Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

 

Tariffi u pagamenti


Applika onlajn għal trademark tal-Unjoni Ewropea li tibda minn EUR 850 għal klassi waħda.

 

Jekk tixtieq tapplika b'formola stampata, trid tħallas it-tariffa ta' €1 000.

Irreġistra t-trademark tiegħek
Rapidu u faċli

Applika onlajn

Tariffa Bażika

It-tariffa bażika trid titħallas fi żmien xahar mid-data li fiha l-applikazzjoni tasal għand l-EUIPO. Jekk jogħġbok kun af li aħna neżaminaw biss l-applikazzjonijiet għat-trademark u nipproċessaw kwalunkwe posta relatata magħhom wara li jkunu tħallsu.

  • It-tariffa bażika tkopri klassi waħda għall-prezz ta' EUR 850.
  • It-tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi hija ta' EUR 50.
  • It-tariffa għal tliet klassijiet jew aktar hija ta' EUR 150 għal kull klassi.

Kalkulatur tat-tariffa

Tista' tikkalkula t-tariffa preċiża skont in-numru ta' klassijiet u l-metodu ta' preżentata tal-applikazzjoni tiegħek.

Lista sħiħa tat-tariffi tat-trademark

Lista ta' tariffi attwali li għandhom jitħallsu direttament lill-EUIPO.

Trademark tal-UE hija valida għal 10 snin. Tista' tiġġedded b'mod indefinit, għal 10 snin kull darba għal kull tiġdid.

Metodi ta' pagament

Tista' tħallas it-tariffi tat-trademark bil-karta tal-kreditu, bi trasferiment bankarju jew permezz ta' kont kurrenti magħna. L-Uffiċċju jipprovdi servizz onlajn għad-detenturi ta' kontijiet kurrenti, li jagħti aċċess għat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni kollha tal-kont kurrenti tagħhom.

Karta tal-kreditu

Karta tal-kreditu

 

L-aħjar soluzzjoni għal applikazzjonijiet onlajn u hija rrakkomandata għall-maġġoranza tal-utenti.

Trasferimenti bankarji

Trasferimenti bankarji

 

It-trasferimenti bankarji jridu jitħallsu f'wieħed mill-kontijiet li ġejjin.

Kont kurrenti

Kont kurrenti

 

Irrakkomandat għal utenti professjonisti.

 

Talbiet frodulenti għal pagament

Twissija: fatturi qarrieqa

Jekk tirċievi stedina mhux mitluba relatata mat-tiġdid, il-pubblikazzjoni, it-trasferiment jew kwalunkwe proċedura oħra marbuta mar-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE tiegħek, TĦALLASHIEX qabel ma tkun iċċekkjajt sew biex tara x'inhuma s-servizzi li qegħdin jiġu offruti u jekk is-sors huwiex uffiċjali.

 

Eżempji ta' talbiet frodulenti

Aktar informazzjoni

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet finanzjarji, jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tikkuntattja id-Dipartiment tal-Finanzi - Is-Settur tat-Tariffi fuq:

+34 965 139 100

+34 965 131 344

information@euipo.europa.eu

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 07-11-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja