġ biex jitwettaq is-servizz ivarja skont l-SME u jista’ jieħu minn diversi ġimgħat sa diversi xhur.

Servizz 2: Applikazzjonijiet għal trademark u disinn












L-SME tista’ tapplika għal rimborż ta’ 50% tat-tariffi tal-applikazzjonijiet bażiċi tat-trademark u/jew tad-disinn (nazzjonali, reġjonali u/jew tal-UE).
 
Tista’ ssir applikazzjoni għat-trademarks u d-disinji fi kwalunkwe wieħed mill-uffiċċji nazzjonali tal-PI tal-UE (livell nazzjonali), fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali (li jkopri l-Belġju, in-Netherlands u l-Lussemburgu; livell reġjonali), jew fl-EUIPO (li jkopri l-Istati Membri kollha tal-UE).
 
Il-livell territorjali ta’ protezzjoni magħżul jiddependi mill-istrateġija tan-negozju u l-pjanijiet ta’ tkabbir tal-SME. Jekk l-SME ma tkunx ċerta għal xiex se tapplika, u fejn, is-servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-PI (IP Scan) jista’ jgħinha tiddeċiedi.

L-SME jew ir-rappreżentant f’isem l-SME

  • Għal applikazzjonijiet għal trademarks: it-tariffa bażika mħallsa fil-ħin tal-applikazzjoni, minbarra klassijiet addizzjonali ta’ oġġetti u servizzi.
  • Għal applikazzjonijiet għal disinji: it-tariffa bażika mħallsa fil-mument tal-applikazzjoni, minbarra kwalunkwe tariffa addizzjonali għall-pubblikazzjoni jew għad-differiment.

It-tariffa bażika titħallas meta tapplika għal RCD. Ma tinkludi l-ebda pubblikazzjoni addizzjonali jew tariffi ta’ diferiment. Għal applikazzjoni waħda, it-tariffa hija EUR 230 li minnhom 50 % jistgħu jiġu rimborżati skont l-iskema ta’ għotjiet tal-Fond tal-SME (SME Fund). Għaldaqstant, jekk tapplika biex tiġi rimborżat għal RCD wieħed, se tirċievi EUR 115. Kwalunkwe kost ieħor imġarrab mhuwiex eliġibbli għal rimborż.


Iva, ir-rappreżentant jista’ jitlob u jħallas għall-applikazzjoni(jiet) tat-trademark(s) u/jew tad-disinn(i) f’isem l-SME. Wara, ir-rappreżentant jista’ wkoll jippreżenta t-talba għal rimborż f’isem l-SME Madankollu, ir-rimborż se jsir fil-kont bankarju tal-SME (jiġifieri l-benefiċjarju tad-Deċiżjoni dwar l-Għotja).

Ma hemm l-ebda limitu għall-għadd ta’ drittijiet tal-PI (trademarks u/jew disinji) li l-SME tista’ tapplika għalihom. Madankollu, l-SME se tiġi rimborżata 50 % tat-tariffi tal-applikazzjonijiet bażiċi sa massimu ta’ EUR 1 500.

Le, trid tistenna sakemm tirċievi Deċiżjoni dwar l-Għotja b’suċċess. Ladarba tkun irċevejtha, tista’ tapplika u tħallas għat-trademark u/jew għad-disinn u/jew għas-servizz ta’ qabel id-dijanjożi tal-Proprjetà Intellettwali (IP Scan) tiegħek fi żmien 30 jum kalendarju.

Le, l-għotja hija disponibbli biss għal applikazzjonijiet ġodda għal trademark u/jew disinn.

Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn applikazzjonijiet għal trademarks li jirnexxu u dawk li ma jirnexxux. Jekk l-applikazzjoni għal għotja (vawċer tal-PI) tingħata, wara li tapplika u tħallas għat-trademark, l-SME tista’ titlob rimborż ta’ 50 % tat-tariffa tal-applikazzjoni bażika.

Tista’ tipproċedi u tapplika biss għal dawk is-servizzi meħtieġa, sakemm dawn ikunu inklużi fl-għoti ta’ għotja tiegħek li tkun issodisfat ir-rekwiżiti kollha.

Rimborż





  • Permezz ta’ email se tirċievi l-konferma tal-approvazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-Għotja.
  • Wara d-data ta’ din in-notifika, ikollok 30 jum biex tapplika u tħallas għas-servizzi.
  • Biex tissottometti t-talba tiegħek għall-pagament, uża l-link ipprovduta fid-Deċiżjoni dwar l-Għotja tiegħek.
  • Se tirċievi email li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek għall-pagament waslet. Kun af li dan jista’ jieħu sa 60 minuta.
  • Soġġett għall-approvazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni sottomessi, il-pagament isir fil-kont bankarju tiegħek fi żmien xahar.

Se tiġi nnotifikat b’email.

L-SME tista’ titlob ir-rimborż bħala benefiċjarju, u r-rappreżentant tagħha jista’ jagħmel dan f’isimha. Madankollu, ir-rimborż dejjem se jintbagħat fil-kont bankarju tal-SME.

Il-formoli kollha ta’ talba għall-pagament (e-Formola 2) għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’  Jannar 2022. It-talbiet għal pagamenti sottomessi wara din id-data ma jiġux aċċettati u r-rimborż ma jkunx possibbli.

L-għotja se titħallas fil-kont bankarju tal-kumpanija indikat fuq il-formola ta' applikazzjoni (e-Formola 1).

Meta timla t-trademark(s) u/jew id-Disinn/Disinji li tkun saret applikazzjoni għalih(om), l-ammont se jiġi kkalkulat awtomatikament.

Notifiki






L-SME se tirċievi e-mail li tikkonferma li l-applikazzjoni tagħha tkun waslet.
 
Jekk tintgħażel, l-SME se tirċievi deċiżjoni dwar l-għotja ffirmata mill-EUIPO. L-applikanti li ma jintgħażlux se jiġu infurmati bir-raġunijiet għad-deċiżjoni negattiva.

Wara li jirrieżamina l-applikazzjoni tiegħek, il-kumitat ta’ evalwazzjoni dejjem jibgħat wieħed mill-eżiti li ġejjin: proċedura għall-għoti ta’ għotja; talba għal aktar informazzjoni; jew notifika li l-applikazzjoni ma rnexxietx.

Sempliċement wieġeb fuq l-indirizz tal-email indikat fl-ittra b’talba għal aktar informazzjoni li rċevejt. Jekk jogħġbok daħħal l-informazzjoni u/jew hemeż id-dokumenti mitluba u aħna naġġornaw l-applikazzjoni tiegħek.

L-informazzjoni sottomessa tiġi vvalutata mill-kumitat tal-evalwazzjoni u tirċievi notifika tar-riżultati.

Ladarba tirċievi d-Deċiżjoni dwar l-Għotja, tista’ tapplika u tħallas għat-trademark u/jew id-disinn tiegħek fi żmien 30 jum kalendarju.
 
Wara li tkun ħallast għas-servizzi, tista’ tippreżenta t-talba tiegħek għal rimborż billi tuża l-link disponibbli fl-Anness IV tad-Deċiżjoni dwar l-Għotja. Ladarba din tiġi ppreżentata, tirċievi email li tirrikonoxxi r-riċevuta tat-talba tiegħek għal rimborż. Kun af li dan jista’ jieħu sa 60 minuta. Ir-rimborż, li hu soġġett għall-approvazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ppreżentati, se jsir fi żmien xahar u l-benefiċjarji se jiġu notifikati b’email kif xieraq.


Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 11-03-2021
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja