Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Tariffi u l-Pagament tagħhom

 











Għar-reġistrazzjoni ta’ trademark tal-UE, trid tiġi ppreżentata applikazzjoni. Hemm tariffa unika li trid titħallas għal kull applikazzjoni.
L-ammont tat-tariffa jiddependi minn:
  • jekk hijiex ippreżentata permezz ta’ mezzi elettroniċi;
  • jekk hijiex trademark individwali tal-UE,marka kollettiva tal-UE jew ta' ċertifikazzjoni tal-UE;
  • kemm hemm klassijiet ta’ prodotti u/jew ta’ servizzi koperti fl-applikazzjoni tiegħek (ġeneralment hemm żewġ tariffi li jridu jiġu kkunsidrati: it-tariffa bażika u t-tariffa tal-klassi).
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-istruttura tat-tariffi fit-taqsima tariffi u pagamenti tas-sit web. Tista’ tikkalkula wkoll it-tariffa preċiża skont in-numru ta’ klassijiet u l-metodu tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek billi tuża l-kalkolatur tat-tariffi.
It-tariffa bażika u, fejn xieraq, it-tariffi tal-klassijiet, iridu jitħallsu fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni biex tinżamm id-data ta’ preżentazzjoni provviżorja. Meta t-tariffa ma titħallasx fi żmien xahar, id-data ta’ preżentazzjoni provviżorja tintilef.

Data tal-preżentazzjoni tingħata meta l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
  • it-tariffa tal-applikazzjoni tħallset;
  • l-applikazzjoni tkun talba għar-reġistrazzjoni ta’ EUTM;
  • l-applikazzjoni jkun fiha informazzjoni dwar l-identità tal-applikant;
  • l-applikazzjoni jkun fiha rappreżentazzjoni tat-trademark;
  • l-applikazzjoni jkun fiha lista ta’ prodotti/servizzi.
Jekk xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ma jkunx issodisfat, tintbagħat ittra ta’ nuqqas li titlob lill-applikant jipprovdi l-parti nieqsa fi żmien xahrejn min-notifika tal-ittra ta’ nuqqas. Dan il-limitu ta’ żmien ma jistax jiġi estiż. Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tinbidel għad-data li fiha tkun imtliet l-informazzjoni obbligatorja kollha, inkluż il-pagament.

Għal aktar spjegazzjoni ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Taqsima 3, Ħlasijiet ta’ Tariffi, Spejjeż u Ħlasijiet.
 

Il-mezzi aċċettati ta’ ħlas huma, fil-biċċa l-kbira, trasferimenti bankarji, debiti mill-kontijiet kurrenti miżmuma fl-Uffiċċju, u (għal ċerti servizzi online biss) karti tad-debitu jew tal-kreditu.
Jekk tippreżenta applikazzjoni elettronikament, għall-bicca l-kbira tal-utenti huwa rrakkomandat ħlas permezz tal-karta tal-kreditu jew tad-debitu, dment li huma utenti regolari jew frekwenti tas-sistema tat-trademarks tal-UE, allura hu rrakkomandat li tiftaħ kont kurrenti.
Jekk tagħżel li tħallas permezz ta’ trasferiment bankarju, jekk jogħġbok uża l-kodiċi bankarju tat-tranżazzjoni fornut fl-irċevuta. Alternattivament, tista’ tuża l-formola ppreparata li trid tingħata lill-bank tiegħek.
Jekk jogħġbok ikkonsulta l-metodi ta’ ħlas fit-taqsima tariffi u pagamenti tas-sit web tagħna.

Dan jista’ jsir online billi tniżżel u timla l-formola.

Hemm depożitu minimu ta’ EUR 1 000. Ara l-vantaġġi li tirreġistra għall-Programm tal-Utent Ewlieni u t-taqsima User Area għal aktar dettalji dwar kif tipproċedi.
 
Ara wkoll id-Deċiżjoni Nru EX-17-7 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tat-18/09/2017 rigward il-metodi ta’ pagament tat-tariffi u tal-ispejjeż u li tiddetermina l-ammont insinifikanti ta’ tariffi u spejjeż.

Il-vantaġġ ewlieni tas-sistema ta’ kontijiet kurrenti hu li inti tkun tista’ tippreżenta applikazzjonijiet u talbiet li huma soġġetti għal limiti ta’ żmien, bħal pereżempju oppożizzjonijiet jew appelli, fl-aħħar ġurnata tal-limitu ta’ żmien. Bħala riżultat, dment li l-kont kurrenti jkollu biżżejjed fondi, il-pagament se jitqies li jkun sar f’dik il-ġurnata.
Bħala regola ġenerali, id-data tal-pagament tkun dik ta’ meta tkun ġiet riċevuta t-talba għal debitu, anki jekk il-kont kurrenti jkun ġie ddebitat fi stadju aktar tard.
L-Uffiċċju jirrakkomanda b'mod qawwi lill-utenti frekwenti biex jiftħu kont mal-EUIPO.

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-vantaġġi li tirreġistra għall-Programm tal-Utent Ewlieni.

Awtomatikament, jekk inti utent ta’ kont kurrenti, il-kont tiegħek se jiġi ddebitat immedjatament, permezz ta’ “Iddebita issa”. Jekk tippreferi ma tħallasx sakemm jintemm il-perjodu ta’ xahar mogħti, għandek timmarka l-kaxxa “Iddebita aktar tard”. Jekk diġà ppreżentajt l-applikazzjoni tiegħek, uża l-azzjoni “Talba għal debitu issa” (għal detenturi ta’ kont kurrenti biss) fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tindika n-numru tal-applikazzjoni u titlob li l-kont kurrenti tiegħek jiġi ddebitat mill-ewwel.

Le, iżda d-data tal-preżentazzjoni mhux se tibqa’ d-data ta’ riċevuta tal-applikazzjoni tiegħek; minflok se tkun id-data li fiha se jkun riċevut il-ħlas.

Le, il-preżentazzjoni se tingħalaq u trid terġa’ tibgħat applikazzjoni totalment ġdida.

Le, it-tariffa tat-trademark tal-UE trid titħallas mal-applikazzjoni u l-ebda tariffa li trid titħallas mhi se tiġi rimborżata.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-rifużjoni ta’ tariffi, ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Taqsima 3, Ħlasijiet ta’ Tariffi, Spejjeż u Ħlasijiet.

Le, it-tariffa tat-trademark tal-UE trid titħallas mal-applikazzjoni u l-ebda tariffa li trid titħallas mhi se tiġi rimborżata.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-rifużjoni ta’ tariffi, ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Taqsima 3, Ħlasijiet ta’ Tariffi, Spejjeż u Ħlasijiet.

Jekk tinkludi xi lista addizzjonali, sew jekk tehmiżha mal-applikazzjoni online kif ukoll jekk tibgħatha fl-istess jum bil-fax, se tirċievi notifika bil-miktub li tistaqsik biex tħallas it-tariffa tad-dokument (+EUR 150). Il-lista addizzjonali ta’ prodotti u servizzi għaldaqstant se tiġi kkunsidrata bħala mhux ippreżentata sakemm din it-"tariffa tad-dokument” ma titħallasx. Dan hu speċjalment importanti għal dawk kollha li jippreżentaw li ma jagħżlux jew ma jinkludux kwalunkwe prodott u servizz fl-applikazzjoni online tagħhom, minħabba li jistgħu jitilfu d-data tal-preżentazzjoni tat-trademark tagħhom b’kollox.
Jekk il-pagament tat-"tariffa tad-dokument” (+EUR 150) isir fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, id-data inizjali tal-preżentazzjoni tinżamm. Jekk, madankollu dan il-pagament isir f’data aktar tard iżda xorta waħda fi żmien ix-xahrejn stabbiliti fin-notifika, id-data tal-preżentazzjoni tinbidel għall-jum li fih titħallas it-tariffa kollha.
L-EUIPO jirrakkomanda bis-sħiħ li l-applikanti jdaħħlu l-prodotti u s-servizzi tagħhom fil-qasam speċifikat tal-formola tal-applikazzjoni online. Meta ma jsirx hekk, se jkun hemm spejjeż addizzjonali kif ukoll defiċjenza li tnaqqas l-ipproċessar tat-trademark tiegħek. Jista’ jirriżulta wkoll f’bidla fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek. L-Għodda biex toħloq lista tal-Prodotti u s-Servizzi tista’ tgħinek biex toħloq il-lista’ tiegħek.

Għal aktar informazzjoni rigward it-tariffi li jirrigwardaw it-trademark, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima tagħna dwar it-tariffi u l-pagamenti.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 14-03-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja