Aħna lkoll xi ftit differenti meta niġu għall-klassifikazzjoni
iżda kollha rridu l-istess ħaġa: lista tajba ta’ prodotti u servizzi
Bl-elenkatur ta’ prodotti u servizzi ġdid tagħna, tista’ tippersonalizza l-lista ta’ prodotti u servizzi tiegħek billi tuża termini aċċettati minn qabel ibbażati fuq il-Klassifikazzjoni ta’ Nizza.
-
Biddel il-listi eżistenti tiegħek għal termini aċċettati minn qabel faċilment u malajr.
-
Oħloq listi ġodda li tkun tista’ terġa’ tuża u taġġorna b’mod iktar effiċjenti.
-
U skopri l-Assistent tal-Klassi 35 u 37.

Ippersonalizza l-lista tiegħek
L-Elenkatur tagħna jikkumplimenta l-għarfien legali speċjalizzat tiegħek.
Meta nistaqsu lir-rappreżentanti għaliex ma jużawx l-għodda tal-prodotti u s-servizzi tagħna, jgħidulna li jaħdmu b'listi li ilhom stabbiliti għal żmien twil, li l-ħolqien ta’ listi ġodda huwa ineffiċjenti, jew il-klijenti tagħhom jeħtieġu speċifikazzjoni aktar imfassla apposta għalihom.
Madankollu, il-personalizzazzjoni u l-iffrankar ta’ ħin ma jidħlux f’kunflitt mal-kisba tal-benefiċċji tal-użu tas-soluzzjonijiet tal-klassifikazzjoni tagħna. Dawn huma bbażati fuq il-Klassifikazzjoni ta’ Nizza, u fihom termini aċċettati minn qabel li huma aġġornati kontinwament.
Dan kollu sabiex tkun tista’:
-
Tevita nuqqasijiet ta’ klassifikazzjoni.
-
Ikollok l-applikazzjoni tiegħek mgħaġġla.
-
Tawtomatizza l-ħolqien u l-aġġornament tal-listi tiegħek.
-
Tippreżenta speċifikazzjonijiet aktar prevedibbli minn perspettiva legali.

Kif jaħdem?
Il-gwida inkorporata tiegħu tħallik tivverifika l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti u servizzi tiegħek stess mal-bażi ta’ dejta ta’ termini aċċettati minn qabel tagħna, l-HDB. Int tkun taf minnufih jekk l-għażla tiegħek hijiex kompatibbli mal-HDB jew le, u l-Elenkatur għandu jipproponi suġġerimenti bbażati fuq t-termini li tkun introduċejt.
Int ser tiskopri wkoll l-assistent tal-Klassi 35 u 37 tagħna. Użah, u insa l-ikkuppjar, l-ippejstjar u l-ittajpjar meta tuża l-Klassijiet 35 u 37.
X’tixtieq tagħmel?
Jew ipprova l-elenkatur

Oħloq lista
Meta toħloq lista ġdida, tista’ tagħżel termini mill-HDB jew termini ta’ importazzjoni minn listi oħra.
-
Tista’ żżid termini manwalment, billi tikkopja u tippejstja klassi, klassi.
-
Fittex fil-bażi ta’ dejta tagħna ta’ termini aċċettati minn qabel.
-
Importa termini minn lista ta’ qabel.
-
Uża l-assistent tal-Klassi 35 u 37 biex iżżid termini aktar malajr.
Jekk toħloq lista mill-bidu, l-aħjar għażliet għalik huma t-tiftix u l-Assistent tal-Klassi 35 u 37. Fiż-żewġ każijiet, inti tkun qed tfittex fil-bażi ta’ dejta tat-termini tagħna, u għalhekk l-aċċettazzjoni minn qabel hija garantita. Tista’ tara dan bl-ikona OK ta’ maġenb it-termini.
Fittex
Agħfas fuq fittex u agħżel it-termini li l-aktar jaqblu mat-trademark tiegħek.

It-termini magħżula tiegħek jiġu vverifikati għall-aċċettazzjoni.

Nota: Ftit termini biss inklużi fil-bażi ta’ dejta tagħna, bħal intestaturi tal-klassi, huma mmarkati bħala mhux aċċettati. F’dawn il-każijiet, l-Elenkatur jagħmel suġġeriment.
L-assistent tal-Klassi 35 u 37
Jekk trid tintroduċi klassijiet bil-prefiss ‘servizzi bl-imnut’, ‘servizzi bl-ingrossa’ jew ‘servizzi ta’ manutenzjoni u installazzjoni’, tista’ tuża l-assistent.

Agħżel il-prefiss u l-klassi li għalih tixtieq tapplika l-prefiss:

L-elenkatur ser jintroduċi l-prefiss awtomatikament:


Ivverifika lista eżistenti
Jekk għandek lista preċedenti jew tixtieq iżżid parti minn lista ma’ speċifikazzjoni ġdida, l-aħjar għażliet tiegħek huma li żżid termini manwalment jew li timporta termini minn fajl ieħor.
Żieda ta' termini manwalment
Agħfas fuq ‘Manwalment’ biex tintroduċi t-termini tiegħek:

Agħżel il-klassi li huma jikkorrispondu magħha u ppejstjahom fil-kaxxa l-vojta:


Meta tagħfas fuq "OK", l-Elenkatur tagħna ser janalizza l-lista tiegħek u jgħidlek jekk it-termini li użajt humiex kompatibbli mal-HDB jew le. Jekk ma jkunux kompatibbli, l-Elenkatur ser jissuġġerixxi termini biex jiġu kompatibbli 100%.
Tista’ wkoll timporta lista jew klassi eżistenti.

F'dan il-każ, żidt klassi ġdida, klassi 33.

Kompatibbli jew mhux kompatibbli?
L-Elenkatur tagħna għandu kodiċi sempliċi tal-kulur u ikoni sabiex tkun tista’ tara malajr liema huma l-għażliet tiegħek:
ifisser li t-terminu tiegħek huwa kompatibbli u se jiġi aċċettat awtomatikament.
ifisser li t-terminu tiegħek mhuwiex kompletament kompatibbli mal-HDB, iżda li jeżistu alternattivi. L-Elenkatur jagħmel suġġerimenti ġodda sabiex tkun tista’ tagħżel terminu kompatibbli li jixbah l-għażla inizjali tiegħek kemm jista’ jkun.
Agħfas fuq l-ikona tal-għodda biex tikseb termini alternattivi oħrajn:

Ser tinfetaħ kaxxa ġdida li tagħti termini alternattivi ġodda.

Jekk tagħżel it-termini ssuġġeriti, int tkun qed tissostitwixxi espressjoni waħda ‘Pale ale, malt beer, flavoured beer’ b'espressjonijiet separati li huma aċċettati awtomatikament u li jkopru l-istess ambitu eżatt.

F'dan il-każ, is-sistema toffrilek mhux biss alternattiva (1) għat-terminu ‘syrup’ iżda wkoll tħallik tivverifika r-riżultati tat-tfittxija tal-HDB (2) għal terminu li jkun jaqbel mal-bżonnijiet tiegħek.

Jiġi ssuġġerit it-terminu ‘Topping syrup’ biex jissostitwixxi l-espressjoni mhux aċċettabbli ‘syrup’. Taħdem għalik? Taħdem għalija!

Jekk it-termini tiegħek jikkorrispondu għal intestatura tal-klassi mill-Klassifikazzjoni ta’ Nizza li hija kkunsidrata wiesgħa wisq għar-reġistrazzjoni, l-Elenkatur joffrilek alternattivi.

Tista’ tqabbel il-lista inizjali tiegħek mat-termini HDB ekwivalenti.

Il-validazzjoni mhijiex possibbli, peress li dan it-terminu ma jeżistix fil-bażi ta’ dejta tagħna. Agħfas fuq l-ikona tal-għodda għal aktar għażliet fl-istess klassi.

Hemm ftit termini li mhumiex aċċettati għal għanijiet ta’ klassifikazzjoni. Tista’ tiċċekkja l-lista sħiħa fl-Elenkatur.

Nifirħulek! Il-lista tiegħek issa hija kompletament kompatibbli mal-HDB u tista’ tirreġistra t-trademark tiegħek permezz tal-Proċedura Mgħaġġla tagħna.

Mur għall-Elenkatur: